EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010HB0006
Recommendation of the European Central Bank of 1 July 2010 to the Council of the European Union on the external auditors of Národná banka Slovenska (ECB/2010/6)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 1 ta’ Lulju 2010 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska (BĊE/2010/6)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 1 ta’ Lulju 2010 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska (BĊE/2010/6)
OJ C 184, 8.7.2010, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 184/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-1 ta’ Lulju 2010
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska
(BĊE/2010/6)
2010/C 184/01
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 27.1,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni ta’ bħalissa tan-Národná banka Slovenska ntemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2009. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2010. |
(3) |
Národná banka Slovenska għażlet lil Ernst & Young Slovakia, spol. s r.o. bħala l-awdituri esterni tagħha għas-snin finanzjarji 2010 sa 2014, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rakkomandat illi Ernst & Young Slovakia, spol. s r.o. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska għas-snin finanzjarji 2010 sa 2014.
Magħmula fi Frankfurt am Main, l-1 ta’ Lulju 2010.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET