EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008HB0016
Recommendation of the European Central Bank of 17 November 2008 to the Council of the European Union on the external auditors of the Banque centrale du Luxembourg (ECB/2008/16)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 17 ta' Novembru 2008 lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banque centrale du Luxembourg (BĊE/2008/16)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 17 ta' Novembru 2008 lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banque centrale du Luxembourg (BĊE/2008/16)
OJ C 299, 22.11.2008, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 299/5 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-17 ta' Novembru 2008
lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banque centrale du Luxembourg
(BĊE/2008/16)
(2008/C 299/02)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 27.1,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Eurosistema huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrikkmandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni ta' bħalissa tal-Banque centrale du Luxembourg jispiċċa wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2008. Għalhekk jinħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2009. |
(3) |
Il-Banque centrale du Luxembourg għażel lil KPMG AUDIT sàrl bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2009 sa 2013, |
ADDOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrikkmandat li KPMG AUDIT sàrl għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banque centrale du Luxembourg għas-snin finanzjarji 2009 sa 2013.
Magħmula fi Frankfurt am Main, fis-17 ta' Novembru 2008.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET