EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007HB0012

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 15 ta' Novembru 2007 lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank of Cyprus (BĊE/2007/12)

OJ C 277, 20.11.2007, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 277/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta' Novembru 2007

lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank of Cyprus

(BĊE/2007/12)

(2007/C 277/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa 'l quddiem “l-istatut tas-SEBĊ”), b'mod partikolari l-Artikolu 27.1,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Eurosistema huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrikkmandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

(2)

Bis-saħħa ta' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/503/KE ta' l-10 ta' Lulju 2007 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Ċipru tal-valuta waħda fl-1 ta' Jannar 2008 (1), Ċipru issa jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni ta' l-euro, u d-deroga favur ta' Ċipru msemmija fl-Artikolu 4 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 hija abrogata b'effett mill-1 ta' Jannar 2008.

(3)

Bis-saħħa tas-Sezzjoni 60(1)(a) tal-Liġi 34(I) ta' l-2007 li temenda l-Liġijiet tas-Central Bank of Cyprus ta' l-2002 u l-2003, li tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008, l-istqarrijiet finanzjarji annwali tas-Central Bank of Cyprus huma vverifikati skond l-Artikolu 27 ta' l-Istatut tas-SEBĊ.

(4)

Is-Central Bank of Cyprus għażel lil PricewaterhouseCoopers Limited bħala l-awdituri esterni indipendenti għas-snin finanzjarji 2008 sa 2012,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrikkmandat li PricewaterhouseCoopers Limited għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tas-Central Bank of Cyprus għas-snin finanzjarji 2008 sa 2012.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fil-15 ta' Novembru 2007.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 186, 18.7.2007, p. 29.


Top