EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0020
Decision (EU) 2017/1403 of the European Central Bank of 23 June 2017 amending Decision ECB/2012/6 on the establishment of the TARGET2-Securities Board (ECB/2017/20)
Deċiżjoni (UE) 2017/1403 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2012/6 fuq it-twaqqif tal-Bord tat-TARGET2-Securities (BĊE/2017/20)
Deċiżjoni (UE) 2017/1403 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2012/6 fuq it-twaqqif tal-Bord tat-TARGET2-Securities (BĊE/2017/20)
OJ L 199, 29.7.2017, p. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 06/02/2019; Impliċitament imħassar minn 32019D0003(01)
29.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 199/24 |
DEĊIŻJONI (UE) 2017/1403 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-23 ta' Ġunju 2017
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2012/6 fuq it-twaqqif tal-Bord tat-TARGET2-Securities (BĊE/2017/20)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 3.1, 12.1 u 12.3 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2012/13 tat-18 ta' Lulju 2012 dwar it-TARGET2-Securities (1),
Billi:
(1) |
Fis-16 ta' Marzu 2016,il-Kunsill Governattiv approva t-twaqqif ta' “Bord dwar l-Infrastrutturi tas-Suq”, korp għall-governanza ġdid responsabbli għal kompiti ta' ġestjoni teknika u operattiva fil-qasam tal-infrastrutturi u pjattaformi tas-suq. |
(2) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2012/6 (2) għandha tiġi emendata biex tirrifletti it-twaqqif tal-Bord dwar l-Infrastruttura tas-Suq, u l-operazzjoni tal-Bord T2S bħala wieħed mill-formati ddedikati tal-Bord dwar l-Infrastuttura tas-Suq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċiżjoni BĊE/2012/6 hija emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 1 Definizzjonijiet Termini użati f'din id-Deċiżjoni għandu jkollhom l-istess tifsira bħal fil-Linja Gwida BĊE/2012/13 (*1) u fil-Ftehim Qafas tat-T2S approvat mill-Kunsill Governattiv fis-17 ta' Novembru 2011. (*1) Linja Gwida BĊE/2012/13 tat-18 ta' Lulju 2012 dwar TARGET2-Securities (ĠU L 215, 11.8.2012, p. 19).”;" |
2. |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'li ġej: “1. Il-Bord T2S għandu jiġi stabbilit bħala korp ta' governanza bil-kompitu li jiżviluppa proposti għall-Kunsill Governattiv fuq kwistjonijiet strateġiċi ewlenin u jeżegwixxi kompiti ta' natura purament teknika assenjati lilu mill-Kunsill Governattiv. Għandu jopera bħala wieħed mill-formati ddedikati tal-Bord dwar l-Infrastrutura tas-Suq (MIB).”; |
3. |
fl-Anness I, taħt it-taqsima “Kompożizzjoni” ir-raba' paragrafu huwa mibdul b'li ġej: “Il-mandat ta' membru tal-Bord T2S idum 24 xahar u jista' jiġġedded. Il-Kunsill Governattiv jista' jiddeċiedi mandat iqsar, inkluż meta jirriżenjaw jew jirtiraw membri qabel l-iskadenza tal-mandat tagħhom.”; |
4. |
L-Anness II huwa emendat kif gej:
|
Artikolu 2
Dispożizzjoni finali
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta' Ġunju 2017.
Magħmula fi Frankfurt am Main, it-23 ta' Ġunju 2017.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 215, 11.8.2012, p. 19.
(2) Id-Deċiżjoni BĊE/2012/6 tad-29 ta' Marzu 2012 dwar it-twaqqif tal-Bord għall-Programm TARGET2-Securities u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2009/6 (ĠU L 117, 1.5.2012, p. 13).