EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011HB0001
Recommendation of the European Central Bank of 25 February 2011 to the Council of the European Union on the external auditors of the Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique (ECB/2011/1)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 25 ta’ Frar 2011 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique (BĊE/2011/1)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 25 ta’ Frar 2011 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique (BĊE/2011/1)
OJ C 67, 2.3.2011, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 67/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-25 ta’ Frar 2011
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique
(BĊE/2011/1)
2011/C 67/01
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrikkmandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique ntemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2010. Huwa għalhekk neċessarju li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2011. |
(3) |
In-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique għażel lil Ernst & Young Bedrijfsrevisoren/Réviseurs d’entreprises bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2011 sa 2013, bil-possibbiltà ta’ tiġdid ta’ darba għas-snin finanzjarji 2014 sa 2016, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrikkmandat illi Ernst & Young Bedrijfsrevisoren/Réviseurs d’entreprises jinħatru bħala l-awdituri esterni tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique għas-snin finanzjarji 2011 sa 2013, bil-possibbiltà ta’ tiġdid ta’ darba għas-snin finanzjarji 2014 sa 2016.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-25 ta’ Frar 2011.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET