EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013Y0629(01)

Ftehim tal- 21 ta’ Ġunju 2013 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona euro li jemenda l-Ftehim tas- 16 ta’ Marzu 2006 , bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu ta’ rata tal-kambju fit-tielet stadju ta’ Unjoni Ekonomika u Monetarja

OJ C 187, 29.6.2013, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/1


FTEHIM

tal-21 ta’ Ġunju 2013

bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona euro li jemenda l-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006, bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu ta’ rata tal-kambju fit-tielet stadju ta’ Unjoni Ekonomika u Monetarja

2013/C 187/01

1.

Българска народна банка (Bulgarian National Bank)

Knyaz Alexander I Sq. 1

1000 София/Sofia

БЪЛГАРИЯ/BULGARIA

Hrvatska narodna banka

Trg hrvatskih velikana 3

10002 Zagreb

HRVATSKA

Česká národní banka

Na Příkopě 28

115 03 Praha 1

ČESKÁ REPUBLIKA

Danmarks Nationalbank

Havnegade 5

1093 København K

DANMARK

Latvijas Banka

K. Valdemara iela 2a

Rīga, LV-1050

LATVIJA

Lietuvos bankas

Totorių g. 4

LT-01121 Vilnius

LIETUVA/LITHUANIA

Magyar Nemzeti Bank

Budapest

Szabadság tér 8–9.

1054

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Narodowy Bank Polski

ul. Świętokrzyska 11/21

00-919 Warszawa

POLSKA/POLAND

Banca Națională a României

Str. Lipscani nr. 25, sector 3

030031 București

ROMÂNIA

Sveriges Riksbank

Brunkebergstorg 11

SE-103 37 Stockholm

SVERIGE

Bank of England

Threadneedle Street

London

EC2R 8AH

UNITED KINGDOM

u

2.

il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

(minn hawn il quddiem 'il-“Partijiet”)

Billi:

(1)

Il-Kunsill Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Ġunju 1997 (minn hawn 'il quddiem “ir-Riżoluzzjoni”) qabel li jistabbilixxi mekkaniżmu għal rata tal-kambju (minn hawn 'il quddiem “l-ERM II”) meta t-tielet stadju ta’ Unjoni Ekonomika u Monetarja beda fl-1 ta’ Jannar 1999.

(2)

Taħt il-patti tar-Riżoluzzjoni, l-ERMII hija mfassla sabiex tgħin biex jiġi assigurat illi Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro u li qed jipparteċipaw fl-ERM II jorjentaw il-politiki tagħhom lejn l-istabbiltà, ikattru l-istabbiltà u b’hekk jgħinu lill-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro fl-isforzi tagħhom biex jadottaw l-euro.

(3)

Bid-dħul tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea, il-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) tagħha, Hrvatska narodna banka, isir parti mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali fl-1 ta’ Lulju 2013. Il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II għandu għalhekk jiġi emendat f’dan is-sens,

QABLU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Emenda tal-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II minħabba d-dħul tal-Kroazja

Hrvatska narodna banka ser issir parti għall-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013.

Artikolu 2

Sostituzzjoni ta’ Anness II tal-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II

L-Anness II tal-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet finali

3.1.

Dan il-Ftehim jemenda l-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013.

3.2.

Dan il-Ftehim għandu jitħejja bl-Ingliż u jkun debitament iffirmat mir-rappreżentanti awtorizzati tal-Partijiet. Il-BĊE, li jżomm il-Ftehim oriġinali, għandu jibgħat kopja ċċertifikata tal-Ftehim oriġinali lil kull BĊN tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u lil kull BĊN tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro. Dan il-Ftehim għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-21 ta’ Ġunju 2013.

Għal

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

Għal

Hrvatska narodna banka

Għal

Česká národní banka

Għal

Danmarks Nationalbank

Għal

Latvijas Banka

Għal

Lietuvos bankas

Għal

Magyar Nemzeti Bank

Għal

Narodowy Bank Polski

Għal

Banca Națională a României

Għal

Sveriges Riksbank

Għall-

Bank of England

Għall-

Bank Ċentrali Ewropew


ANNESS

“ANNESS II

LIMITI MASSIMI GĦALL-AĊĊESS GĦALL-FAĊILITÀ TA’ FINANZJAMENT GĦAL ŻMIEN QASIR ĦAFNA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 8, 10 U 11 TAL-FTEHIM TAL-BANEK ĊENTRALI DWAR L-ERMII

b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013

(miljuni f’EUR)

Banek ċentrali partijiet għal dan il-Ftehim

Limiti massimi (1)

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

510

Hrvatska narodna banka

430

Česká národní banka

690

Danmarks Nationalbank

700

Latvijas Banka

330

Lietuvos bankas

370

Magyar Nemzeti Bank

670

Narodowy Bank Polski

1 730

Banca Națională a României

990

Sveriges Riksbank

940

Bank of England

4 640

Bank Ċentrali Ewropew

xejn


Banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro

Limiti massimi

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

xejn

Deutsche Bundesbank

xejn

Central Bank of Ireland

xejn

Bank of Greece

xejn

Banco de España

xejn

Banque de France

xejn

Banca d’Italia

xejn

Central Bank of Cyprus

xejn

Eesti Pank

xejn

Banque centrale du Luxembourg

xejn

Bank Ċentrali ta’ Malta

xejn

De Nederlandsche Bank

xejn

Oesterreichische Nationalbank

xejn

Banco de Portugal

xejn

Banka Slovenije

xejn

Národná banka Slovenska

xejn

Suomen Pankki

xejn”


(1)  L-ammonti indikati huma biss indikattivi għall-banek ċentrali li ma jipparteċipawx fl-ERM II.


Top