EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007HB0017

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 29 ta' Novembru 2007 lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta' Malta (BĊE/2007/17)

OJ C 304, 15.12.2007, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 304/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-29 ta' Novembru 2007

lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta' Malta

(BĊE/2007/17)

(2007/C 304/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa 'l quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”), u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Eurosistema huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrikkmandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

(2)

Bis-saħħa ta' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/504/KE ta' l-10 ta' Lulju 2007 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Malta tal-valuta waħda fl-1 ta' Jannar 2008 (1), Malta issa tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni ta' l-euro, u d-deroga favur ta' Malta msemmija fl-Artikolu 4 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 hija abrogata b'effett mill-1 ta' Jannar 2008.

(3)

Bis-saħħa ta' l-Artikolu 20 ta' l-Att kif emendat dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta, li jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008, l-istqarrijiet finanzjarji annwali tal-Bank Ċentrali ta' Malta huma vverifikati skond l-Artikolu 27 ta' l-Istatut tas-SEBĊ.

(4)

Il-Bank Ċentrali ta' Malta għażel lil PricewaterhouseCoopers u Ernst & Young bħala l-awdituri esterni indipendenti konġunti għas-sena finanzjarja 2008,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrikkmandat li PricewaterhouseCoopers u Ernst & Young għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni konġunti tal-Bank Ċentrali ta' Malta għas-sena finanzjarja 2008.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fid-29 ta' Novembru 2007.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 186, 18.7.2007, p. 29.


Top