EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AB0062

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 1 ta’ Awwissu 2012 dwar proposta għal regolament dwar it-titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli (CON/2012/62)

OJ C 310, 13.10.2012, p. 12–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/12


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-1 ta’ Awwissu 2012

dwar proposta għal regolament dwar it-titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli

(CON/2012/62)

2012/C 310/02

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-3 ta’ April 2012 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament dwar it-titjib tas-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli (central securities depositories — CSDs) u li jemenda d-Direttiva 98/26/KE (1) (iktar ’il quddiem ir-“regolament propost”). Fid-19 ta’ April 2012, il-BĊE rċieva talba mill-Parlament Ewropew għal opinjoni dwar ir-regolament propost.

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi r-regolament propost fih dispożizzjonijiet li huma relatati mad-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja taż-żona tal-euro u l-promozzjoni tal-ħidma bla xkiel ta’ sistemi ta’ ħlas taħt l-Artikolu 127(5) tat-Trattat, kif ukoll il-kontribut tal-BĊE għat-tmexxija bla xkiel tal-politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabilità tas-sistema finanzjarja taħt l-Artikolu 127(5) tat-Trattat. Barra minn hekk, l-Artikolu 22 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) jipprovdi li l-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jipprovdu faċilitajiet, u l-BĊE jista’ jagħmel regolamenti, sabiex jiġu żgurati sistemi effiċjenti u sodi tal-ikklerjar u tal-ħlas fi ħdan l-Unjoni u ma’ pajjiżi oħrajn. B’mod konformi mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Procedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet ġenerali

Flimkien mad-Direttiva 2004/39/KE (2) u l-proposta għal regolament dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tan-negozju (3), ir-regolament propost ser ikun parti mill-qafas regolatorju għal infrastrutturi tas-suq u postijiet fejn isir il-kummerċ. Minħabba d-daqs, il-kumplessità u l-interkonnettività sistemika tagħhom, is-CSDs jitqiesu li huma importanti mill-aspett sistemiku (4) u b’hekk jeħtieġu qafas regolatorju komprensiv għal superviżjoni u sorveljanza li jikkombina għodod mikroprudenzjali u makroprudenzjali. Il-BĊE jappoġġja bis-saħħa l-proposta tal-Kummissjoni biex jissaħħaħ il-qafas legali applikabbli għas-CSDs u biex jiġu armonizzati r-regoli li fuqhom huma msejsa t-tħaddim, l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CSDs, kif ukoll dawk relatati mal-ħruġ, iż-żamma u t-trasferiment ta’ titoli permezz ta’ tali CSDs fl-Unjoni (5).

L-Eurosistema qed tiżvilippa TARGET2-Securities (T2S) bil-għan li tiżviluppa sistema waħda ta’ saldu għall-Ewropa. F’dan il-kuntest ukoll, il-BĊE jappoġġja bis-saħħa r-regolament propost, li ser itejjeb il-kundizzjonijiet legali u operattivi għal saldu transkonfinali fl-Unjoni b’mod ġenerali u f’T2S b’mod partikolari. F’dan ir-rigward, il-BĊE jirrakkomanda li r-regolament propost, u l-atti implimentattivi korrispondenti, jiġu adottati qabel it-tnedija ta’ T2S li hija ppjanata għal Ġunju 2015.

1.   Ambitu tar-regolament

Ir-regolament propost jistabbilixxi rekwiżiti uniformi għas-saldu ta’ strumenti finanzjarji (6). Skont id-Direttiva 2004/39/KE (7)“strumenti finanzjarji” tinkludi titoli trasferibbli, strumenti tas-suq tal-flus, unitajiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv, kuntratti derivattivi, kuntratti finanzjarji għal differenzi u kwoti tal-emissjonijiet. Il-BĊE jinnota f’dan ir-rigward li r-regolament propost ma jiddefinixxix “strumenti finanzjarji” u li xi partijiet tiegħu japplikaw biss għal “titoli” jew titoli trasferibbli (8), waqt li oħrajn japplikaw ukoll għal strumenti tas-suq tal-flus (9), unitajiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv u kwoti tal-emissjonijiet (10). Barra minn hekk, ir-regolament propost jiddefinixxi CSDs bħala persuni ġuridiċi li joperaw sistema ta’ saldu tat-titoli u jwettqu ta’ mill-inqas servizz ewlieni ieħor elenkat fl-Anness (11). Il-BĊE huwa tal-fehma li t-tliet servizzi ewlenin kollha għandhom ikunu rregolati. F’dan l-isfond, għall-finijiet ta’ ċarezza legali, il-BĊE jirrakkomanda li jiġi ċċarat ulterjorment l-ambitu tar-regolament propost, kemm fir-rigward tat-tip ta’ strumenti li għalihom japplika kif ukoll għad-definizzjoni ta’ CSD.

Id-definizzjoni ta’ CSD għandha tiġi emendata sabiex jiġi evitat arbitrage regolatorju li jirriżulta mill-ħolqien minn CSD ta' żewġ jew tliet entitajiet legali biex iwettqu attivitajiet prinċipali differenti mingħajr ma jkunu soġġetti għar-Regolament applikabbli għas-CSDs. Il-BĊE jikkunsidra li kull persuna ġuridika li toffri xi wieħed mt-tliet servizzi prinċiali indikati fit-Taqsima A tal-Anness għandha tkun soġġetta għar-Regolament.

2.   Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet

2.1.

Ir-regolament propost jagħti rwol predominanti lill-awtoritajiet superviżorji kompetenti u rwol ta’ appoġġ lill-membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) bħala awtoritajiet relevanti fir-rigward tas-CSDs. Meta jitqies l-irwol tal-banek ċentrali bħala sorveljaturi u/jew banek ċentrali emittenti, kif ukoll il-fatt li l-banek ċentrali jużaw is-servizzi tas-CSDs għas-saldu ta’ operazzjonijiet tal-politika monetarja, ir-regolament propost għandu jiżgura li s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) huma kkumplimentati u bbilanċjati b’involviment adegwat tal-membri tas-SEBĊ. Il-banek ċentrali u r-regolaturi tat-titoli fil-Kumitat ta’ Sistemi ta’ Ħlas u Saldu (Committee on Payment and Settlement Systems — CPSS) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ Kummissjonijiet tat-Titoli (International Organisation of Securities Commissions — IOSCO) għarfu l-importanza ta’ regolazzjoni, superviżjoni u sorveljanza f’infrastrutturi tas-suq finanzjarju, inklużi CSDs (12). Il-BĊE jikkunsidra li r-regolament propost għandu jkun konsistenti mal-prinċipji CPSS-IOSCO. Għandha titrawwem kooperazzjoni effettiva u mill-qrib bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-membri tas-SEBĊ, kemm mill-perspettiva ta’ sorveljanza kif ukoll bħala banek ċentrali emittenti u mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-bank ċentrali (13).

2.2.

Il-BĊE jinnota wkoll li r-regolament propost diġà jidentifika numru ta’ oqsma ta’ kooperazzjoni u jissuġġerixxi xi oqsma addizzjonali fejn jikkunsidra li dan l-involviment AETS-SEBĊ huwa meħtieġ ukoll. Barra minn hekk, il-BĊE jenfasizza l-ħtieġa għal ħidma konġunta tal-AETS-SEBĊ dwar l-iżvilupp ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi. Dan għandu jiżgura li l-membri tas-SEBĊ ma jkollhomx bżonn jiżviluppaw rekwiżiti addizzjonali, u potenzjalment differenti, dwar miżuri ta’ sorveljanza, inklużi atti legali. Barra minn hekk, dan jevita l-ħtieġa għal evalwazzjoni kontinwa ta’ CSDs li jieħdu sehem fis-saldu ta’ operazzjonijiet ta’ politika monetarja kontra standards tal-utenti (14) li kieku jkunu meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-obbligi legali tas-SEBĊ. L-iskambju tempestiv u adegwat ta’ informazzjoni neċessarja, inkluż għal finijiet ta’ stabilità finanzjarja, sorveljanza u statistika, huwa wkoll ta’ importanza partikolari f’dan il-kuntest.

2.3.

L-abbozz tar-regolament b’hekk għandu jipprovdi għal regoli dwar il-kooperazzjoni li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti u relevanti li jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom kemm domestikament kif ukoll f’kuntest transkonfinali b’mod konformi mal-prinċipji CPSS-IOSCO (15). Ir-regolament propost għandu jiffaċilita superviżjoni u sorveljanza komprensivi f’kuntest transkonfinali minħabba l-iżvilupp mistenni ta' operazzjonijiet u saldu transkonfinali, kif ukoll konnessjonijiet bejn CSDs, karatteristika li għandha tiġi ffaċilitata u saħansitra mrawma bit-tnedija tal-pjattaforma komuni T2S. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom l-għażla li jiddeċiedu dwar il-forma xierqa ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni. F’dan l-isfond, l-għażla li jiġu stabbiliti kulleġġi ta’ awtoritajiet tista’ tiġi prevista b’mod partikolari meta CSD iwettaq attività transkonfinali permezz ta’ sussidjarja jew fergħa jew meta l-forniment ta’ servizzi transkonfinali jsir sostanzjali (16).

3.   Sorveljanza makro-prudenzjali

Ġie rikonoxxut li infrastrutturi robusti tas-suq finanzjarju, inklużi sistemi ta' saldu tat-titoli, jagħtu kontribut essenzjali għall-istabilità finanzjarja billi jnaqqsu r-riskju sistemiku (17). Il-BĊE jinnota li s-sorveljanza makro-prudenzjali mill-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku u minn awtoritajiet nazzjonali relevanti għandhom jitwettqu mingħajr preġudizzju għas-setgħat rispettivi tal-membri tas-SEBĊ.

4.   Saldu tal-flus tal-bank ċentrali

Ir-regolament propost jippermetti lis-CSDs biex joffru saldu bi flus ta’ banek kummerċjali meta saldu bi flus tal-bank ċentrali ma jkunx prattiku u disponibbli (18). Dan huwa konformi mal-prinċipji CPSS-IOSCO u r-rakkomandazzjonijiet SEBĊ-CESR (19), u huwa prova li l-likwidità tal-bank ċentrali u l-flus ta' bank kummerċjali mhumiex opzjonijiet ekwivalenti f'termini ta' riskju. Meta CSD jitħalla joffri saldu bi flus ta’ bank kummerċjali, għandu jkun meħtieġ jistabbilixxi u jissorvelja l-aderenza ma’ kriterji stretti għall-istituzzjoni ta’ kreditu li taġixxi bħala bank ta’ saldu (20). Il-BĊE jilqa’ wkoll il-fatt li r-regolament propost ma jirregolax l-aċċess għall-kreditu tal-bank ċentrali, inkluża assistenza għal likwidità ta’ emerġenza, li hija prerogattiva tal-banek ċentrali u hija marbuta direttament mal-politika monetarja.

5.   CSDs u servizzi anċillari ta’ tip bankarju

5.1.

Ir-regolament propost jipprovdi li s-CSDs ma jistgħux huma stess jipprovdu servizzi anċillari ta' tip bankarju u li minflok għandhom ikunu awtorizzati li jiddenominaw istituzzjoni ta' kreditu waħda jew aktar biex iwettqu ċerti servizzi anċillari ta' tip bankarju ddefiniti fir-regolament propost. Madankollu, permezz ta’ deroga u waqt li jitqiesu ċerti salvagwardji, xi CSDs jistgħu jingħataw awtorizzazzjoni limitata biex iwettqu dawk is-servizzi (21).

5.2.

Dan jeħtieġ reviżjoni b’reqqa sabiex tiġi żgurata konsistenza mar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni u mal-oqfsa leġiżlattivi bankarji u dwar is-sorveljanza makroprudenzjali sistemika (22), kif ukoll allokazzjoni xierqa ta’ kompiti bejn l-awtoritajiet superviżorji tas-CSDs u l-awtoritajiet superviżorji bankarji. F’dan ir-rigward u kif ġie rrimarkat f’opinjoni preċedenti l-BĊE jiffavorixxi l-involviment sistematiku tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) biex issir kwalunkwe analiżi teknika preċedenti fir-rigward tal-leġiżlazzjoni bankarja tal-Unjoni (23).

B’mod aktar speċifiku, ir-regolament propost jiddistingwi bejn servizzi anċillari ta’ tip bankarju għall-parteċipanti ta’ sistema ta’ saldu tat-titoli relatata ma’ servizz ta’ saldu, minn naħa waħda, u servizzi anċillari ta’ tip bankarju relatati ma’ servizzi ewlenin jew anċillari oħrajn min-naħa l-oħra (24). Jippermetti wkoll lill-Kummissjoni biex tadotta atti ddelegati sabiex tispeċifika dawn is-servizzi anċillari (25). Il-BĊE huwa tal-fehma li d-distinzjoni li qiegħda ssir hawn fuq mhijiex ċara u li s-servizzi anċillari ta' tip bankarju li għalihom issir referenza għandhom ikunu allinjati kemm jista’ jkun mat-terminoloġija fil-leġiżlazzjoni bankarja Ewropea.

5.3.

Il-qafas għall-forniment ta’ servizzi bankarji anċillari għandu jkun iggwidat b’mitigazzjoni xierqa tar-riskji waqt li tiġi ssalvagwardjata l-effiċjenza tas-CSDs fil-forniment tas-servizzi tagħhom. Minħabba n-natura kruċjali ta’ din il-kwistjoni, evalwazzjoni aktar komprensiva tad-diversi opzjonijiet għall-forniment ta’ servizzi bankarji anċillari tista’ tkun meħtieġa. Tali evalwazzjoni tkun ta’ assistenza sabiex jiġu ddeterminati bis-sħiħ (a) riskji differenti, inklużi riskji bbażati fuq reżoluzzjoni kif ukoll riskji legali, ta' kreditu, ta' likwidità, operattivi u ta' negozju, u (b) profili ta’ effiċjenza li huma inerenti għal dawn l-opzjonijiet u din għandha tgħin biex tiddefinixxi l-aktar mudell sigur u effiċjenti. Il-BĊE huwa lest li jikkontribwixxi għal dik l-evalwazzjoni.

Barra minn hekk, m’għandu jkun hemm ebda inċertezza dwar l-ambitu preċiż ta’ servizzi anċillari bankarji li istituzzjonijiet ta’ kreditu ddenominati jkunu awtorizzati li jwettqu (26), ir-rekwiżiti prudenzjali li għalihom ikunu soġġetti, u l-grad tagħhom ta’ awtonomija fil-konfront tal-qafas leġiżlattiv bankarju (27).

5.4.

Ir-regolament propost jillimita s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti minn istituzzjoni ta’ kreditu ddenominata li tkun tappartjeni għall-istess grupp bħas-CSD (28). Il-BĊE jifhem li din il-limitazzjoni hija mmexxija minn konsiderazzjonijiet ta’ riskju, b’mod partikolari l-evitar ta’ effetti ta’ tixrid. Il-BĊE jirrakkomanda li din il-limitazzjoni tiġi estiża għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha li jipprovdu s-servizzi bankarji elenkati fit-Taqsima Ċ tal-Anness għall-parteċipanti ta’ sistema ta’ saldu ta’ titoli wara li jitqiesu l-effetti potenzjali negattivi fuq il-kapaċità tas-CSD li jkompli jwettaq il-funzjonijiet tiegħu, b’mod partikolari dawk ibbażati fuq mekkaniżmu ta’ kunsinna kontra ħlas, fil-każ ta’ riżoluzzjoni jew insolvenza tal-istituzzjoni ta’ kreditu.

5.5.

Fl-aħħar nett, il-BĊE jikkunsidra li l-proċedura proposta għall-għoti ta’ deroga hija pjuttost kumplessa u tista’ tinġieb aktar effiċjenti sabiex jinkiseb il-grad meħtieġ ta’ ċertezza u uniformità. B’mod partikolari, l-adozzjoni ta’ kriterji oġġettivi, inklużi kriterji kwantitattivi fejn dan ikun possibbli, minbarra l-kriterji kwalitattivi neċessarji pprovduti fil-proposta, għandha tiġi żgurata sabiex jiġi ddeterminat jekk tistax tingħata deroga jew le.

6.   Konsistenza ma’ standards globali għas-CSDs

Ir-regolament propost jirrikonoxxi li r-Regolament għandu jsegwi r-rakkomandazzjonijiet eżistenti żviluppati mis-CPSS-IOSCO (29). Madankollu, hemm xi inkonsistenzi bejn il-prinċipji CPSS-IOSCO u r-regolament propost, li l-BĊE jirrakkomanda li għandhom jiġu indirizzati. Pereżempju, ir-rekwiżiti għal parteċipazzjoni f'diversi livelli (30) mhumiex indirizzati mir-regolament propost. Barra minn hekk, ir-regolament propost isemmi l-bżonn li jiġu mmaniġġjati r-riskji li jinħolqu mill-interdipendenzi (31) biss fil-kuntest ta’ riskju operattiv (32). Hemm ukoll inkonsistenzi fir-rigward tal-immaniġġjar tar-riskju ta’ likwidità (33), i.e. ir-regolament propost ma jiddistingwix bejn sistemi ta’ saldu differit nett (deferred net settlement systems — DNS) li jipprovdu garanzija ta’ saldu u dawk id-DNS li ma jipprovdux tali garanzija. Dan mhuwiex konformi mal-prinċipji CPSS-IOSCO li jeħtieġu DNS li tipprovdi garanzija ta’ saldu li tkopri skoperturi ta’ kreditu u likwidità bis-sħiħ, waqt li DNS mingħajr garanzija ta’ saldu jeħtieġu li jkopru l-iskoperturi tal-kreditu għall-akbar żewġ parteċipanti u l-affiljati tagħhom u l-iskopertura ta’ likwidità għall-akbar parteċipant u l-affiljati tiegħu.

7.   Esternalizzazzjoni lil entitajiet pubbliċi

Ir-regolament propost jintroduċi rekwiżiti li s-CSDs għandhom jissodisfaw meta jesternalizzaw parti mill-attivitajiet tagħhom (34). Issir eżenzjoni għal sitwazzjonijiet fejn CSD jesternalizza wħud mill-operazzjonijiet tiegħu lil entitajiet pubbliċi, kemm-il darba qafas legali, regolatorju u operattiv xieraq ikun jirregola dan l-arranġament. Il-BĊE jinnota li din l-eżenzjoni tkopri l-proġett preżenti T2S li qed isir mill-Eurosistema. Il-BĊE jilqa’ din l-eżenzjoni, li tieħu f’kunsiderazzjoni li tali esternalizzazzjoni tista’ tirriżulta f’benefiċċji sinifikanti għall-ekonomija, tikkontribwixxi għat-twettiq tal-kompiti tal-Eurosistema u hija soġġetta għal ftehim qafas li fih hemm salvagwardji (35).

8.   Kunflitt ta’ liġijiet

Ir-regolament propost jipprovdi bħala regola ġenerali li kull kwistjoni fir-rigward ta’ aspetti proprjetarji fir-rigward ta’ titoli miżmuma minn CSD hija rregolata mil-liġi tal-pajjiż fejn jinżamm il-kont tat-titoli (36). Għalkemm tali regola ġenerali hija konsistenti mal-approċċ segwit f’atti legali oħrajn tal-Unjoni li tiġi applikata l-liġi tal-post tal-intermedjarju relevanti għal aspetti proprjetarji fir-rigward ta’ titoli (37), il-BĊE joġġezzjona bis-saħħa kontra l-introduzzjoni tar-regoli addizzjonali dwar il-kunflitt tal-liġijiet li tkun inkonsistenti mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni u taffettwa ċ-ċertezza legali (38).

Barra minn hekk, u kif intqal f'opinjoni preċedenti, waqt li regola ċara u sempliċi dwar il-kunflitt tal-liġijiet għal kull aspett ta' titoli b'entrata fil-kont hija importanti għaż-żamma u t-trasferiment transkonfinali effiċjenti u sigur ta' strumenti finanzjarji, l-applikazzjoni prattika ta' reġim wieħed ta’ kunflitt tal-liġijiet għall-ikklirjar u s-saldu transkonfinali ta’ titoli fl-Unjoni tkompli tiżvela differenzi bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-interpretazzjoni ta’ “fejn jinsab kont” (39). F’dan ir-rigward, il-BĊE jidhirlu li huwa neċessarju li jiġu armonizzati d-diversi oqfsa legali tal-Unjoni għaż-żamma u ċ-ċessjoni ta’ titoli u l-eżerċitar tad-drittijiet marbuta ma’ titoli b’mod konformi mar-rapport finali tal-Grupp dwar iċ-Ċertezza Legali (40).

9.   Reġim speċifiku għar-riżoluzzjoni ta’ CSDs

Peress li r-regolament propost ma jinkludix reġim speċifiku u komprensiv għar-riżoluzzjoni ta’ CSDs, il-BĊE jirrakkomanda li jiġi adottat tali reġim.

Fejn il-BĊE jirrakkomanda illi r-regolament propost jiġi emendat, qed jiġu stabbiliti fl-Anness għal dan il-għan proposti speċifiċi għall-abbozzar flimkien ma’ test spjegattiv.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-1 ta’ Awwissu 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  KUMM(2012) 73 finali.

(2)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1). Preżentament qed tiġi rriveduta. Ara l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li tirrevoka d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, KUMM(2011) 656 finali, u l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (EMIR) dwar id-derivati OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji tan-negozju, KUMM(2011) 652 finali.

(3)  Ara l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tan-negozju, KUMM(2010) finali.

(4)  Ara l-paragrafu 1 tal-memorandum spjegattiv għar-regolament propost.

(5)  Ara wkoll ir-risposta tas-servizzi tal-BĊE tat-22 ta’ Marzu 2011 (iktar ’il quddiem “ir-risposta tal-BĊE”) għall-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni dwar id-depożitorji ċentrali tat-titoli u dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ saldu ta’ titoli fl-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“konsultazzjoni tal-Kummissjoni”). Ir-risposta tal-BĊE hija disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE fuq http://www.ecb.int

(6)  Ara l-Artikolu 1(1) tar-regolament propost.

(7)  Direttiva 2004/39/KE. Il-proposta tal-Kummissjoni li tħassar id-Direttiva 2004/39/KE (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 3) tinkorpora wkoll il-kunċett ta’ konċessjonijiet ta’ emissjonijiet.

(8)  Ara l-Artikolu 4(18) tad-Direttiva 2004/39/KE.

(9)  Ara l-Artikolu 4(19) tad-Direttiva 2004/39/KE.

(10)  Il-kwoti tal-emissjonijiet huma ddefiniti fir-regolament propost b’referenza għad-Dierttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(11)  Ara l-Artikolu 2(1)(1) tar-regolament propost u t-Taqsima A tal-Anness tiegħu.

(12)  Ara CPSS-IOSCO, “Principles for financial market infrastructures”, April 2012, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BIS fuq http://www.bis.org, b’mod partikolari l-Kapitolu 4 (iktar ’il quddiem il-“prinċipji CPSS-IOSCO”).

(13)  Ara l-Opinjoni tal-BĊE CON/2011/1 tat-13 ta’ Jannar 2011 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (CON/2011/1) (ĠU C 57, 23.2.2011, p. 1). L-opinjonijiet kollha tal-BCE huma ppubblikati fil-websajt tal-BĊE fuq http://www.ecb.europa.eu

(14)  Standards għall-użu tas-sistemi ta’ saldu tat-titoli tal-UE f’operazzjonijiet ta’ kreditu tas-SEBĊ, Istitut Monetarju Ewropew, Jannar 1998.

(15)  Ara b’mod partikolari r-Responsabbiltà E (Kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn) tal-prinċipji CPSS-IOSCO.

(16)  Kemm il-qafas leġiżlattiv UE EMIR kif ukoll id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1) u l-prinċipji CPSS-IOSCO diġà jipprovdu għall-istabbiliment ta’ kulleġġi.

(17)  Ara Bord għall-Istabilità Finanzjarja, “Reducing the moral hazard posed by systemically important financial institutions — recommendations and time lines”, Ottubru 2010, p. 8.

(18)  Artikolu 37(2) tar-regolament propost.

(19)  Ara f’dan ir-rigward il-prinċipju 9 tal-prinċipji CPSS-IOSCO, u r-Rakkomandazzjoni 10 tar-‘Rakkomandazzjonijiet għal sistemi ta’ saldu ta’ titoli u rakkomandazzjonijiet għal kontropartijiet ċentrali fl-Unjoni Ewropea’ tas-SEBĊ-KRET, Mejju 2009 (iktar ’il quddiem ir-rakkomandazzjonijiet SEBĊ-KRET’).

(20)  Ara f’dan ir-rigward il-prinċipju 9 tal-prinċipji CPSS-IOSCO u r-Rakkomandazzjoni 10 tar-rakkomandazzjonijiet SEBĊ-KRET.

(21)  Ara b’mod partikolari t-Titolu IV u t-Taqsima Ċ tal-Anness għar-regolament propost.

(22)  Ara d-Direttiva 2006/48/KE u l-emendi li preżentament qegħdin jiġu diskussi fit-testi ta’ kompromess tal-presidenza.

(23)  Ara f’dan ir-rigward il-paragrafu 3.2 tal-Opinjoni tal-BĊE CON/2012/5 tal-25 ta’ Jannar 2012 dwar proposta għal Direttiva dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti ta’ investiment u dwar proposta għal Regolament dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment (ĠU C 105, 11.4.2012, p. 1).

(24)  Ara t-Taqsima Ċ tal-Anness tar-regolament propost.

(25)  Ara l-Artikolu 2(2) tar-regolament propost.

(26)  Ara l-Artikolu 54 tar-regolament propost.

(27)  See in this respect Articles 57 and 58 of the proposed regulation.

(28)  Ara l-Artikolu 52(5) tar-regolament propost.

(29)  Ara l-premessa 25 tar-regolament propost.

(30)  Ara l-prinċipju 19 tal-prinċipji CPSS-IOSCO.

(31)  Ara l-prinċipju 3 tal-prinċipji CPSS-IOSCO.

(32)  Artikolu 42(6) tar-regolament propost.

(33)  Ara l-prinċipju 7 tal-prinċipji CPSS-IOSCO u l-Artikolu 57 tar-regolament propost.

(34)  Ara l-Artikolu 28 tar-regolament propost.

(35)  Ara l-konsultazzjoni tal-Kummissjoni u r-risposta tal-BĊE.

(36)  Ara l-Artikolu 46(1) tar-regolament propost.

(37)  Ara l-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u ial-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45), l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43), u l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15).

(38)  Ara l-Artikolu 46(2) tar-regolament propost.

(39)  Ara f’dan ir-rigward l-Opinjoni tal-BĊE CON/2008/37 tas-7 ta’ Awwissu 2008 dwar proposta għal direttiva li temenda d-Direttiva 98/26/KE u d-Direttiva 2002/47/KE (ĠU C 216, 23.8.2008, p. 1), paragrafu 8.

(40)  Ara http://ec.europa.eu/internal_market/financial-markets/docs/certainty/2ndadvice_final_en.pdf


ANNESS

Proposti għall-abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BCE (1)

Emenda 1

Premessa 6

“6.

Fl-20 ta’ Ottubru 2010, il-Bord ta’ Stabbiltà Finanzjarja (FSB — Financial Stability Board) sejjaħ għal infrastrutturi tas-swieq ewlenin aktar robusti u talab ir-reviżjoni u t-titjib tal-istandards eżistenti. Il-Kumitat dwar is-Sistemi ta’ Pagament u Saldu (CPSS) tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BĦI) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) qed jiffinalizzaw abbozz ta' standards globali. Dawn għandhom jieħdu post ir-rakkomandazzjonijiet tal-BĦI mill-2001, li ġew adattati permezz ta’ linji gwida mhux vinkolanti fil-livell Ewropew fl-2009 permezz tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u l-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (KRET).”

“6.

Fl-20 ta’ Ottubru 2010, il-Bord ta’ Stabbiltà Finanzjarja (FSB — Financial Stability Board) sejjaħ għal infrastrutturi tas-swieq ewlenin aktar robusti u talab ir-reviżjoni u t-titjib tal-istandards eżistenti. F’April 2012, il-Kumitat dwar is-Sistemi ta’ Pagament u Saldu (CPSS) tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BĦI) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) ippubblikaw prinċipji għal infrastrutturi tas-suq finanzjarju. Dawn il-prinċipji jieħdu post ir-rakkomandazzjonijiet tas-CPSS-IOSCO għal sistemi ta’ saldu tat-titoli minn Novembru 2001, li ġew implimentati fil-livell tal-Unjoni permezz tar-rakkomandazzjonijiet għal sistemi ta’ saldu tat-titoli u għal kontropartijiet ċentrali adottati konġuntament f’Mejju-2009 permezz tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u l-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (KRET).”

Spjegazzjoni

L-emenda tieħu f’kunsiderazzjoni l-adozzjoni tal-prinċipji tas-CPSS-IOSCO u tikkjarifika r-referenza għall-SEBĊ-KRET.

Emenda 2

Premessa 8

“8.

Wieħed mill-kompiti bażiċi tas-SEBĊ huwa li tippromwovi t-tħaddim mingħajr intoppi tas-sistemi tal-pagamenti. F’dan ir-rigward, il-membri tas-SEBĊ iwettqu s-sorveljanza billi jiżguraw li jkun hemm sistemi ta’ kklirjar u ta’ pagament effiċjenti u solidi. Il-membri tas-SEBĊ spiss jaġixxu bħala aġenti tas-saldu għall-parti ta’ flus tat-tranżazzjonijiet tat-titoli. Barra minn hekk, huma wkoll klijenti importanti tas-CSDs, li spiss jamminiġjaw il-kollateralizzazzjoni ta’ operazzjonijiet tal-politika monetarja. Il-membri tas-SEBĊ għandhom ikunu involuti mill-qrib billi jkunu kkonsultati fl-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CSDs, ir-rikonoxximent ta’ CSDs ta’ pajjiżi terzi u l-approvazzjoni ta’ konnessjonijiet tas-CSDs. Barra minn hekk, għandhom ikunu involuti mill-qrib billi jiġu kkonsultati fit-tfassil ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni kif ukoll ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu mingħajr ħsara għar-responsabbiltajiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Banek Ċentrali Nazzjonali (BĊN) sabiex jiġu żgurati sistemi ta’ kklirjar u ta’ pagament effiċjenti u solidi fl-Unjoni u f'pajjiżi oħrajn.”

“8.

Wieħed mill-kompiti bażiċi tas-SEBĊ huwa li tippromwovi t-tħaddim mingħajr intoppi tas-sistemi tal-pagamenti. F’dan ir-rigward, il-membri tas-SEBĊ iwettqu s-sorveljanza billi jiżguraw li jkun hemm sistemi ta’ kklirjar u ta’ pagament effiċjenti u solidi. Il-membri tas-SEBĊ spiss jaġixxu bħala aġenti tas-saldu għall-parti ta’ flus tat-tranżazzjonijiet tat-titoli. Barra minn hekk, huma wkoll klijenti importanti tas-CSDs, li spiss jamminiġjaw il-kollateralizzazzjoni ta’ operazzjonijiet tal-politika monetarja. Il-membri tas-SEBĊ għandhom ikunu involuti mill-qrib u jkunu kkonsultati fl-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CSDs, ir-rikonoxximent ta’ CSDs ta’ pajjiżi terzi u l-approvazzjoni ta’ konnessjonijiet tas-CSDs. Sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta’ ġabriet paralleli ta' regoli, , għandhom ikunu involuti mill-qrib billi jiġu kkonsultati fit-tfassil ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni kif ukoll ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma mingħajr ħsara għar-responsabbiltajiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Banek Ċentrali Nazzjonali (BĊN) sabiex jiġu żgurati sistemi ta’ kklirjar u ta’ pagament effiċjenti u solidi fl-Unjoni u f'pajjiżi oħrajn. Aċċess għal informazzjoni mill-membri tas-SEBĊ huwa kruċjali għat-twettiq adegwat tas-sorveljanza tagħhom tal-infrastrutturi tas-suq finanzjarju kif ukoll għall-funzjoni ta' bank ċentrali emittenti.

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li tenfasizza l-importanza ta’ kooperazzjoni mill-qrib u ugwali bejn l-AETS u s-SEBĊ meta jħejju abbozzi ta’ standards tekniċi. Tindirizza wkoll l-aċċess għall-informazzjoni mill-partijiet interessati relevanti. Din tappoġġja l-emendi proposti għall-Artikolu 20.

Emenda 3

Premessa 25

“25.

Meta tittieħed f’kunsiderazzjoni n-natura globali tas-swieq finanzjarji u l-importanza sistemika tas-CSDs, joħroġ il-bżonn li tiġi żgurata konverġenza internazzjonali tar-rekwiżiti prudenzjali li huma soġġetti għalihom. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom isegwu r-rakkomandazzjonijiet eżistenti żviluppati mis-CPSS-IOSCO u s-SEBĊ-KRET. L-AETS għandha tieħu f’kunsiderazzjoni l-istandards eżistenti u l-iżvilupp tagħhom fil-ġejjieni meta tfassal jew tipproponi reviżjoni tal-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni kif ukoll il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet meħtieġa f’dan ir-Regolament.”

“25.

Meta tittieħed f’kunsiderazzjoni n-natura globali tas-swieq finanzjarji u l-importanza sistemika tas-CSDs, joħroġ il-bżonn li tiġi żgurata konverġenza internazzjonali tar-rekwiżiti prudenzjali li huma soġġetti għalihom. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom isegwu l-prinċipji tas-CPSS-IOSCO għall-infrastrutturi tas-suq finanzjarju u r-rakkomandazzjonijiet tas-SEBĊ-KRET għal sistemi ta’ saldu tat-titoli u rakkomandazzjonijiet għal kontropartijiet ċentrali fl-Unjoni Ewropea. L-AETS għandha tieħu f’kunsiderazzjoni l-istandards eżistenti u l-iżvilupp tagħhom fil-ġejjieni meta tipproponi l-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni kif ukoll il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet li għalihom issir referenza f’dan ir-Regolament.”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li tiċċara t-test ta’ din il-premessa u tieħu f’kunsiderazzjoni l-adozzjoni tal-prinċipji CPSS-IOSCO.

Emenda 4

Premessa 35

“35.

Is-sikurezza tal-ftehimiet ta’ konnessjoni stabbiliti bejn is-CSDs għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti speċifiċi sabiex ikun jista’ jsir aċċess mill-parteċipanti rispettivi tagħhom għal sistemi tas-saldu tat-titoli oħrajn. Ir-rekwiżit li tipprovdi servizzi anċillari ta' tip bankarju f'entità ġuridika separata ma għandux ipprevjeni lis-CSDs milli jirċievu servizzi bħal dawn, partikolarment meta jkunu parteċipanti f'sistema tas-saldu tat-titoli mħaddma minn CSD oħra. Huwa partikolarment importanti li kwalunkwe riskju potenzjali li jirriżulta mill-arranġamenti ta' konnessjoni bħal riskji tal-kreditu, likwidità, organizzazzjonali jew oħrajn għas-CSDs jiġu mmitigati kompletament. Għal konnessjonijiet interoperabbli, huwa importanti li sistemi konnessi tas-saldu tat-titoli ikollhom mumenti ta’ entrata ta’ ordnijiet ta’ trasferiment identiċi fis-sistema, l-irrevokabbiltà tal-ordnijiet ta’ trasferiment u l-finalità tat-trasferimenti tat-titoli u l-flus. Għandhom ikunu japplikaw l-istess prinċipji għas-CSDs li jużaw l-stess infrastruttura ta’ teknoloġija tal-informazzjoni (IT) għas-saldu.”

“35.

Is-sikurezza tal-ftehimiet ta’ konnessjoni stabbiliti bejn is-CSDs għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti speċifiċi sabiex ikun jista’ jsir aċċess mill-parteċipanti rispettivi tagħhom għal sistemi tas-saldu tat-titoli oħrajn. Ir-rekwiżit li tipprovdi servizzi anċillari ta' tip bankarju f'entità ġuridika separata ma għandux ipprevjeni lis-CSDs milli jirċievu servizzi bħal dawn, partikolarment meta jkunu parteċipanti f'sistema tas-saldu tat-titoli mħaddma minn CSD oħra. Huwa partikolarment importanti li kwalunkwe riskju potenzjali li jirriżulta mill-arranġamenti ta' konnessjoni bħal riskji tal-kreditu, likwidità, organizzazzjonali jew oħrajn għas-CSDs jiġu mmitigati kompletament. Għal konnessjonijiet interoperabbli, id-Direttiva 98/26/KE teħtieġ sistemi li, safejn ikun possibbli, jiżguraw li r-regoli tagħhom ikunu kkoordinati fir-rigward tal- mumenti ta’ entrata ta’ ordnijiet ta’ trasferiment fis-sistema, l-irrevokabbiltà tal-ordnijiet ta’ trasferiment u l-finalità tat-trasferimenti tat-titoli u l-flus. Għandhom ikunu japplikaw l-istess prinċipji għas-CSDs li jużaw l-stess infrastruttura ta’ teknoloġija tal-informazzjoni (IT) għas-saldu.”

Spjegazzjoni

L-emenda ddaħħal referenza għad-Direttiva 98/26/KE hekk kif l-Artikolu 3(4) tagħha jeħieġ li s-sistemi jikkoordinaw, safejn ikun possibbli, ir-regoli tas-sistemi interoperabbli kollha kkonċernati. Ara wkoll il-proposta biex jiżdied paragrafu ġdid għall-Artikolu 45 tar-regolament propost.

Emenda 5

Artikolu 1(4) u Artikolu 1(5) (ġdid)

“4.   L-Artikoli 9 sa 18 u 20 kif ukoll id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV ma japplikawx għall-membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), korpi nazzjonali oħra tal-Istati Membri li jwettqu funzjonijiet simili jew il-korpi pubbliċi tal-Istati Membri inkarigati bil-ġestjoni tad-dejn pubbliku jew li jintervjenu fih.”

‘4.   Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), jew il-korpi pubbliċi tal-Istati Membri inkarigati bil-ġestjoni tad-dejn pubbliku jew li jintervjenu fih.

5.   Minkejja l-paragrafu 4, dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 7(1) u l-Artikoli 9 sa 18, 20, 25 u 44 kif ukoll id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV, japplika għall-membri tas-SEBĊ meta joperaw sistema ta’ saldu tat-titoli u jwettqu s-servizzi ewlenin elenkati fit-Taqsima A tal-Anness.

Spjegazzjoni

Il-BĊE jappoġġja eżenzjoni ġenerali mil-leġiżlazzjoni dwar servizzi finanzjarji għall-membri tas-SEBĊ. Fl-istess ħin, il-BĊE jappoġġja l-applikazzjoni tar-regolament propost, bl-eżenzjoni tar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni u superviżjoni msemmija fl-Artikoli 9 sa 18 u 20 kif ukoll it-Titolu IV, għall-membri tas-SEBĊ li joperaw sistemi ta’ saldu tat-titoli. L-għan tal-emenda huwa li tipprovdi għal dan. Barra minn hekk, ir-referenza għall-korpi nazzjonali ta’ Stati Membri oħrajn li jwettqu funzjonijiet simili hija mħassra u hija superfluwa minħabba r-referenza għall-membri tas-SEBĊ.

Emenda 6

Artikolu 2(1)

“‘depożitorju ċentrali tat-titoli’ (‘CSD’) tfisser persuna ġuridika li tħaddem sistema ta’ saldu tat-titoli elenkata fil-punt 3 tat-Taqsima A tal-Anness u li tal-inqas twettaq servizz ewlieni ieħor elenkat fit-Taqsima A tal-Anness;”

“‘depożitorju ċentrali tat-titoli’ (‘CSD’) tfisser persuna ġuridika li tal-inqas twettaq wieħed mis-servizzi elenkati fit-Taqsima A tal-Anness;”

Spjegazzjoni

L-emenda tbiddel id-definizzjoni ta’ CSD sabiex tevita arbitrage regolatorju li jirriżulta mill-ħolqien minn CSD ta' żewġ jew tliet entitajiet legali biex iwettqu attivitajiet prinċipali differenti mingħajr ma jkunu soġġetti għar-regolament applikabbli għas-CSDs. Il-BĊE jikkunsidra li kull persuna ġuridika li toffri xi wieħed mit-tliet servizzi prinċipali indikati fit-Taqsima A tal-Anness għandha tkun soġġetta għar-Regolament.

Emenda 7

Artikolu 3(1)

“1.   Kwalunkwe kumpanija li toħroġ titoli trasferibbli li huma ammessi għan-negozjar fuq swieq regolati għandha tipprovdi sabiex dawn it-titoli jkunu rappreżentati f’format ta’ entrata fil-kotba bħala immobilizzazzjoni permezz tal-ħruġ ta’ nota globali, li tirrappreżenta l-ħruġ sħiħ, jew sussegwenti għal ħruġ dirett tat-titoli f’forma dematerjalizzata.”

“1.   Kwalunkwe entità ġuridika li toħroġ titoli trasferibbli li huma ammessi għan-negozjar fuq swieq regolati għandha tipprovdi sabiex dawn it-titoli jkunu rappreżentati f’format ta’ entrata fil-kotba bħala immobilizzazzjoni permezz tal-ħruġ ta’ nota globali, li tirrappreżenta l-ħruġ sħiħ, jew sussegwenti għal ħruġ dirett tat-titoli f’forma dematerjalizzata.”

Spjegazzjoni

Titoli trasferibbli jistgħu jinħarġu minn kumpaniji u minn entitajiet ġuridiċi oħrajn, bħal Stati membri, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali tal-Istati Membri, jew korpi internazzjonali pubbliċi. Huwa propost li jitwessa’ l-ambitu tal-Artikolu 3(1) tar-regolament propost sabiex jinkludi lil emittenti oħrajn apparti kumpaniji, billi t-terminu “kumpaniji” jinbidel b’“entità ġuridika”. Jekk din il-proposta tiġi aċċettata, l-Artikolu 4(1) tar-regolament propost għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

Emenda 8

Artikolu 6(4)

“4.   B’konsultazzjoni mal-membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika d-dettalji tal-proċeduri li jippermettu l-konferma tad-dettalji relevanti tat-tranżazzjonijiet u li jiffaċilitaw is-saldu msemmi fil-paragrafi 1 u 2 u d-dettalji tal-għodod ta’ monitoraġġ li jidentifikaw il-fallimenti tas-saldu probabbli msemmija fil-paragrafu 3.

[…]”

“4.   B’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika d-dettalji tal-proċeduri li jippermettu l-konferma tad-dettalji relevanti tat-tranżazzjonijiet u li jiffaċilitaw is-saldu msemmi fil-paragrafi 1 u 2 u d-dettalji tal-għodod ta’ monitoraġġ li jidentifikaw il-fallimenti tas-saldu probabbli msemmija fil-paragrafu 3.

[…]”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li jiġi żgurat l-involviment adegwat tas-SEBĊ fl-iżvilupp ta’ abbozzi ta’ standards regolatorji mill-AETS.

Emenda 9

Artikolu 7(1)

“1.   Għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jħaddem, CSD għandu jisabbilixxi sistema li timmonitorja l-fallimenti tas-saldu tat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5(1). Għandu jipprovdi rapporti regolari lill-awtorità kompetenti u lil kwalunkwe persuna b’interess leġittimu fir-rigward tal-għadd u d-dettalji tal-fallimenti tas-saldu u kwalunkwe tagħrif relevanti ieħor. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaqsmu mal-AETS kwalunkwe tagħrif relevanti dwar il-fallimenti tas-saldu.”

“1.   Għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jħaddem, CSD għandu jisabbilixxi sistema li timmonitorja l-fallimenti tas-saldu tat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5(1). Għandu jipprovdi rapporti regolari lill-awtorità kompetenti, lill-awtoritajiet li għalihom issir referenza fl-Artikolu 11 u lil kwalunkwe persuna b’interess leġittimu fir-rigward tal-għadd u d-dettalji tal-fallimenti tas-saldu u kwalunkwe tagħrif relevanti ieħor. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaqsmu mal-AETS kwalunkwe tagħrif relevanti dwar il-fallimenti tas-saldu.”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda proposta huwa li tiżgura l-għoti ta’ informazzjoni f’waqtha u adegwata kemm lill-awtoritajiet kompetenti kif ukoll lill-membri tas-SEBĊ.

Emenda 10

Artikolu 8

“1.   L-awtorità relevanti tal-Istat Membru li l-liġi tiegħu tapplika għas-sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma minn CSD għandha tkun kompetenti sabiex tiżgura li jiġu applikati l-Artikoli 6 u 7 u sabiex timmonitorja l-penali imposti, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni tas-swieq regolati, MTFs, OTFs, u CCPs msemmija fl-Artikolu 7. B’mod partikolari, l-awtoritajiet għandhom jimmonitorjaw l-applikazzjoni tal-penali msemmija fl-Artikolu 7(2) u (4) u tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 7(6).

2.   Sabiex jiġu żgurati prattiki konsistenti, effiċjenti u effettivi ġewwa l-Unjoni fir-rigward tal-Artikoli 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament, l-AETS tista’ toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

“1.   L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 10 għandhom ikunu responsabbli sabiex jiżguraw li jiġu applikati l-Artikoli 6 u 7 u sabiex timmonitorja -kwalunkwe penali imposti, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni tas-swieq regolati, MTFs, OTFs, u CCPs msemmija fl-Artikolu 7, u l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 7. B’mod partikolari, l-awtoritajiet għandhom jimmonitorjaw l-applikazzjoni tal-penali msemmija fl-Artikolu 7(2) u (4) u tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 7(6).

2.   Sabiex jiġu żgurati prattiki konsistenti, effiċjenti u effettivi ġewwa l-Unjoni fir-rigward tal-Artikoli 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament, l-AETS tista’ toħroġ, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

Spjegazzjoni

It-terminu “awtorità relevanti” mhuwiex iddefinit fl-Artikolu 1 tar-regolament propost. L-għan tal-emenda għall-paragrafu 1 huwa li jiġi ċċarat li l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli 10 u 11(1) għandhom jiżguraw konformità mal-Artikoli 6 u 7. Il-BĊE jinnota wkoll li r-referenza għal-liġi applikabbli mhijiex allinjata mat-terminoloġija użata fid-Direttiva 98/26/KE  (2). L-għan tal-emenda proposta għall-paragrafu 2 huwa li jiġi żgurat l-involviment adegwat tal-membri tas-SEBĊ. L-Artikoli 7(8), 15(7) sa (8), 20(8) sa (9), 24(8), 27(3) sa (4), 30(6), 34(4), 35(6), 36(9), 42(7), 44(3), 47(6), 50(6), 51(5), 53(6), 57(5) u 58(4) għandhom jiġu emendati kif meħtieġ.

Emenda 11

Artikolu 11(1)

“1.   L-awtoritajiet li ġejjin għandhom ikunu involuti fl-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CSDs kull meta dan ikun speċifikament imsemmi f’dan ir-Regolament:

(a)

l-awtorità responsabbli mis-sorveljanza tas-sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD fl-Istat Membru li l-liġi tiegħu tapplika għal dik is-sistema ta’ saldu tat-titoli;

(b)

fejn dan ikun applikabbli, il-bank ċentrali fl-Unjoni li l-parti ta’ flus ta’ sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD tkun saldata fil-kotba tiegħu jew, fil-każ ta’ saldu permezz ta’ istituzzjoni ta’ kreditu skont it-Titolu IV, il-bank ċentrali fl-Unjoni emittenti tal-munita relevanti.”

“1.   L-awtoritajiet li ġejjin għandhom ikunu involuti fl-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CSDs kull meta dan ikun speċifikament imsemmi f’dan ir-Regolament:

(a)

l-awtorità responsabbli mis-sorveljanza tas-sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD fl-Istat Membru li l-liġi tiegħu tapplika għal dik is-sistema ta’ saldu tat-titoli;

(b)

, il-bank ċentrali fl-Unjoni li joħroġ il-munita li biha jsir is-saldu;

(c)

fejn relevanti, il-membru tas-SEBĊ li l-parti ta’ flus ta’ sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD tkun saldata fil-kotba tiegħu .”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda huwa biex jiġi ċċarat ir-rwol tal-banek ċentrali emittenti, u li s-saldu bil-flus tal-bank ċentrali għandu jinftiehem bħala saldu bil-munita maħruġa minn dak il-bank ċentrali.

Emenda 12

Artikolu 12(1), it-tieni subparagrafu

“Sabiex jiġu żgurati prattiki konsistenti, effiċjenti u effettivi ġewwa l-Unjoni, inkluża l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli 9 u 11 fil-valutazzjonijiet differenti meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-AETS tista’ toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 9 skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

“Sabiex jiġu żgurati prattiki konsistenti, effiċjenti u effettivi ġewwa l-Unjoni, inkluża l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli 9 u 11 fil-valutazzjonijiet differenti meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-AETS, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, tista’ toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 9 skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda proposta huwa li jiġi żgurat l-involviment adegwat tal-membri tas-SEBĊ fit-tħejjija ta' linji gwida tal-AETS bħala l-awtoritajiet msemmija fl-Artikolu 11 tar-regolament propost.

Emenda 13

Artikolu 13

“L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli 9 u 11 għandhom jgħarrfu minnufih lill-AETS u lil xulxin dwar sitwazzjoni ta’ emerġenza relatata ma’ CSD, inklużi kwalunkwe żviluppi fis-swieq finanzjarji, li jista’ jkollhom effett negattiv fuq il-likwidità tas-suq u fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri fejn ikun stabbilit is-CSD jew wieħed mill-parteċipanti tiegħu.”

Mingħajr preġudizzju għan-notifika msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 98/26/KE, l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli 9 u 11 għandhom jgħarrfu minnufih lill-AETS, il-BERS u lil xulxin dwar sitwazzjoni ta’ emerġenza relatata ma’ CSD, inklużi kwalunkwe żviluppi fis-swieq finanzjarji, li jista’ jkollhom effett negattiv fuq il-likwidità tas-suq, l-istabilità ta’ munita li biha jsir is-saldu, l-integrità tal-politika monetarja u fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri fejn ikun stabbilit is-CSD jew wieħed mill-parteċipanti tiegħu.”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li tinvolvi lill-BERS fid-dawl tan-natura tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza msemmija, li tista’ taffettwa l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Hija intiża wkoll biex tiċċara li l-istabbiltà ta’ muniti relevanti u l-integrità tal-politika monetarja huma fatturi relevanti għas-sigurtà tas-CSDs. Il-proċedura ta’ informazzjoni f’dan l-Artikolu għandha tkun mingħajr preġudizzju għan-notifika meħtieġa taħt l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 98/26/KE.

Emenda 14

Artikolu 15(5)

“5.   Qabel ma tagħti awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor involut fil-każijiet li ġejjin:

[…]”

“5.   Qabel ma tagħti awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti u lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 11 tal-Istat Membru l-ieħor involut fil-każijiet li ġejjin:

[…]”

Spjegazzjoni

Il-prinċipji CPSS-IOSCO jenfasizzaw l-importanza ta’ kooperazzjoni bejn banek ċentrali, superviżuri u awtoritajiet relevanti oħrajn. L-għan tal-emenda proposta huwa li tiġi żgurata tali kooperazzjoni b’ħarsien tar-regoli applikabbli għall-awtorizzazzjoni ta’ CSDs. Jekk din il-proposta tiġi aċċettata, l-Artikoli 17(2), 18(2), 22 u 23 tar-regolament propost għandhom jiġu emendati kif meħtieġ.

Emenda 15

Artikolu 17(1)(d)

“CSD awtorizzat għandu jissottometti talba għall-awtorizzazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa mwaqqaf kull meta jkun jixtieq jesternalizza servizz ewlieni lil parti terza skont l-Artikolu 28 jew jestendi l-attivitajiet tiegħu lil wieħed jew aktar minn fost dawn li ġejjin:

[…]

(d)

stabbiliment ta’ xi konnessjoni ma’ CSD.”

“CSD awtorizzat għandu jissottometti talba għall-awtorizzazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa mwaqqaf kull meta jkun jixtieq jesternalizza servizz ewlieni lil parti terza skont l-Artikolu 28 jew jestendi l-attivitajiet tiegħu lil wieħed jew aktar minn fost dawn li ġejjin:

[…];

(d)

stabbiliment ta’ xi konnessjoni ta’ interoperabilità.”

Spjegazzjoni

Meta jitqies il-piż amministrattiv tagħha, il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 17(1) għandha tkun limitata għal konnessjonijiet interoperabbli ta' CSD. Huwa propost ukoll li jiġu applikati emendi simili għall-Artikoli 45(2) u 50(3) tar-regolament propost.

Emenda 16

Artikolu 19(2)

“2.   Il-banek ċentrali għandhom jgħarrfu minnufih lill-AETS dwar kwalunkwe CSD li jħaddmu.“

“2.   Il-Membri tas-SEBĊ għandhom jgħarrfu lill-AETS dwar kwalunkwe sistema ta’ saldu ta’ titoli li jħaddmu.”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li tiċċara l-ambitu tal-Artikolu 19(2). B’mod konformi mal-premessa 9 u l-Artikolu 1(4) tar-regolament propost, din tiċċara li l-membri tas-SEBĊ ma jħaddmux is-CSDs, iżda jistgħu jħaddmu sistema ta’ saldu tat-titoli u jwettqu servizz ewlieni ieħor elenkat fit-Taqsima A tal-Anness.

Emenda 17

Artikolu 20

“1.   Tal-inqas fuq bażi annwali, l-awtorità kompetenti għandha tirrevedi l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati minn CSD fir-rigward tal-konformità ma’ dan ir-Regolament u tevalwa r-riskji li s-CSD huwa, jew jista’ jkun, espost għalihom.

[…]

4.   Meta twettaq ir-reviżjoni u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, fi stadju bikri, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet relevanti msemmija fl-Artikolu 11 rigward il-funzjonament tas-sistemi ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD.

5.   B’mod regolari u tal-inqas darba f’sena, l-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-awtoritajiet relevanti msemmija fl-Artikolu 11 dwar ir-riżultati, inkluż kwalunkwe azzjoni ta’ rimedju jew penali, tar-reviżjoni u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

[…]”

“1.   Tal-inqas fuq bażi annwali, l-awtorità kompetenti għandha tirrevedi l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati minn CSD fir-rigward tal-konformità ma’ dan ir-Regolament u tevalwa r-riskji li s-CSD huwa, jew jista’ jkun, espost għalihom jew assoċjat magħhom. L-awtorità kompetenti għandha tkun intitolata li tiġbor l-informazzjoni relevanti kollha meħtieġa għall-evalwazzjoni tagħha.

[…]

4.   Meta twettaq ir-reviżjoni u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, , l-awtorità kompetenti għandha tikkoopera mill-qrib mal--awtoritajiet relevanti msemmija fl-Artikolu 11 rigward il-funzjonament tas-sistemi ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD.

5.   -L-awtorità kompetenti għandha tiddiskuti regolarment u bil-quddiem mal--awtoritajiet relevanti msemmija fl-Artikolu 11 dwar ir-riżultati, inkluż kwalunkwe azzjoni ta’ rimedju jew penali, tar-reviżjoni u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

[…]”

Spjegazzjoni

L-emenda għall-paragrafu 1 hija mmirata li tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jiġbru u jirċievu kull informazzjoni relevanti meħtieġa għall-evalwazzjoni u l-analiżi makroprudenzjali ta’ riskji li għalihom tkun jew tista’ tkun esposta CSD, inklużi riskji assoċjati mar-rwol sistemiku tagħha.

L-emendi għall-paragrafi 4 u 5 huma mmirati li jifformalizzaw kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet kompetenti, superviżuri u awtoritajiet relevanti oħrajn.

Emenda 18

Artikolu 21(2)

“2.   Kull CSD li jixtieq jipprovdi s-servizzi tiegħu ġewwa t-territorju ta’ Stat Membru ieħor għall-ewwel darba, jew li jixtieq jibdel il-firxa ta’ servizzi pprovduti għandu jikkomunika t-tagħrif li ġej lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa mwaqqaf:

(a)

l-Istat Membru li beħsiebu jopera fih;

(b)

programm ta’ operazzjonijiet li b’mod partikolari jgħid x'servizzi beħsiebu jipprovdi;

(ċ)

f’każ ta’ fergħa, l-istruttura organizzazzjonali tal-fergħa u l-ismijiet ta’ dawk responsabbli mill-ġestjoni tal-fergħa.”

“2.   Kull CSD li jixtieq jipprovdi s-servizzi tiegħu ġewwa t-territorju ta’ Stat Membru ieħor għall-ewwel darba, jew li jixtieq jibdel il-firxa ta’ servizzi pprovduti għandu jikkomunika t-tagħrif li ġej lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa mwaqqaf:

(a)

l-Istat Membru li beħsiebu jopera fih;

(b)

programm ta’ operazzjonijiet li b’mod partikolari jgħid x'servizzi beħsiebu jipprovdi, inklużi l-munita jew muniti li jipproċessa;

(ċ)

f’każ ta’ fergħa, l-istruttura organizzazzjonali tal-fergħa u l-ismijiet ta’ dawk responsabbli mill-ġestjoni tal-fergħa.”

Spjegazzjoni

Is-CSD għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-munita jew muniti li fihom joffri saldu. Din l-informazzjoni hija meħtieġa sabiex jiġu ddeterminati l-banek ċentrali emittenti li għandhom ikunu involuti fil-proċess ta’ awtorizzazzjoni u evalwazzjoni ta’ dak is-CSD.

Emenda 19

Artikolu 21(3)

“3.   Fi żmien tliet xhur mir-riċevuta tat-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tikkomunika dak it-tagħrif lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti sakemm, billi jittieħed f’kunsiderazzjoni l-forniment tas-servizzi previsti, ma jkollhiex raġuni sabiex tiddubita l-adegwatezza tal-istruttura amministrattiva jew is-sitwazzjoni finanzjarja tas-CSD li jixtieq jipprovdi s-servizzi tiegħu fl-Istat Membru ospitanti.”

“3.   Fi żmien tliet xhur mir-riċevuta tat-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tikkomunika dak it-tagħrif lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 11 u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti sakemm, billi jittieħed f’kunsiderazzjoni l-forniment tas-servizzi previsti, ma jkollhiex raġuni sabiex tiddubita l-adegwatezza tal-istruttura amministrattiva jew is-sitwazzjoni finanzjarja tas-CSD li jixtieq jipprovdi s-servizzi tiegħu fl-Istat Membru ospitanti.”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li tiżgura li l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 11 tar-regolament propost jingħataw ukoll l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(2) tar-regolament propost minnufih u fuq bażi ugwali.

Emenda 20

Artikolu 20a Segretezza professjonali (ġdid)

[L-ebda test]

1.   L-obbligu ta’ segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli [10 u 11] u l-AETS, jew awdutiru u esperti mogħtija struzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti, l-AETS jew il-BERS.

L-informazzjoni kunfidenzjali li jistgħu jirċievu matul it-twettiq ta’ dmirijiethom m'għandha tiġi żvelata lil ebda persuna jew awtorità oħra, ħlief f’forma sommarja jew aggregata b’tali mod li CSD individwali jew kwalunkwe persuna oħra ma jistgħux jiġu identifikati, mingħajr preġudizzju għal każijiet koperti mil-liġi kriminali jew fiskali jew id-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ dan ir-Regolament.

2.   Meta CSD ikun ġie ddikjarat fallut jew ikun qiegħed jiġi stalċat b’mod obbligatorju, informazzjoni kunfidenzjali li ma tikkonċernax lil terzi tista’ tiġi żvelata fi proċeduri ċivili jew kummerċjali meta dan ikun meħtieġ biex titmexxa l-proċedura.

3.   Mingħajr preġudizzju għal każijiet koperti mil-liġi kriminali u fiskali, l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli 10 u 11, l-AETS, korpi jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi minbarra l-awtoritajiet kompetenti li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont dan ir-Regolament jistgħu jużawha biss fit-twettiq ta’ dmirijiethom jew biex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom inkluż l-iżvelar ta’ informazzjoni lil korp superjuri, fil-każ tal-awtoritajiet kompetenti, fi ħdan l-ambitu ta’ dan ir-Regolament jew, fil-każ ta’ awtoritajiet oħrajn, korpi jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi, għall-iskop li għalih dik l-informazzjoni tkun ingħatatilhom jew fil-kuntest ta’ proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji relatati speċifikament mal-eżerċizzju ta’ dawk il-funzjonijiet, jew it-tnejn. Meta l-AETS, l-awtorità kompetenti jew awtorità oħra, korp jew persuna li jikkomunikaw informazzjoni jagħtu l-kunsens tagħhom, l-awtorità li tirċievi l-informazzjoni tista’ tużaha għal skopijiet oħrajn mhux kummerċjali.

4.   Kull informazzjoni kunfidenzjali riċevuta, skambjata jew mibgħuta skont dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet ta' segretezza professjonali stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3.

Madankollu, dawk il-kundizzjonijiet m’għandhomx jipprevjenu lill-AETS, jew l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli 10 u 11, milli jiskambjaw jew jibagħtu informazzjoni kunfidenzjali b’mod konformi mal-kompiti statutorji tagħhom u ma’ leġiżlazzjoni oħra applikabbli għal kumpanniji ta’ investiment, istituzzjonijiet ta’ kreditu, fondi ta’ pensjonijiet, impriżi għal investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS), maniġers taħt fondi ta’ investiment alternattiv (AIFMs), intermedjarji tal-assigurazzjoni u assigurazzjoni mill-ġdid, impriżi tal-assigurazzjoni, swieq irregolati jew operaturi tas-suq jew inkella bil-kunsens tal-awtorità kompetenti jew awtorità oħra jew korp jew persuna fiżika jew ġuridika li tkun ikkomunikat l-informazzjoni.

5.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 m’għandhomx jipprevjenu lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli 10 u 11 milli jiskambjaw jew jibagħtu informazzjoni kunfidenzjali, b’mod konformi mal-liġi nazzjonali, li ma tkunx ġiet riċevuta minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor.

Spjegazzjoni

B’din l-emenda, il-BĊE jipproponi li jiddaħħal reġim tas-segretezza professjonali simili għad-dispożizzjonijiet korrispondenti f’leġiżlazzjoni Ewropea oħra dwar is-servizzi finanzjarji, bħall-EMIR. Għal dan il-għan, huwa propost li jiddaħħal Artikolu 20a ġdid.

Emenda 21

Artikolu 20b Skambju ta’ informazzjoni (ġdid)

[L-ebda test]

1.   L-AETS, l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli 10 u 11 u awtoritajiet relevanti oħrajn għandhom mingħajr dewmien żejjed jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tat-twettiq ta’ dmirijiethom.

2.   L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli 10 u 100, awtoritajiet relevanti oħrajn, l-AETS u korpi oħrajn jew persuni fiżiċi u ġuridiċi li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali matul it-twettiq ta' dmirijiethom taħt dan ir-Regolament għandhom jużawha biss għall-finijiet tat-twettiq ta' dmirijiethom.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw informazzjoni lill-BERS u lill-membri relevanti tas-SEBĊ meta dik l-informazzjoni tkun relevanti għat-twettiq ta’ dmirijiethom.

Spjegazzjoni

B’din l-emenda, il-BĊE jipproponi li jiddaħħal reġim dwar l-iskambju ta’ informazzjoni simili għad-dispożizzjonijiet korrispondenti f’leġiżlazzjoni Ewropea oħra dwar is-servizzi finanzjarji, bħall-EMIR. Għal dan il-għan, huwa propost li jiddaħħal Artikolu 20b ġdid.

Emenda 22

Artikolu 22(7)

“7.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 5.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

“7.   L-AETS, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 5.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li tiżgura li l-membri tas-SEBĊ jkunu involuti b’mod adegwat fit-tħejjija ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi.

Emenda 23

Artikolu 23(2)

“2.   Wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3, l-AETS għandha tirrikonoxxi CSD imwaqqaf f’pajjiż terz li jkun applika għal rikonoxximent sabiex jipprovdi s-servizzi msemmija fil-paragrafu 1, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 6;

(b)

is-CSD huwa soġġett għal awtorizzazzjoni u superviżjoni effettivi li jiżguraw konformità sħiħa mar-rekwiżiti prudenzjali applikabbli f’dak il-pajjiż terz;

(ċ)

ikunu ġew stabbiliti arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti f’dak il-pajjiż terz skont il-paragrafu 7.”

“2.   Wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3, l-AETS għandha tirrikonoxxi CSD imwaqqaf f’pajjiż terz li jkun applika għal rikonoxximent sabiex jipprovdi s-servizzi msemmija fil-paragrafu 1, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 6;

(b)

is-CSD huwa soġġett għal superviżjoni u sorveljanza effettivi tal-awtorizzazzjoni jew, jekk is-sistema ta’ saldu tat-titoli tkun imħaddma minn bank ċentrali, sorveljanza, li jiżguraw konformità sħiħa mar-rekwiżiti prudenzjali applikabbli f’dak il-pajjiż terz;

(ċ)

ikunu ġew stabbiliti arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn l-AETS u l-awtoritajiet relevanti f’dak il-pajjiż terz skont il-paragrafu 7.”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li tiżgura li l-kundizzjoni taħt (b) tapplika għal CSDs ta’ pajjiżi terzi mħaddma mill-banek ċentrali li jkunu soġġetti biss għal sorveljanza, kif huwa l-każ preżentament ta’ xi CSDs imħaddma minn BĊNi fl-Unjoni. Il-paragrafu 2(c) għandu jinkludi banek ċentrali kemm fil-kapaċità tagħhom bħala sorveljaturi kif ukoll bħala banek ċentrali emittenti.

Emenda 24

Artikolu 23(3)

“3.   Meta jiġi vvalutat jekk intlaħqux il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-AETS għandha tikkonsulta ma’:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn is-CSD minn pajjiż terz ikun beħsiebu jipprovdi servizzi ta’ CSD;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw is-CSDs stabbiliti fl-Unjoni li magħhom is-CSD minn pajjiż terz ikun stabbilixxa konnessjonijiet;

(c)

l-awtoritajiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 11(1);

(d)

l-awtorità fil-pajjiż terz responabbli mill-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CSDs.”

“3.   Meta jiġi vvalutat jekk intlaħqux il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-AETS għandha tikkonsulta ma’:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn is-CSD minn pajjiż terz ikun beħsiebu jipprovdi servizzi ta’ CSD;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw is-CSDs stabbiliti fl-Unjoni li magħhom is-CSD minn pajjiż terz ikun stabbilixxa konnessjonijiet;

(c)

l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 11(1);

(d)

l-awtorità fil-pajjiż terz responabbli mill-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CSDs.”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li tiżgura li l-bank ċentrali emittenti relevanti jkun involut fl-evalwazzjoni mill-AETS b’mod konformi mal-prinċipji CPSS-IOSCO.

Emenda 25

Artikolu 25(5)

“5.   CSD għandu jiddetermina b’mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-bord u għandu jqiegħed il-minuti tal-laqgħat tal-bord għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti.”

“5.   CSD għandu jiddetermina b’mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-bord u għandu jqiegħed il-minuti tal-laqgħat tal-bord għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti u tal-awditur.”

Spjegazzjoni

L-emenda tagħmel din id-dispożizzjoni konsistenti mal-Artikolu 25(3) tal-EMIR.

Emenda 26

Artikolu 28(5)

“5.   Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw fejn CSD jesternalizza wħud mis-servizzi jew l-attivitajiet tiegħu lil entità pubblika u fejn dik l-esternalizzazzjoni tkun irregolata minn qafas legali, regolatorju u operazzjonali ddedikat li sar qbil dwaru u ġie formalizzat b’mod konġunt mill-entità pubblika u s-CSD relevanti u li l-awtoritajiet kompetenti qablu dwaru fuq il-bażi tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.”

“5.   Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw fejn CSD jesternalizza wħud mis-servizzi jew l-attivitajiet tiegħu lil entità pubblika u fejn dik l-esternalizzazzjoni tkun irregolata minn qafas legali, regolatorju u operazzjonali ddedikat li sar qbil dwaru u ġie formalizzat b’mod konġunt mill-entità pubblika u s-CSD relevanti u li ġie jkun ġie approvat mill-awtoritajiet kompetenti tas-CSD relevanti.”

Spjegazzjoni

L-emenda tintroduċi suġġerimenti editorjali. Barra minn hekk, huwa propost li titħassar l-aħħar parti tas-sentenza, peress li ebda rekwiżit speċifiku ma jissemma fir-regolament propost għall-iżvilupp ta’ dan il-qafas operazzjonali.

Emenda 27

Artikolu 35

“1.   Għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jħaddem, CSD għandu jżomm ir-rekords u l-kontijiet li għandhom jippermettulu li fi kwalunkwe mument u mingħajr dewmien jiddistingwi fil-kontijiet mas-CSD it-titoli ta’ parteċipant mit-titoli ta’ kwalunkwe parteċipant ieħor u, jekk applikabbli, mill-assi proprji tas-CSD.

2.   CSD għandu jżomm rekords u l-kontijiet li jippermettu lil parteċipant jiddistingwi t-titoli ta’ dak il-parteċipant minn dawk tal-klijenti ta’ dak il-parteċipant.

3.   CSD għandu joffri li jżomm ir-rekords u l-kontijiet li jippermettu lil parteċipant jagħmel distinzjoni t-titoli ta’ kull wieħed mill-klijenti ta’ dak il-parteċipant, jekk u kif ikun mitlub minn dak il-parteċipant (‘segregazzjoni tal-klijenti individwali’).

[…]”

“1.   Għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jħaddem, CSD għandu jżomm ir-rekords u l-kontijiet li għandhom jippermettulu li fi kwalunkwe mument u mingħajr dewmien jissegrega fil-kontijiet mas-CSD it-titoli ta’ parteċipant mit-titoli ta’ kwalunkwe parteċipant ieħor u, jekk applikabbli, mill-assi proprji tas-CSD.

2.   CSD għandu jżomm rekords u l-kontijiet li jippermettu lil parteċipant jissegrega t-titoli ta’ dak il-parteċipant minn dawk tal-klijenti ta’ dak il-parteċipant.

3.   CSD għandu joffri li jżomm ir-rekords u l-kontijiet li jippermettu lil parteċipant li jissegrega t-titoli ta’ kull wieħed mill-klijenti ta’ dak il-parteċipant, jekk u kif ikun mitlub minn dak il-parteċipant (‘segregazzjoni tal-klijenti individwali’).

[…]”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li tiċċara li t-titoli miżmuma mill-klijenti għandhom jiġu ssegregati mit-titoli tas-CSD u ta’ klijenti oħrajn. Dan huwa konsistenti mal-prinċipju 11 tal-prinċipji CPSS-IOSCO.

Emenda 28

Artikolu 36(6)

“6.   CSD għandu jikseb finalità tas-saldu mhux aktar tard minn tmiem il-jum ta’ negozjar tad-data tas-saldu maħsuba. Fuq talba mill-kumitat tal-utenti tiegħu, dan għandu jistalla sistemi li jippermettu li jsir saldu dakinhar jew f’ħin reali.”

“6.   CSD għandu jikseb finalità tas-saldu mhux aktar tard minn tmiem il-jum ta’ negozjar tad-data tas-saldu maħsuba. Fuq talba mill-kumitat tal-utenti tiegħu, dan għandu jinstalla proċeduri operazzjonali li jippermettu li jsir saldu dakinhar jew f’ħin reali.”

Spjegazzjoni

Fil-kuntest tar-regolament propost, it-terminu “sistema” għandha tifsira speċifika, kif iddefinit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE. L-għan tal-emenda huwa li jiġu evitati kwalunkwe interpretazzjoni mhux intenzjonati tat-terminu ‘sistema’.

Emenda 29

Artikolu 37(1)

“1.   Għal tranżazzjonijiet denominati fil-munita tal-pajjiż fejn isir is-saldu, CSD għandu jissalda l-pagamenti fi flus tas-sistema ta’ saldu tat-titoli rispettivi tiegħu permezz ta’ kontijiet miftuħa ma’ bank ċentrali li joperaw f’munita f'din il-munita kull meta dan ikun prattiku u disponibbli.”

“1.   Għal tranżazzjonijiet denominati fil-munita tal-pajjiż fejn isir is-saldu, CSD għandu jissalda l-pagamenti fi flus tas-sistema ta’ saldu tat-titoli rispettivi tiegħu permezz ta’ kontijiet miftuħa mal- bank ċentrali emittenti ta’ dik il-munita kull meta dan ikun prattiku u disponibbli.”

Spjegazzjoni

Abbażi li jiġu salvagwardjati s-sigurtà u l-effiċjenza tas-saldu u b’mod konformi mal-prinċipji CPSS-IOSCO, jeħtieġ li din id-dispożizzjoni tiġi kkompletata billi jiġi pprovdut li għal tranżazzjonijiet iddenominati fil-munita tal-pajjiż tas-saldu, is-CSDs għandhom jagħmlu saldu bil-flus tal-bank ċentrali, kull meta dan ikun prattiku u fattibbli. L-għan tal-emenda huwa li jiġi speċifikat li l-kontijiet ta’ saldu bi flus għandhom jinfetħu mal-bank ċentrali li jkun ħareġ il-munita, u mhux ma’ kwalunkwe bank ċentrali li jaħdem b’dik il-munita.

Emenda 30

Artikolu 39 tar-regolament propost

“CSD għandu jadotta qafas ta’ ġestjoni tar-riskji solidu sabiex jimmaniġja b’mod komprensiv ir-riskji legali, tan-negozju, operazzjonali u riskji oħrajn.”

“CSD għandu jadotta qafas ta’ ġestjoni tar-riskji solidu sabiex jimmaniġja b’mod komprensiv ir-riskji legali, tan-negozju, operazzjonali, sistemiċi u riskji oħrajn.”

Spjegazzjoni

Is-CSDs jitqiesu li huma infrastrutturi tas-suq importanti mill-aspett sistemiku. Għal din ir-raġuni, ir-rekwiżiti prudenzjali applikabbli għalihom għandhom ikunu mmirati biex jindirizzaw ir-riskju sistemiku.

Emenda 31

Artikolu 40(2)

“2.   CSD għandu jfassal ir-regoli, il-proċeduri u l-kuntratti tiegħu sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu infurzati fil-ġurisdizzjonijiet relevanti kollha, anki f’każ ta’ inadempjenza ta’ parteċipant.”

“2.   CSD għandu jfassal ir-regoli, il-proċeduri u l-kuntratti tiegħu sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu infurzati f’każ ta’ inadempjenza ta’ parteċipant.”

Spjegazzjoni

L-emenda hija editorjali. L-infurzabbiltà ta’ regoli, proċeduri u kuntratti diġà timplika l-infurzabbiltà tagħhom f’kull ġurisdizzjoni relevanti.

Emenda 32

Artikolu 45(4)

“4.   Fil-każ ta' trasferiment proviżorju ta' titoli bejn CSDs konnessi, għandu jkun projbit ritrasferiment tat-titoli qabel l-ewwel trasferiment isir finali.”

“4.   Fil-każ ta' trasferiment proviżorju ta' titoli bejn CSDs konnessi, għandu jkun projbit ritrasferiment jew trasferiment ’il quddiem tat-titoli qabel l-ewwel trasferiment isir finali.”

Spjegazzjoni

Din l-emenda tindirizza problemi relatati mal-ħolqien possibbli ta’ titoli meta trasferiment proviżorju jiġi kkanċellat u t-titoli ttrasferiti b’mod proviżorju jiġu ttrasferiti f’CSD ieħor. Dawn ir-riskji huma relatati mal-integrità tal-ħruġ.

Emenda 33

Artikolu 45(8a)(ġdid)

[L-ebda test]

CSD għandu jipprovdi strutturi ta’ kontijiet adegwati sabiex jippermettu lill-parteċipanti, inklużi CSDs oħrajn, biex jaqbdu mas-sistemi tiegħu. L-istruttura tal-kont għandha tkun appoġġjata mill-arranġamenti xierqa ta’ saldu, kustodja u fiskali.

Spjegazzjoni

Sakemm ma jiġux offruti strutturi ta’ kontijiet adegwati minn CSD li magħhom ikunu konnessi CSD oħrajn, fil-forma ta’ strutturi ta’ kontijiet omnibus, pereżempju, il-funzjonament tajjeb tal-konnessjoni bejn dawn is-CSDs ma jkunx possibbli.

Emenda 34

Artikolu 45(9)

“9.   B’konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet kif stipulati fil-paragrafu 3 li skonthom kull tip ta’ arranġament ta’ konnessjoni jipprovdi għal protezzjoni adegwata tas-CSDs konnessi u tal-parteċipanti tagħhom, partikolarment meta CSD ikollha ħsieb tipparteċipa fis-sistema tas-saldu tat-titoli mħaddma minn CSD oħra, il-monitoraġġ u l-immaniġġjar tar-riskji addizzjonali msemmija fil-paragrafu 5 li ġejjin mill-użutal-intermedjarji, il-metodi ta’ rikonċiljazzjoni msemmija fil-paragrafu 6, il-każijiet fejn is-saldu DVP permezz tal-konnessjonijiet ikun possibbli u fattibbli kif stipulat fil-paragrafu 7 u l-metodi ta’ valutazzjoni tagħhom.”

“9.   B’konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet kif stipulati fil-paragrafu 3 li skonthom kull tip ta’ arranġament ta’ konnessjoni jipprovdi għal protezzjoni adegwata tas-CSDs konnessi u tal-parteċipanti tagħhom, partikolarment meta CSD ikollha ħsieb tipparteċipa fis-sistema tas-saldu tat-titoli mħaddma minn CSD oħra, il-monitoraġġ u l-immaniġġjar tar-riskji addizzjonali msemmija fil-paragrafu 5 li ġejjin mill-użutal-intermedjarji, il-metodi ta’ rikonċiljazzjoni msemmija fil-paragrafu 6, il-każijiet fejn is-saldu DVP permezz tal-konnessjonijiet ikun possibbli u fattibbli kif stipulat fil-paragrafu 7, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu [8a] dwar l-istrutturi ta’ kontijiet adegwati inklużi l-arranġametni relevanti u l-metodi ta’ valutazzjoni tagħhom.”

Spjegazzjoni

L-iskop tal-emenda huwa sabiex tipprovdi għall-adozzjoni ta’ standards tekniċi mill-AETS fir-rigward tal-istrutturi tal-kontijiet għal konnessjonijiet tas-CSD.

Emenda 35

Artikolu 46

“1.   Kwalunkwe kwistjoni fir-rigward tal-aspetti proprjetarji relatati ma' strumenti finanzjarji miżmuma minn CSD għandha tiġi rregolata mil-liġi tal-pajjiż fejn jinsab il-kont.

2.   Fejn il-kont jintuża għal saldu f’sistema ta’ saldu tat-titoli, il-liġi applikabbli għandha tkun dik li tirregola dik is-sistema ta’ saldu tat-titoli.

3.   Fejn il-kont ma jintużax għas-saldu f’sistema ta’ saldu tat-titoli, għandu jiġi supponut li dak il-kont qed jinżamm fil-post fejn is-CSD għandu r-residenza abitwali tiegħu kif determinat mill-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

4.   L-applikazzjoni tal-liġi ta’ kwalunkwe pajjiż speċifikata f’dan l-Artikolu għandha tinvolvi l-applikazzjoni tar-regoli tal-liġi fis-seħħ f’dak il-pajjiż li mhumiex ir-regoli tiegħu tad-dritt internazzjonali privat.”

“1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 2(a), 9 u 10 tad-Direttiva 98/26/KE, kwalunkwe kwistjoni fir-rigward tal-aspetti proprjetarji relatati ma' strumenti finanzjarji miżmuma minn CSD għandha tiġi rregolata mil-liġi tal-pajjiż fejn jinsab il-kont. Għandu jiġi preżunt li l-kont qed jinżamm fil-post fejn is-CSD għandu r-residenza abitwali tiegħu ki f determinat mill-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2.   Meta l-liġi tal-Istat Membru fejn jinżamm il-kont tkun differenti mil-liġi li tirregola s-sistema ta’ saldu tat-titoli, u s-sistema ta’ saldu tat-titoli tkun ġiet iddenominata skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE, il-liġi applikabbli għandha tkun dik li tirrefola dik is-sistema ta' saldu tat-titoli.

   

3.   L-applikazzjoni tal-liġi ta’ kwalunkwe pajjiż speċifikata f’dan l-Artikolu għandha tinvolvi l-applikazzjoni tar-regoli tal-liġi fis-seħħ f’dak il-pajjiż li mhumiex ir-regoli tiegħu tad-dritt internazzjonali privat.”

Spjegazzjoni

Ir-regolament propost jipprovdi għal eċċezzjoni għar-regola prinċipali stipulata fl-Artikolu 46(1) u jippermetti għal għażla tal-liġi fir-rigward ta’ kull kont li jintuża għal saldu f'sistema ta’ saldu tat-titoli. Il-kunċett ta’ sistema ta’ saldu tat-titoli huwa ddefinit bħala arranġament formali rregolat bil-liġi ta' Stat Membru magħżul mill-parteċipanti  (3). Konsegwentement, peress li l-parteċipanti jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli għal sistema ta’ saldu tat-titoli, il-liġi li tirregola sistema ta’ saldu tat-titoli, kif imsemmi fl-Artikolu 46(2) tar-regolament propost, hija soġġetta għal għażla tal-liġi u tista’ tkun differenti mil-liġi tal-post fejn ikun stabbilit is-CSD. Dan joħloq inċertezza legali dwar il-liġi applikabbli fir-rigward ta' titoli saldati fil-kontijiet ta' CSD. L-għan tal-emenda huwa li tillimita l-iskop għal għażla tal-liġi waqt li tipprovdi għal ċerti każijiet speċifiċi fejn il-liġi tal-Istat Membru fejn jinżammu l-kontijiet tkun differenti mil-liġi li tistabbilixxi r-regoli għas-sistema ta’ saldu tat-titoli.

Emenda 36

Artikolu 52(2)

“2.   […]

Wara valutazzjoni tal-impatt dettaljata, konsultazzjoni mal-intrapriżi kkonċernati u wara li jitqiesu l-opinjonijiet tal-AEB, l-AETS u l-BĊE, il-Kummissjoni għandha tadottadeċiżjoni ta' implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 66. Il-Kummissjoni għandha tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha ta' implimentazzjoni.

[…]”

“2.   […]

Wara valutazzjoni tal-impatt dettaljata, konsultazzjoni mas-CSD kkonċernat u wara li jitqiesu l-opinjonijiet tal-AEB, l-AETS, il-BĊE, u l-awtoritajiet superviżorji u l-evalwazzjoni tal-BERS, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 66. Il-Kummissjoni għandha tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha ta' implimentazzjoni.

[…]”

Spjegazzjoni

L-emenda tiċċara li l-impriżi kkonċernati huma CSDs, u li l-BERS għandu jipprovdi wkoll lill-Kummissjoni bl-evalwazzjoni tiegħu.

Emenda 37

Artikolu 52(3)

“3.   CSD li jkun beħsiebu jsalda l-parti ta’ flus tas-sistema ta’ saldu tat-titoli kollha tiegħu, jew parti minnha, skont l-Artikolu 37(2) ta’ dan ir-Regolament għandu jikseb awtorizzazzjoni biex jaħtar għal dan il-għan istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata kif stipulat fit-Titolu II tad-Direttiva 2006/48/KE, sakemm l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 53(1) ta’ dan ir-Regolament ma turix, abbażi tal-evidenza disponnibbli, li l-iskopertura ta’ istituzzjoni ta’ kreditu waħda għall-konċentrazzjoni tar-riskji skont l-Artikolu 57(3) u (4) ta’ dan ir-Regolament ma tkunx mitigata biżżejjed. Fil-każ tal-aħħar, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 53(1) tista' teħtieġ lis-CSD taħtar aktar minn istituzzjoni tal-kreditu waħda. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu maħtura għandhom jitqiesu bħala aġenti tas-saldu.”

“3.   CSD li jkun beħsiebu jsalda l-parti ta’ flus tas-sistema ta’ saldu tat-titoli kollha tiegħu, jew parti minnha, skont l-Artikolu 37(2) ta’ dan ir-Regolament għandu jikseb awtorizzazzjoni biex jaħtar għal dan il-għan istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata kif stipulat fit-Titolu II tad-Direttiva 2006/48/KE, sakemm l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 53(1) ta’ dan ir-Regolament ma turix, abbażi tal-evidenza disponnibbli, li l-iskopertura ta’ istituzzjoni ta’ kreditu waħda għall-konċentrazzjoni tar-riskji skont l-Artikolu 57(3) u (4) ta’ dan ir-Regolament ma tkunx mitigata biżżejjed. Fil-każ tal-aħħar, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 53(1) tista' teħtieġ lis-CSD taħtar aktar minn istituzzjoni tal-kreditu waħda. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu maħtura għandhom jitqiesu bħala aġenti tas-saldu kif iddefinit fl-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 98/26/KE.”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li tiċċara li istituzzjoni ta’ kreditu ddenominata għandha titqies bħala aġent ta’ saldu fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 98/26/KE għall-parti ta’ flus ta’ transazzjonijiet f’titoli, sabiex b’hekk tiġi pprovduta finalità biex jiġu ttrasferiti ordnijiet relatati ma’ dik il-parti ta’ flus.

Emenda 38

Artikolu 53(5)

“5.   B’konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika t-tagħrif li s-CSD li japplika għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni.

[…]”

“5.   B’kooperazzjoni mill-qribmal-membri tas-SEBĊ u l-EBA, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika t-tagħrif li s-CSD li japplika għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni.

[…]”

Spjegazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li l-EBA jkun involut fl-iżvilupp tal-abbozzi ta’ standards regolatorji msemmija fl-Artikolu 53(5), peress li s-suġġett ta’ dawn l-istandards huwa relatat ma’ informazzjoni li tirrigwarda istituzzjonijiet ta’ kreditu.


(1)  Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.

(2)  Ara b’mod partikolari d-Direttiva 98/26/KE, li tirreferi għal-liġi li tirregola u mhux għal-liġi applikabbli.

(3)  Ara f’dan ir-rigward l-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE, li jirreferi għal-liġi li tirregola u mhux għal-liġi applikabbli.


Top