EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009HB0003

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 16 ta' Frar 2009 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-Deutsche Bundesbank (BĊE/2009/3)

OJ C 43, 21.2.2009, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 43/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-16 ta' Frar 2009

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-Deutsche Bundesbank

(BĊE/2009/3)

(2009/C 43/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b'mod partikolari l-Artikolu 27.1,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni ta' bħalissa tad-Deutsche Bundesbank se jispiċċa wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2008. Jinħtieġ għalhekk li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2009.

(3)

Id-Deutsche Bundesbank għażel lil Ernst & Young AG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft Steuerberatungsgesell- schaft bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2009 sa 2014,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat li Ernst & Young AG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft Steuerberatungsgesellschaft għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tad-Deutsche Bundesbank għas-snin finanzjarji 2009 sa 2014.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fis-16 ta' Frar 2009.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


Top