EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013AB0004

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 11 ta’ Jannar 2013 dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) fir-rigward tal-funzjonijiet tad-depożitarji, il-politiki tar-remunerazzjoni u s-sanzjonijiet (CON/2013/4)

OJ C 96, 4.4.2013, p. 18–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/18


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-11 ta’ Jannar 2013

dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) fir-rigward tal-funzjonijiet tad-depożitarji, il-politiki tar-remunerazzjoni u s-sanzjonijiet

(CON/2013/4)

2013/C 96/04

Introduzzjoni u bażi legali

Fid-19 ta’ Settembru 2012 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Parlament Ewropew għal opinjoni dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) fir-rigward tal-funzjonijiet tad-depożitarji, il-politiki tar-remunerazzjoni u s-sanzjonijiet (1) (id-“direttiva proposta”).

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni dwar id-direttiva proposta hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, billi d-direttiva proposta fiha dispożizzjonijiet li jeffettwaw il-kontribut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) għat-tmexxija bla xkiel tal-politika dwar is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja mill-awtoritajiet kompetenti taħt l-Artikolu 127(5) tat-Trattat. B’konformità mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet ġenerali

Il-BĊE b’mod ġenerali jilqa’ d-direttiva proposta, li għandha l-għan li ssaħħaħ il-qafas tal-UCITS speċifikament fir-rigward ta’: (i) politiki u prattiċi tar-remunerazzjoni tal-maniġment superjuri, dawk li jieħdu r-riskji u dawk li jeżerċitaw funzjonijiet ta’ kontroll; (ii) ir-regoli dwar il-ħatra tad-depożitarji għall-fondi UCITS u t-twettiq tal-funzjonijiet tad-depożitarji, inkluż ir-reġim tar-responsabbiltà relat; u (iii) ir-reġim għal sanzjonijiet u miżuri amministrattivi. Il-BĊE iqis illi r-regoli l-ġodda jistgħu jkollhom rwol importanti fil-prevenzjoni tal-prattiċi ħżiena u t-tisħiħ tal-kunfidenza tal-investituri. Il-BĊE jinnota illi t-tisħiħ propost tal-qafas UCITS huwa miżura f’waqtha minħabba t-tisħiħ li diġà nkiseb fir-regolamentazzjoni tal-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi permezz tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (2) (minn hawn ’il quddiem id-“direttiva AIFM”).

Osservazzjonijiet speċifiċi

1.   Użu mill-ġdid ta’ assi minn depożitarju UCITS

Il-BĊE iqis illi d-direttiva proposta għandha tipprojbixxi b’mod espliċitu lil depożitarju UCITS jew lil kull parti li lilha ġiet iddelegata l-kustodja ta’ fond UCITS milli jerġgħu jużaw l-assi taħt il-maniġment tagħhom għalihom stess. Dawn il-prattiċi jistgħu jpoġġu lil investituri f'pożizzjoni ta' riskju, kif ukoll jiskattaw riskji relevanti minn perspettiva ta' stabbiltà finanzjarja, minħabba l-leverage li jirriżulta minn dawn il-prattiċi. F’dan il-kuntest, il-BĊE iqis illi l-qafas UCITS jeħtieġ li jkun aktar strett f’dan ir-rigward mid-direttiva AIFM, li tippermetti l-użu mill-ġdid ta’ assi bil-kundizzjoni li qabel ikun ingħata l-kunsens tal-maniġers ta’ fond. Dan huwa ġġustifikat mill-fatt illi l-prodotti UCITS jitqassmu b'mod wiesa' lil investituri fil-livell ta’ konsumatur, filwaqt li fondi mmaniġġati taħt id-Direttiva AIFM huma ġeneralment riżervati għal investituri professjonali.

2.   Delega

Id-direttiva proposta tawtorizza lil depożitarju biex jiddelega l-kompiti ta’ salvagwardja lil sottokustodju taħt ċerti kundizzjonijiet li, skont il-memorandum spjegattiv, huma allinjati ma’ dawk applikabbli taħt id-Direttiva AIFM. F’dan ir-rigward, il-BĊE iqis illi l-protezzjoni ta’ investituri fil-livell ta’ konsumatur teħtieġ regoli aktar stretti għal depożitarji UCITS milli għal depożitarji maħtura minn maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi. B'mod partikolari, fil-każijiet kollha d-delega minn depożitarju UCITS lil sottokustodju li jinsab barra mill-Unjoni Ewropea għandha tkun soġġetta għal salvagwardji xierqa, bħal ma huma r-rekwiżiti minimi tal-kapital u s-superviżjoni effettiva fil-pajjiż ikkonċernat. Finalment, hija meħtieġa reviżjoni fir-rigward taż-żamma tal-eċċezzjonijiet li jawtorizzaw lil entitajiet f'pajjiżi terzi biex jaqdu l-funzjoni ta’ sottokustodju ta’ depożitarju UCITS, minkejja illi entitajiet bħal dawn ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ delega stipulati mil-liġi tal-Unjoni.

3.   Eliġibbiltà għal attività bħala kustodju UCITS

Il-BĊE jappoġġa l-introduzzjoni ta’ kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà skont liema huma biss l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti ta’ investiment li jistgħu jaġixxu bħala depożitarji UCITS. Dan ser inaqqas ir-riskju li investituri jiġu iffrodati bħala riżultat tal-ħatra ta’ depożitarju UCITS li mhuwiex suġġett għal livell xieraq ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni. Barra minn dan, għandu jkun ivvalutat aktar jekk ir-reġim propost għar-rekwiżiti kapitali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment (3) jipprovdix salvagwardji xierqa fir-rigward tat-twettiq tal-funzjonijiet ta’ depożitarju UCITS, minħabba l-firxa u l-kumplessità tal-UCITS li għalihom jitwettqu dwar il-funzjonijiet u r-riskji ta’ responsabbiltà ġġenerati minn dawn il-funzjonijiet.

4.   Responsabbiltà

Il-BĊE iqis illi l-“avvenimenti esterni lil hinn … mill-kontroll raġonevoli” (4) li jiskattaw il-possibbilità għal depożitarju biex ma jassumix ir-responsabbiltà stipulata f’kuntratt għandhom jiġu speċifikati fl-atti ddelegati tal-Kummissjoni b’mod dettaljat, billi ssir referenza għall-kategoriji ta’ assi li jistgħu jitqiesu bħala mitlufa minħabba avvenimenti esterni bħal dawn u għat-tipi speċifiċi ta’ avvenimenti previsti.

Fejn il-BĊE jirrakkomanda illi tiġi emendata d-direttiva proposta, għal dan il-għan qed jiġu stipulati fl-Anness proposti speċifiċi tal-abbozzar flimkien ma’ test spjegattiv.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-11 ta’ Jannar 2013.

Il-Viċi President tal-BĊE

Vítor CONSTÂNCIO


(1)  KUMM(2012) 350 finali.

(2)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1. Ara l-Opinjoni tal-BĊE CON/2009/81 tas-16 ta’ Ottubru 2009 dwar proposta ghal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattiv u li temenda d-Direttivi 2004/39/KE u 2009/…/KE (ĠU C 272, 13.11.2009, p. 1). L-opinjonijiet kollha tal-BĊE huma ppubblikati fil-websajt tal-BCE fuq http://www.ecb.europa.eu

(3)  Ara l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-attività ta’ istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiert ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' investiment f'konglomerat finanzjarju (KUMM(2011) 453 finali) u l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti prudenzjali għal istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta’ investiment (KUMM(2011) 452 finali).

(4)  Ara punt (f) tal-Artikolu 26b tad-Direttiva 2009/65/KE imdaħħal minn Artikolu 1(8) tad-direttiva proposta.


ANNESS

Proposti tal-abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (1)

Emenda 1

Artikolu 1(3)

“(3)

L-Artikolu 22 huwa mibdul b’ li gej:

‘Artikolu 22

 

   …

5.   L-assi tal-UCITS għandhom jiġu fdati għand id-depożitarju għas-salvagwardja kif ġej:

(a)

(b)

7.   Id-depożitarju ma għandux jiddelega l-funzjonijiet tiegħu kif imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 lil partijiet terzi.

Il-funzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5 jistgħu jiġu ddelegati mid-depożitarju lil parti terza biss jekk f'kull ħin matul it-twettiq tal-kompiti ddelegati lilha:

(a)

ikollha strutturi u kompetenza li huma adegwati u proporzjonati man-natura u l-kumplessità tal-assi tal-UCITS jew tal-kumpanija tal-immaniġġjar li tkun qed taġixxi f'isem l-UCITS li jkunu ġew fdati lilha;

(b)

għal kompiti tal-kustodja msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 5, tkun soġġetta għal regolamentazzjoni prudenzjali effettiva, inkluż rekwiżiti kapitali minimi, u superviżjoni fil-ġurisdizzjoni konċernata;

Minkejja l-punt (b) tat-tielet subparagrafu fejn il-liġi ta’ pajjiż terz teħtieġ li ċerti strumenti finanzjarji jinżammu f'kustodja minn entità lokali u l-ebda entità lokali ma tissodisfa r-rekwiżiti tad-delega stabbiliti f'dak il-punt, id-depożitarju jista' jiddelega l-funzjonijiet tiegħu lil din l-entità lokali sal-punt meħtieġ mil-liġi tal-pajjiż terz biss u biss sakemm ma jkunx hemm entitajiet lokali li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-delega, u biss fejn:

(a)

l-investituri tal-UCITS relevanti jiġu infurmati kif dovut li din id-delega hija meħtieġa minħabba l-irbit ġuridiku fil-liġi tal-pajjiż terz u ċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw id-delega, qabel l-investiment tagħhom;

(b)

l-UCITS, jew il-kumpanija tal-immaniġġjar f'isem l-UCITS, tkun tat struzzjonijiet lid-depożitarju biex jiddelega l-kustodja ta' tali strumenti finanzjarji lil tali entità lokali.

…’ ”

“(3)

L-Artikolu 22 huwa mibdul b’ li gej:

‘Artikolu 22

 

   …

5.   L-assi tal-UCITS għandhom jiġu fdati għand id-depożitarju għas-salvagwardja kif ġej:

(a)

(b)

5a.   Strumenti finanzjarji u assi oħra miżmumin f’kustodja m’għandhomx jerġgħu jintużaw permezz ta’ rbit jew trasferiment li jsir f’ismu mid-depożitarju jew minn xi parti oħra li lilhom tkun ġiet iddelegata l-funzjoni ta' kustodja, bil-penali li jiġu invalidati d-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jawtorizzaw l-użu mill-ġdid.

7.   Id-depożitarju ma għandux jiddelega l-funzjonijiet tiegħu kif imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 lil partijiet terzi.

Il-funzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5 jistgħu jiġu ddelegati mid-depożitarju lil parti terza biss jekk f'kull ħin matul it-twettiq tal-kompiti ddelegati lilha:

(a)

ikollha strutturi u kompetenza li huma adegwati u proporzjonati man-natura u l-kumplessità tal-assi tal-UCITS jew tal-kumpanija tal-immaniġġjar li tkun qed taġixxi f'isem l-UCITS li jkunu ġew fdati lilha;

(b)

għal kompiti tal-kustodja msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 5, tkun soġġetta għal regolamentazzjoni prudenzjali effettiva, inkluż rekwiżiti kapitali minimi, u superviżjoni fil-ġurisdizzjoni konċernata;

Minkejja l-punt (b) tat-tielet subparagrafu fejn il-liġi ta’ pajjiż terz teħtieġ li ċerti strumenti finanzjarji jinżammu f'kustodja minn entità lokali u l-ebda entità lokali ma tissodisfa r-rekwiżiti tad-delega stabbiliti f'dak il-punt, id-depożitarju jista' jiddelega l-funzjonijiet tiegħu lil din l-entità lokali sal-punt meħtieġ mil-liġi tal-pajjiż terz biss u biss sakemm ma jkunx hemm entitajiet lokali li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-delega, u biss fejn:

(a)

l-investituri tal-UCITS relevanti jiġu infurmati kif dovut li din id-delega, li ma tissodisfax bis-sħiħ ir-rekwiżiti ġenerali ta’ delega stipulati fil-liġi tal-Unjoni, hija meħtieġa minħabba l-irbit ġuridiku fil-liġi tal-pajjiż terz u ċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw id-delega, qabel l-investiment tagħhom;

(b)

l-UCITS, jew il-kumpanija tal-immaniġġjar f'isem l-UCITS, tkun tat struzzjonijiet lid-depożitarju biex jiddelega l-kustodja ta' tali strumenti finanzjarji lil tali entità lokali.

…’ ”

Spjegazzjoni

Il-BĊE iqis illi l-qafas tal-UCITS jeħtieġ li jkun aktar strett mill-qafas previst fid-direttiva AIFM billi m’għandux jippermetti l-użu mill-ġdid ta’ assi mid-depożitarju taħt xi kundizzjonijiet. Dan huwa ġġustifikat peress illi: (i) prodotti UCITS huma mqassma b’mod wiesa' lil investituri fil-livell ta’ konsumatur; u (ii) l-użu mill-ġdid ta’ assi mid-depożitarju jista’ jiskatta riskji relevanti minn perspettiva ta’ stabbiltà finanzjarja, minħabba l-leverage li jirriżulta minn din il-prattika.

Id-delega minn depożitarju UCITS lil sottokustodju li jinsab barra l-Unjoni għandha idealment tkun soġġetta għall-istess salvagwardji, bħal ma huma r-rekwiżiti kapitali minimi u s-superviżjoni effettiva fil-pajjiż konċernat, kif mitlub mil-liġi tal-Unjoni. Fejn japplikaw eżenzjonijiet, huma għandhom ikunu kkomunikati lil investitur b’mod ċar. F’dan ir-rigward, il-protezzjoni ta’ investituri fil-livell ta’ konsumatur teħtieġ regoli aktar stretti għal depożitarji UCITS milli għal depożitarji maħtura minn maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi.

Emenda 2

Artikolu 1(8)

“(8)

L-Artikoli 26a u 26b li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

‘Artikolu 26a

Artikolu 26b

1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 112 u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 112a u 112b, miżuri li jispeċifikaw:

(f)

dak li għandu jiġi mifhum minn avvenimenti esterni lil hinn mill-kontroll raġonevoli, li l-konsegwenzi tagħhom kienu jkunu inevitabbli minkejja l-isforzi raġonevoli kollha bil-kontra skont l-Artikolu 24(1).’ ”

“(8)

L-Artikoli 26a u 26b li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

‘Artikolu 26a

Artikolu 26b

1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 112 u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 112a u 112b, miżuri li jispeċifikaw:

(f)

dak li għandu jiġi mifhum minn avvenimenti esterni lil hinn mill-kontroll raġonevoli, li l-konsegwenzi tagħhom kienu jkunu inevitabbli minkejja l-isforzi raġonevoli kollha bil-kontra skont l-Artikolu 24(1), inkluż tipi speċifiċi ta’ avvenimenti bħal dawn u l-kategoriji ta’ assi li jistgħu jitqiesu bħala mitlufa minħabba avvenimenti esterni bħal dawn.’ ”

Spjegazzjoni

L-‘avvenimenti esterni lil hinn… kontroll raġonevoli’ li jiskattaw il-possibbiltà għad-depożitarju biex ma jassumix ir-responsabbiltà stipulata f’kuntratt għandhom ikunu speċifikati b’mod dettaljat fl-atti ddelegati tal-Kummissjoni billi ssir referenza għall-kategoriji ta’ assi li jistgħu jitqiesu bħala mitlufa minħabba dawn l-avvenimenti esterni u t-tipi speċifiċi ta’ atti bħal dawn li huma previsti.


(1)  It-tipa skura fil-korp tat-test tindika fejn il-BCE qed jipproponi li jiddahhal test gdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.


Top