EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013AB0048
Opinion of the European Central Bank of 5 July 2013 on a proposal for a Council regulation amending Regulation (EC) No 974/98 as regards the introduction of the euro in Latvia and on a proposal for a Council regulation amending Regulation (EC) No 2866/98 as regards the conversion rate to the euro for Latvia (CON/2013/48)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 5 ta’ Lulju 2013 dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fil-Latvja u dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għal-Latvja (CON/2013/48)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 5 ta’ Lulju 2013 dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fil-Latvja u dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għal-Latvja (CON/2013/48)
OJ C 204, 18.7.2013, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 204/1 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-5 ta’ Lulju 2013
dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fil-Latvja u dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għal-Latvja
(CON/2013/48)
2013/C 204/01
Introduzzjoni u bażi legali
Fit-18 ta' Ġunju 2013 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fil-Latvja (1). Fit-3 ta' Lulju 2013 il-BĊE irċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għal-Latvja (2).
Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 140(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
Osservazzjonijiet
1. |
Ir-regolamenti proposti se jagħmlu possibbli l-introduzzjoni tal-euro bħala l-munita tal-Latvja wara l-abrogazzjoni tad-deroga tal-Latvja skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 140(2) tat-Trattat. |
2. |
Il-BĊE jilqa' r-regolamenti proposti. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-5 ta’ Lulju 2013.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) COM(2013) 337 final.
(2) COM(2013) 492 final.