EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AB0099

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 29 ta’ Novembru 2012 dwar proposta għal direttiva li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment (CON/2012/99)

OJ C 39, 12.2.2013, p. 1–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-29 ta’ Novembru 2012

dwar proposta għal direttiva li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment

(CON/2012/99)

2013/C 39/01

Introduzzjoni u bażi legali

Fl-10 ta’ Lulju 2012 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE u 82/891/KEE, id-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1) (iktar ’il quddiem id-‘direttiva proposta’). Fis-27 ta’ Lulju 2012 il-BĊE irċieva talba mill-Parlament Ewropew għal opinjoni dwar id-direttiva proposta.

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni dwar id-direttiva proposta hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea peress li d-direttiva proposta fiha dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kontribut mis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) għat-tmexxija mingħajr xkiel tal-politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Unjoni u l-promozzjoni tal-operat mingħajr xkiel ta’ sistemi ta’ ħlas. B’mod konformi mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet ġenerali

Il-BĊE jappoġġja bis-sħiħ l-iżvilupp ta’ qafas ta’ rkupru u riżoluzzjoni u t-tneħħija ta’ ostakli għall-ġestjoni effettiva tal-kriżijiet fi ħdan l-istituzzjonijiet finanzjarji. Kull istituzzjoni finanzjarja għandha titħalla tfalli b’mod ordnat, waqt li tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja bħala ħaġa sħiħa u jiġi mminimizzati l-ispejjeż pubbliċi u t-tfixkil ekonomiku. Il-BĊE jappoġġja b’mod partikolari qafas ta’ riżoluzzjoni tal-Unjoni għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment sabiex tinżamm l-istabbiltà finanzjarja fi ħdan l-Unjoni u konsegwentement biex jiġi ggarantit il-funzjonament tas-suq uniku wkoll fi żminijiet ta’ kriżi. Għal dan l-iskop, huwa kruċjali li jiġu żviluppati għodod komuni ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-falliment ta’ istituzzjonijiet finanzjarji – bħal pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni, kif ukoll għodod ta’ bank tranżitorju, ippleġġjar intern, bejgħ ta’ negozju u separazzjoni tal-assi. Il-BĊE jilqa’ l-fatt li l-proposta hija konformi ma’ attributi ewlenin miftiehma internazzjonalment ta’ reġimi ta’ riżoluzzjoni effettivi għall-istituzzjonijiet finanzjarji (2), li jitolbu l-konverġenza ta’ reġimi ta’ riżoluzzjoni nazzjonali ma’ għodda u setgħat adegwati għal riżoluzzjoni effettiva. L-implimentazzjoni ta’ dawn l-attributi ewlenin tippermetti intervent f’waqtu sabiex tiġi żgurata l-kontinwità ta’ funzjonijiet essenzjali.

Il-BĊE huwa tal-fehma li d-Direttiva, li hija pass importanti ħafna lejn qafas ta’ riżoluzzjoni integrat għall-Unjoni, għandha tiġi adottata b'ħeffa. Fl-istess ħin, ser ikunu meħtieġa passi ulterjuri sabiex jinħoloq mekkaniżmu uniku ta' riżoluzzjoni, wieħed mit-tliet pilastri bankarji tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-BĊE isejjaħ lill-Kummissjoni biex tippreżenta b’urġenza proposta separata għal Mekkaniżmu Ewropew ta’ Riżoluzzjoni indipendenti, inklużi aspetti ta' Fond Ewropew ta' Riżoluzzjoni komuni. Dan il-Fond għandu, bħala minimu, ikun iffinanzjat mill-istituzzjonijiet finanzjarji. Il-konsistenza bejn dawn it-tliet pilastri hija kruċjali għas-suċċess ta’ unjoni tas-swieq finanzjarji.

OSSERVAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

1.   Definizzjoni ta’ riżoluzzjoni

Id-direttiva proposta tiddefinixxi riżoluzzjoni bħala r-ristrutturazzjoni ta’ istituzzjoni sabiex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni tal-funzjonijiet essenzjali tagħha, tiġi ppriżervata l-istabbiltà finanzjarja, u tiġi rrestawrata l-vijabbiltà ta' dik l-istituzzjoni kollha jew ta' parti minnha (3). Il-BĊE huwa tal-fehma li riżoluzzjoni teħtieġ ġerarkija ċara. F’dan il-kuntest, l-istituzzjonijiet li jkunu qegħdin ifallu jew li aktarx ikunu ser ifallu għandhom fil-prinċipju, soġġett għal deċiżjoni mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, jiġu riżolti permezz ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni meta dan jitqies li huwa neċessarju u fl-interess pubbliku, inkluża l-prevenzjoni ta’ riskju sistemiku. Jekk l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tevalwa li m’hemm ebda tħassib għall-interess pubbliku, l-istituzzjoni għandha tiġi likwidata taħt il-proċeduri ta’ insolvenza normalment applikabbli għal istituzzjonijiet ta’ dik ix-xorta taħt il-liġi nazzjonali. Finalment, ir-ristrutturazzjoni f'riżoluzzjoni ta’ negozju avvjat għandha tiġi kkunsidrata biss meta dan ikun iġġustifikat mill-interess pubbliku li tiġi ppreżervata l-istabbiltà finanzjarja u meta r-riżoluzzjoni ordnata ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jkollha effetti serji ta’ ħsara fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, b’riskju għoli li dik il-ħsara tinxtered minn fruntiera għal oħra għall-oħra. Id-direttiva proposta għandha tiċċara li l-għan ta’ riżoluzzjoni mhuwiex li tiġi ppreżervata l-istituzzjoni li tkun qed tfalli, iżda li tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet essenzjali tagħha (4).

2.   Kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni u valutazzjoni tal-ħtieġa għal appoġġ pubbliku finanzjarju straordinarju

2.1.

Id-direttiva proposta tipprovdi li waħda mill-kundizzjonijiet għal azzjoni ta’ riżoluzzjoni hija li l-awtorità kompetenti jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddetermina li l-istituzzjoni qiegħda tfalli jew aktarx li ser tfalli (5). Il-BĊE huwa tal-fehma li r-responsabbiltajiet sabiex jiġi ddeterminat jekk istituzzjoni hijiex qiegħda tfalli jew jekk aktarx hijiex ser tfalli għandha tiġi assenjata b’mod ċar lill-awtorità kompetenti fl-interess ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni f’waqtha u effiċjenti.

2.2.

Id-direttiva proposta tipprovdi wkoll li l-bżonn ta' għajnuna mill-Istat lil istituzzjoni huwa indikatur li hija tkun qiegħda tfalli jew li aktarx ser tfalli. Madankollu, l-istess artikolu tad-direttiva proposta jipprovdi li żewġ tipi ta’ għajnuna mill-Istat ma jikkostitwixxux indikatur ta’ dan it-tip (6). Waqt li jappoġġja t-tul ta’ żmien massimu propost għal din l-għajnuna mill-Istat (7), il-BĊE jinnota li numru konsiderevoli ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment li preżentament jirċievu għajnuna mill-Istat ikollhom jitqiesu li qegħdin ifallu jew li aktarx ser ifallu abbażi tal-indikatur imsemmi hawn fuq. Il-BĊE jikkunsidra li d-determinazzjoni taċ-ċirkustanzi li fihom istituzzjoni tkun qiegħda tfalli jew aktarx li ser tfalli għandha tkun ibbażata biss fuq valutazzjoni tas-sitwazzjoni prudenzjali ta' istituzzjoni. B'hekk, bżonn partikolari għal għajnuna mill-Istat m’għandux, fih innifsu, jistabbilixxi kriterju oġġettiv adegwat (8). Minflok, iċ-ċirkostanzi sottostanti għall-għoti ta’ għajnuna mill-Istat għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjoni tas-sitwazzjoni prudenzjali tal-istituzzjoni.

3.   Involviment ta’ banek ċentrali fl-irkupru u r-riżoluzzjoni

3.1.

Il-banek ċentrali għandhom responsabbiltà għall-istabbiltà makroprudenzjali u finanzjarja, kif ukoll biex jipprovdu għarfien espert dwar is-swieq finanzjarji. F’dan ir-rigward, huma għandhom ikunu involuti fil-proċess ta’ riżoluzzjoni, biex b’hekk jikkontribwixxu għall-kisba ta’ objettivi ta’ riżoluzzjoni waqt li jimminimizzaw ir-riskji ta’ effetti negattivi involontarji fuq it-twettiq tal-kompiti tal-bank ċentrali u fuq it-tħaddim ta’ sistemi ta' ħlas u ta' saldu. F'dan il-kuntest, il-banek ċentrali jistgħu jiżvolġu rwol fil-valutazzjoni ta' pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni minn perspettiva ta’ stabbiltà finanzjarja, bħall-probabbiltà ta' avvenimenti li jiskattaw tnaqqis fl-ingranaġġ b'mod mhux ordnat. Il-banek ċentrali jistgħu jkunu assoċjati wkoll mal-valutazzjoni tal-azzjoni potenzjali tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, peress li wieħed mill-objettivi ewlenin huwa li jiġi evitat tfixkil sistemiku (9). Il-BĊE b’hekk jidhirlu li huwa neċessarju li l-Istati Membri jiżguraw li, meta l-bank ċentrali ma jkunx huwa stess l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità kompetenti u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jagħmlu skambju adegwat ta’ informazzjoni mal-bank ċentrali (10).

3.2.

Id-direttiva proposta tistipula li l-pjanijiet ta’ rkupru mħejjija minn istituzzjoni għar-restawr tal-qagħda finanzjarja tagħha wara deterjorament sinifikanti m’għandhomx jassumu xi aċċess għal jew ir-riċeviment ta’ appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju. Madankollu, għandhom jinkludu, fejn applikabbli, analiżi ta’ kif u meta istituzzjoni tista’ tapplika għall-użu tal-faċilitajiet ta’ bank ċentrali f’kundizzjonijiet taħt pressjoni u bil-kollateral disponibbli (11). Il-BĊE jixtieq jenfasizza li din id-dispożizzjoni b’ebda mod m'għandha taffettwa l-kompetenza tal-banek ċentrali li jiddeċiedu b'mod indipendenti u bid-diskrezzjoni sħiħa tagħhom dwar il-forniment ta' likwidità tal-bank ċentrali lil istituzzjonijiet ta’ kreditu solventi, kemm f’operazzjonijiet standard tal-politika monetarja kif ukoll assistenza ta’ likwidità ta’ emerġenza, fi ħdan il-limiti imposti mill-projbizzjoni ta’ finanzjament monetarju taħt it-Trattat (12).

3.3.

Id-direttiva proposta teħtieġ li kull Stat Membru jinkludi fil-‘kaxxa tal-għodda’ ta’ riżoluzzjoni tiegħu is-setgħa li tiġi stabbilita istituzzjoni tranżitorja u vettura għall-ġestjoni tal-assi. Id-direttiva proposta tipprovdi li istituzzjoni tranżitorja tkun proprjetà totali jew parzjali ta’ awtorità pubblika waħda jew aktar minn waħda, li tista’ tinkludi lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni nfisha (13). Meta bank ċentrali jaġixxi bħala awtorità ta’ riżoluzzjoni (14), għandu jkun ċar, sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju, li l-bank ċentrali f’ebda każ ma jassumi jew jiffinanzja xi obbligu ta’ dawn l-entitajiet. Ir-rwol ta’ bank ċentrali bħala s-sid ta’ tali entità għandu jibqa’ konsistenti taħt kull ċirkustanza bil-projbizzjoni ta’ finanzjament monetarju taħt l-Artikolu 123 tat-Trattat, kif issupplimentat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3603/93 (15). Dan jipprojbixxi, inter alia, kull finanzjament minn bank ċentrali tal-obbligi tas-settur pubbliku fil-konfront ta’ terzi. Barra minn hekk, dan ir-rwol għandu jitwettaq mingħajr preġudizzju għall-indipendenza tal-bank ċentrali, b’mod partikolari l-indipendenza finanzjarja u istituzzjonali tiegħu.

3.4.

Il-BĊE jinnota li d-direttiva proposta fiha biss kriterji minimi li jridu jiġu sodisfatti mill-istituzzjonijiet tranżitorji u l-vetturi għall-ġestjoni tal-assi, li għandhom jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet pubbliċi. Il-BĊE jisħaq li l-finanzjament trasparenti huwa waħda mill-kwistjonijiet ewlenin li taffettwa l-leġittimità u l-kontabilità għall-użu ta’ fondi pubbliċi, li l-Eurosistema għandha interess li tissalvagwardja. F’dan ir-rigward, il-BĊE jilqa’ l-fatt li d-direttiva proposta tipprovdi li l-ispejjeż ta’ riżoluzzjoni għandhom fil-prinċipju jitħallsu mill-azzjonisti u l-kredituri u meta dawk il-fondi ma jkunux suffiċjenti, minn arranġamenti ta’ finanzjament (16). Madankollu, il-BĊE jenfasizza li, b’mod konformi mal-projbizzjoni ta’ finanzjament monetarju, il-banek ċentrali ma jistgħux jiffinanzjaw dawn l-arranġamenti ta’ finanzjament. B’mod partikolari, dan jaffettwa n-numerazzjoni ta’ mezzi ta’ finanzjament alternattivi (17) fid-direttiva proposta (18).

4.   Involviment ta’ awtoritajiet nazzjonali speċifikati fil-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru

Id-direttiva proposta tipprovdi li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l-pjanijiet ta’ rkupru sabiex jiżguraw, fost affarijiet oħrajn, implimentazzjoni effettiva f’sitwazzjonijiet ta’ pressjoni finanzjarja u mingħajr ma jikkawżaw effett negattiv sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja anki jekk istituzzjonijiet oħrajn ikunu implimentaw pjanijiet ta’ rkupru fl-istess perjodu (19). Sabiex jiġi żgurat li kull tħassib sistemiku rilevanti jittieħed f’kunsiderazzjoni f’dawn ir-reviżjonijiet, inkluż l-impatt ġenerali tal-implimentazzjoni simultanja ta’ pjanijiet ta’ rkupru, li jista’ jwassal għal aġir proċikliku jew bħal merħla, il-BĊE jidhirlu li huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu l-valutazzjonijiet b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti speċifikati meta jkunu entitajiet separati (20).

5.   Appoġġ finanzjarju intragrupp

Id-direttiva proposta tipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet li jkunu jikkonsistu fi grupp jistgħu jidħlu fi ftehimiet ta’ appoġġ finanzjarju intragrupp (21). Il-BĊE jara l-merti ta’ dan ir-rekwiżit, b’mod partikolari peress li dawk il-ftehimiet, ladarba jiġu awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti, jistgħu jiġu sottomessi għal approvazzjoni lil-laqgħa tal-azzjonisti ta’ kull entità li tkun tikkonsisti fi grupp li tipproponi li tidħol fil-ftehim. Il-BĊE jinnota, madankollu, li l-implimentazzjoni ta’ dawn il-ftehimiet volontarji fis-sistemi legali nazzjonali tqajjem kwistjonijiet legali kumplessi. L-adozzjoni tagħhom tiddependi wkoll minn kemm id-dispożizzjonijiet tagħhom jinteraġixxu b'suċċess mal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa, l-insolvenza u l-kumpaniji, pereżempju fir-rigward tal-prinċipju li t-tranżazzjonijiet fi ħdan grupp għandhom ikunu “distakkati” (22). Għal dan il-għan, il-BĊE jikkunsidra li jistgħu jkunu meħtieġa riflessjonijiet ulterjuri dwar jekk humiex iġġustifikati dispożizzjonijiet addizzjonali sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-infurzabbiltà ta’ tranżazzjonijiet intragrupp li jkunu approvati u implimentati skont dawn il-ftehimiet volontarji.

6.   L-għodda tal-ippleġġjar intern u s-setgħat ta’ tniżżil fil-valur

6.1.

Il-BĊE jilqa’ l-iżvilupp tal-ippleġġjar intern bħala mekkaniżmu ta’ tniżżil fil-valur tad-dejn jew ta’ konverżjoni biex jiġi assorbit it-telf ta' istituzzjonijiet li jkunu qegħdin ifallu jew li aktarx ikunu ser ifallu. Il-mekkaniżmu ta' pleġġjar intern għandu jkun iddisinnjat b’tali mod sabiex ikun konformi ma’ karatteristiċi ewlenin miftiehma f’livell internazzjonali għal riżoluzzjoni effettiva (23), b’mod partikolari s-setgħa tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, taħt reġim ta’ riżoluzzjoni, li tippleġġja internament medda wiesgħa ta’ obbligazzjonijiet skont il-ġerarkija tal-kredituri li tapplika f’likwidazzjoni. Il-BĊE jappoġġja l-introduzzjoni ta’ din l-għodda tal-ippleġġjar intern mill-Istati Membri sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 (24). Dan għandu jippermetti ħidma ulterjuri fuq l-ippleġġjar intern, prinċipalment dwar il-possibbiltà li jiddaħħal rekwiżit minimu għal livell immirat ta’ strumenti speċifikati tal-ippleġġjar intern waqt li jinżamm l-ambitu ġenerali tal-ippleġġjar intern. Barra minn hekk, il-BĊE beħsiebu jikkontribwixxi għall-analiżi ulterjuri tal-implikazzjonijiet prattiċi tal-ippleġġjar intern bħala għodda ta’ riżoluzzjoni, ukoll fir-rigward tal-fattibbiltà ta’ eżekuzzjoni rapida, l-abbiltà li tiġi rrispettata l-‘kaskata tal-anzjanità’ fl-assorbenza tat-telf, il-mekkaniżmi tal-konverżjoni jew tat-tniżżil fil-valur (25), kif ukoll l-impatt possibbli fuq is-swieq tad-derivattivi. F’dan il-kuntest, id-disinn tal-għodod tal-ippleġġjar intern u tal-bank tranżitorju għandhom jiġu analizzati flimkien, minħabba l-kapaċità ta' din l-aħħar għodda li timita l-biċċa l-kbira tal-ewwel għodda.

6.2.

Il-BĊE jikkunsidra li l-miżuri ta’ riżoluzzjoni għandhom jiġu adottati f’ċirkustanzi ġġustifikati u akkumpanjati b’kundizzjonijiet xierqa sabiex jiġi limitat il-periklu morali (26). Kif huwa ddikjarat hawn fuq, l-istituzzjonijiet li jkunu qegħdin ifallu jew li aktarx ikunu ser ifallu għandhom fil-prinċipju jiġu likwidati skont proċeduri ordinarji ta’ insolvenza, u meta jitqies neċessarju għandhom jiġu stralċati bl-użu ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni. F’dan l-isfond, is-setgħat tal-ippleġġjar intern, bħala għodda ta’ riżoluzzjoni, għandhom jintużaw b’mod predominanti għar-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet li jkunu laħqu l-punt fejn ma jkunux għadhom vijabbli. Il-BĊE jikkunsidra li l-possibbiltà għall-ippleġġjar intern biex istituzzjoni li tkun qiegħda tfalli jew li aktarx tkun ser tfalli tinżamm bħala negozju avvjat (27) għandha tiġi kkunsidrata biss f’każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati.

Il-BĊE jappoġġja li dejjem tiġi kkombinata l-għodda tal-ippleġġjar intern ma’ sostituzzjoni tat-tmexxija u r-ristrutturar sussegwenti tal-istituzzjoni u l-attivitajiet tagħha b’mod li jiġu indirizzati r-raġunijiet għall-falliment tagħha (28).

6.3.

Id-direttiva proposta tipprovdi li l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżit għall-istituzzjonijiet li jżommu ammont aggregat ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli espressi bħala perċentwal tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni (29). Il-BĊE jsejjaħ biex issir ħidma ulterjuri sabiex jiġi vvalutat jekk ir-rekwiżit minimu tal-ippleġġjar intern għandux jiġi espress bħala perċentwal ta’ obbligazzjonijiet totali jew bħala perċentwal ta’ assi bir-riskju ppeżat. Dan tal-aħħar għandu l-mertu li jieħu f’kunsiderazzjoni kemm ikunu riskjużi l-assi tal-istituzzjoni. Il-BĊE jirrakkomanda li l-ABE twettaq din il-valutazzjoni. Il-BĊE jirrakkomanda wkoll li l-ABE tipprovdi valutazzjoni lill-Kummissjoni tal-impatt għall-istituzzjonijiet ta’ dan ir-rekwiżit u dwar jekk ikunx ta’ benefiċċju li jiddaħħal rekwiżit li jipprojbixxi jew jillimita li l-istrumenti eliġibbli għall-ippleġġjar intern jinżammu fi ħdan is-settur bankarju.

6.4.

Id-direttiva proposta tipprovdi li qabel ma tittieħed azzjoni ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jeżerċitaw is-setgħa ta’ tniżżil fil-valur tad-dejn (30). B’hekk, it-tniżżil fil-valur ta’ strumenti kapitali huwa setgħa ta’ riżoluzzjoni (31), li jidher li japplika qabel ma istituzzjoni tidħol f’riżoluzzjoni. Il-BĊE jappoġġja l-fatt li l-awtoritajiet għandhom is-setgħa li jniżżlu l-valur ta’ strumenti kapitali qabel ma jidħlu f’riżoluzzjoni. Għall-finijiet tar-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet, il-BĊE jirrakkomanda li dan jiġi ċċarat fid-direttiva proposta, sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju. Ikun tajjeb ukoll jekk il-Kummissjoni tagħmel studju ta’ każ u simulazzjoni tal-għodda tal-ippleġġjar intern sabiex jiġu kkjarifikati l-interdipendenzi bejn id-diversi stadji tal-proċess tal-ippleġġjar intern.

7.   Finanzjament tar-riżoluzzjoni u d-daqs immirat tal-arranġamenti ta’ finanzjament

7.1.

Qafas adegwat ta’ riżoluzzjoni għandu jiżgura li l-ispiża tar-riżoluzzjoni jagħmlu tajjeb għaliha, l-ewwel nett, l-azzjonisti u l-kredituri ta’ istituzzjoni f’riżoluzzjoni u s-settur privat b’mod ġenerali. Il-BĊE b’hekk jilqa’ l-fatt li l-għodod u s-setgħat ta’ riżoluzzjoni fid-direttiva proposta jippermettu lill-awtoritajiet biex ipoġġu l-piż tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni fuq l-azzjonisti u l-kredituri. Barra minn hekk, id-direttiva proposta tintroduċi żewġ sorsi addizzjonali ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni: arranġamenti nazzjonali ta’ finanzjament u kontribuzzjonijiet għall-iskema ta’ garanzija tad-depożiti (SGD) (32).

7.2.

Waqt li jirrikonoxxi l-benefiċċju ta’ sorsi addizzjonali għall-finanzjament ta’ riżoluzzjoni, il-BĊE huwa tal-fehma li l-proposta ambizzjuża biex tinħoloq sistema Ewropea ta’ arranġamenti ta’ finanzjament mhijiex ser issolvi kwistjonijiet importanti ta’ riżoluzzjoni transkonfinali, bħall-koordinazzjoni u l-qsim tal-piż. L-eżistenza ta’ 27 arranġament nazzjonali taħt il-kontroll tal-awtoritajiet nazzjonali tagħhom hija kkumplikata ulterjorment minn nuqqas ta' ċarezza fis-sistema proposta, dwar dettalji importanti tas-self, bħad-drittijiet u l-obbligi tas-selliefa u ta’ min jissellef.

8.   L-użu ta’ skemi ta’ garanzija ta’ depożitu fil-finanzjament ta’ riżoluzzjoni

8.1.

Id-direttiva proposta tipprovdi li l-iskema ta’ garanzija ta’ depożitu (SGD) li magħha tkun affiljata l-istituzzjoni hija responsabbli sal-ammont ta’ telf li kien ikollha ġġarrab taħt proċeduri normali ta’ insolvenza (33). It-trattament ta’ depożiti koperti fit-trasferiment lill-bank tranżitorju jista’ jkollu impatt maġġuri fuq l-involviment tal-SGD. Il-grad safejn l-SGD tipparteċipa fil-miżuri ta’ riżoluzzjoni għandu jaffettwa ceteris paribus il-livell ta’ finanzjament meħtieġ miż-żewġ sorsi disponibbli l-oħrajn – l-arranġamenti ta’ finanzjament u l-kredituri mingħajr garanzija. Din l-inċertezza fost il-kredituri tista’ żżid ir-riskju ta’ ġbid ta’ flus preventiv minn kredituri, klijenti u kontropartijiet oħrajn li jekk iseħħ jimmina l-objettiv prinċipali tar-reġim.

8.2.

Id-direttiva proposta tippermetti lill-Istati Membri li jipprovdu li l-mezzi finanzjarji disponibbli ta’ SGD stabbilita fit-territorju tagħhom jistgħu jintużaw biex tiġi ffinanzjata riżoluzzjoni (34). Waqt li l-BĊE jappoġġja din id-dispożizzjoni, li tippermetti sinerġiji bejn l-SGD u l-finanzjament tar-riżoluzzjoni, huwa jikkunsidra li huwa tal-ogħla importanza li dan ma jikkomprometti b'ebda mod il-funzjoni prinċipali tal-SGD li jiġu protetti depożiti assigurati. Il-BĊE jilqa’ l-fatt li d-direttiva proposta tagħti prijorità lill-ħlas lura ta’ depożitanti koperti mill-SGD meta SGD tkun mitluba biex tuża l-mezzi finanzjarji disponibbli tagħha biex tiffinanzja r-riżoluzzjoni kif ukoll, fl-istess ħin, il-funzjoni normali ta’ ħlasijiet lura ta’ depożitanti assigurati, u l-mezzi disponibbli jkunu insuffiċjenti biex jiġu ssodisfati dawn it-talbiet kollha (35).

F'dan l-isfond, il-BĊE jissuġġerixxi li ċ-ċertezza legali tiġi żgurata billi jiġi ddefinit b’mod ċar ir-rwol tal-SGD fil-finanzjament ta’ riżoluzzjoni, irrispettivament minn liema għodda ta’ riżoluzzjoni tintgħażel u kif jiġu applikati l-miżuri.

Id-direttiva proposta teħtieġ li l-Istati membri jiżguraw li, taħt il-liġi nazzjonali li tirregola proċeduri ta’ insolvenza normali, l-iskemi ta’ garanzija ta’ depożitu jikklassifikaw pari passu ma’ pretensjonijiet mhux iggarantiti u mingħajr preferenza. (36) Dan l-approċċ jidher li huwa inkonsistenti mal-approċċ li l-Istati Membri jitħallew jistabiblixxu klassifikazzjoni preferenzjali tal-pretensjonijiet fir-rigward tad-depożiti koperti mill-SGD. Preżentament, sitt Stati Membri – inklużi l-Bulgarija (37), il-Greċja (38), il-Latvja (39), l-Ungerija (40), il-Portugall (41) u r-Rumanija (42) – taw klassifikazzjoni prijoritarja lil pretensjonijiet li l-SGD akkwistat b’surroga wara li ħallset l-ammonti li jikkorrispondu għad-depożiti koperti, biex b’hekk jikkontribwixxu ulterjorment sabiex jiżguraw li finanzjament suffiċjenti jkun disponibbli għall-SGD.

L-opinjonijiet dwar l-impatt tal-għoti ta’ klassifikazzjoni preferenzjali huma diverġenti ħafna, u hemm il-fehma li l-klassifikazzjoni preferenzjali tad-depożitanti jista’ jkollha impatt fuq l-ispejjeż ta’ finanzjament disponibbli għall-banek u li għandhom isiru sforzi akbar minn kredituri oħrajn sabiex jiġu ggarantiti l-pretensjonijiet tagħhom. Min-naħa l-oħra, dan ikun immitigat sal-punt li l-pretensjonijiet prijoritarji jestendu għal depożiti ggarantiti biss. Barra minn hekk, reġim legali li jistabbilixxi klassifikazzjoni prijoritarja ta’ depożitanti ggarantiti għandu jiffaċilita l-użu ta’ miżuri ta’ riżoluzzjoni pprovduti fid-direttiva proposta (eż. għodda ta’ bejgħ ta’ negozju, għodda ta’ istituzzjoni tranżitorja). Mill-perspettiva ta’ stabbiltà finanzjarja, il-pretensjoni prijoritarja fir-rigward tad-depożiti koperti hija appoġġjata wkoll peress li tnaqqas ir-riskji ta’ ġbid ta’ flus f’daqqa mill-banek, telf potenzjali tad-depożitanti f’fażi ta’ stralċ, kif ukoll it-tnaqqis eċċessiv tal-SGD (43).

9.   L-iżvelar ta’ materjal ta’ marketing

Id-direttiva proposta tipprovdi li kull żvelar pubbliku tal-marketing ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li tkun qiegħda tbigħ in-negozju tagħha kollu jew parti minnu taħt għodda ta’ bejgħ ta’ negozju jista’ jiġi pospost (44). Il-BĊE jidhirlu li jista’ jkun meħtieġ ukoll li jiġi pospost l-iżvelar ta’ informazzjoni sensittiva li tista’ taffettwa l-prezz li tkun relatata ma’ strumenti finanzjarji nnegozjati, matul l-applikazzjoni ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni oħrajn. Id-dispożizzjonijiet relevanti fid-direttiva proposta (45) għandhom jiġu estiżi għal regola ġenerali matul l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe għodda ta’ riżoluzzjoni meta l-interess tal-istituzzjoni jkun jista’ jiġġustifika dewmien fl-iżvelar ta' informazzjoni sensittiva li tista' taffettwa l-prezz.

10.   Armonizzazzjoni ulterjuri ta’ regoli dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni

10.1.

Il-BĊE jappoġġja l-iżvilupp ta’ qafas ta’ rkupru u riżoluzzjoni wkoll għal istituzzjonijiet finanzjarji li mhumiex banek u li huma ta' importanza sistemika, bħal pereżempju kumpaniji tal-assigurazzjoni u infrastrutturi tas-suq (46). Dan għandu jkun ikkoordinat ma’ inizjattivi internazzjonali.

10.2.

L-isforzi sabiex ikomplu jiġu armonizzati b’mod minimu l-liġijiet dwar l-insolvenza bejn l-Istati Membri għandhom jitkomplew. Id-diversità preżenti fil-liġijiet dwar l-insolvenza, pereżempju fil-klassifikazzjoni ta’ pretensjonijiet tal-kredituri, għandha impatt konsiderevoli fuq l-implimentazzjoni ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni, u b’mod partikolari r-realizzazzjoni ta’ assi u obbligazzjonijiet miżmuma minn vetturi ta’ riżoluzzjoni.

Magħmula fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Novembru 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  KUMM(2012) 280 finali.

(2)  Ara “Key Attributes of Effective Resolution Regimes for Financial Institutions”, Ottubru 2011, disponibbli fuq il-websajt tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja fuq http://www.financialstabilityboard.org u l-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, “Report and Recommendations of the Cross-border Bank Resolution Group”, Marzu 2010, disponibbli fuq il-websajt tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali fuq http://www.bis.org

(3)  Ara l-Artikolu 2(1) tad-direttiva proposta.

(4)  Ara l-kontribut tas-SEBĊ għall-konsultazzjoni pubblika tal-KE dwar id-dettalji tekniċi ta’ qafas possibbli tal-UE għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek, Mejju 2011, pġ. 4 u 5. Id-dokumenti kollha msemmija tal-BĊE huma disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE fuq http://www.ecb.europa.eu. Ara wkoll l-Emenda 3 proposta tal-BĊE.

(5)  Ara l-Artikolu 27(1)(a) tad-direttiva proposta.

(6)  Ara l-Artikolu 27(2)(d)(i) u (ii) tad-direttiva proposta.

(7)  Ara l-Artikolu 27(2)(d), it-tieni paragrafu, tad-direttiva proposta.

(8)  Ara l-Artikolu 27(2)(d) tad-direttiva proposta moqri flimkien mal-Artikolu 2(26). Ara wkoll l-Emendi 2 u 8 proposti.

(9)  Ara wkoll il-kontribuzzjoni tas-SEBĊ għall-konsultazzjoni pubblika tal-KE dwar id-dettalji tekniċi ta’ qafas possibbli tal-UE għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek, Mejju 2011, p. 6, paragrafu 9.

(10)  F’dan ir-rigward, l-Artikolu 74(3)(b) tad-direttiva proposta huwa pass fid-direzzjoni t-tajba, iżda mhuwiex biżżejjed sabiex jiżgura l-ammont xieraq ta’ skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni. Ara wkoll l-Emendi 4 u 23 proposti.

(11)  Ara l-Artikolu 5(3) tad-direttiva proposta; ara wkoll l-Artikolu 9(2) tad-direttiva proposta fir-rigward ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni.

(12)  Ara r-Rapport ta’ Konverġenza tal-BĊE, 2012, p. 29. Ara wkoll l-Emenda 1 proposta.

(13)  Ara l-Artikoli 34(2) u 36(2) tad-direttiva proposta.

(14)  Ara l-Opinjoni tal-BĊE CON/2011/39.

(15)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3603/93 tat-13 Diċembru 1993 li jistabbilixxi d-definizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet previsti fl-Artikoli 104 u 104b(1) tat-Trattat (ĠU L 332, 31.12.1993, p. 1).

(16)  Ara l-Artikolu 92(2) tad-direttiva proposta.

(17)  Ara l-Artikolu 96 tad-direttiva proposta.

(18)  Ara l-Opinjoni tal-BĊE CON/2011/103, paragrafu 4 u l-Opinjoni tal-BĊE CON/2010/83, paragrafu 6.3.

(19)  Ara l-Artikolu 6(2)(b) tad-direttiva proposta.

(20)  Ara l-Emenda 5 proposta.

(21)  Ara l-Artikoli 16 to 22 tad-direttiva proposta.

(22)  Ir-rekwiżit li t-tranżazzjonijiet intragrupp ikunu distakkati huwa prinċipju fundamentali taħt il-liġi tal-kumpaniji ta’ kważi l-Istati Membri kollha ħlief Spanja. Ara r-rapport ta’ DBB law lil DG Markt tal-2008 dwar ir-restrizzjonijiet legali fuq trasferimenti intragrupp, li enfasizza dan ir-riskju.

(23)  Ara ‘Key Attributes of Effective Resolution Regimes for Financial Institutions’, Ottubru 2011, disponibbli fuq il-websajt tal-Financial Stability Board fuq http://www.financialstabilityboard.org

(24)  Ara l-Artikolu 115(1), it-tielet paragrafu, tad-direttiva proposta.

(25)  Ara il-kontribuzzjoni tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), għall-konsultazzjoni pubblika tal-KE dwar id-dettalji tekniċi ta’ qafas possibbli tal-UE ta’ rkupru u ta’ riżoluzzjoni tal-banek, p. 4.

(26)  Ara wkoll il-kontribuzzjoni tas-SEBĊ għall-Konsultazzjoni pubblika tal-KE dwar id-dettalji tekniċi ta’ qafas possibbli tal-UE ta’ rkupru u ta’ riżoluzzjoni tal-banek, Mejju 2011, p. 5.

(27)  Negozju avvjat tintuża biex tiddeskrivi s-sitwazzjoni fejn istituzzjoni tkompli tiffunzjona f’riżoluzzjoni mingħajr il-prospett ta' likwidazzjoni fil-futur prevedibbli. Dan huwa oppost għal negozju mhux avvjat (gone concern) fejn il-funzjonijiet bankarji kritiċi jkunu ppriżervati iżda f’entità legali differenti mill-entità li tkun għaddiet minn riżoluzzjoni u tkun qiegħda tiġi stralċata.

(28)  Ara l-premessa 46 tad-direttiva proposta.

(29)  Ara l-Artikolu 39(6) tad-direttiva proposta.

(30)  Ara l-Artikolu 51(1) tad-direttiva proposta.

(31)  Ara l-Artikolu 56(1)(f) tad-direttiva proposta.

(32)  Artikolu 96. Inkwantu l-arranġamenti ta’ finanzjament jissellfu wkoll mill-bank ċentrali, dan jista’ jammonta għal finanzjament monetarju. Ara f’dan ir-rigward il-paragrafu 3.4 u l-Emenda 29.

(33)  Ara l-Artikolu 99(1) tad-direttiva proposta.

(34)  Ara l-Artikolu 99(5) tad-direttiva proposta.

(35)  Artikolu 99(8) tad-direttiva proposta.

(36)  Ara l-Artikolu 99(2) tad-direttiva proposta.

(37)  L-istatus ta’ kreditur ippreferut huwa stabbilit għad-DGS mill-Artikolu 94(1) tal-Liġi dwar l-Insolvenza tal-Banek (Darjaven vestnik Nru 92, 27.9.2002).

(38)  L-istatus ta’ depożitant bħala kreditur ippreferut huwa stabbilit mill-Artikolu 4(16) tal-Liġi 3746/2009 li tittrasponi d-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u d-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni u dispożizzjonijiet oħrajn (FEK A 27, 16.2.2009). L-Artikolu 13a(4) jistabbilixxi l-istatus tad-DGS.

(39)  Liġi tal-5 ta’ Ottubru 1995 dwar istituzzjonijiet ta’ kreditu (LV 163(446), 24.10.1995). L-Artikolu 192(1) introduċa klassifikazzjoni preferenzjali għal depożitanti ggarantiti fil-21 ta’ Mejju 1998.

(40)  Liġi CXII tal-1996 dwar istituzzjonijiet ta’ kreditu u impriżi finanzjarji (Magyar Közlöny 1996/109, 12.12.1996), u b’mod aktar speċifiku l-Kapitolu XV tal-Liġi dwar id-dettalji tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti. L-istatus preferenzjali tal-pretensjonijiet ta’ depożiti kollha, u mhux biss dawk iggarantiti, huwa stabbilit mill-Artikolu 183(1) tal-Liġi.

(41)  Ara l-Artikolu 166-A tal-verżjoni kkonsolidata tad-Digriet-Liġi Nru 298/92 tal-31 ta’ Diċembru 1992 dwar il-qafas legali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u impriżi finanzjarji (D.R. Nru 30, I, 10.2.2012).

(42)  L-Ordinanza tal-Gvern Nru 10/2004 dwar il-proċedimenti għal riorganizzazzjoni ġudizzjarja u falliment ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, kif emendata ulterjorment u ssupplimentata, b’mod partikolari mill-Artikolu 38, tagħti dritt preferenzjali, wara li jkunu tħallsu l-ispejjeż relatati mal-proċedimenti ta’ falliment għal pretensjonijiet li jirriżultaw minn depożiti ggarantiti, inklużi l-pretensjonijiet tad-DGS li jirriżultaw minn ħlasijiet lura lid-depożitanti ggarantiti (Monitorul Oficial al României, L-Ewwel Parti, Nru 84, 30.1.2004).

(43)  Ara l-Opinjoni tal-BĊE CON/2011/83.

(44)  Ara l-Artikolu 33(2) tad-direttiva proposta.

(45)  Ara l-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16).

(46)  Ara f’dan ir-rigward il-Konsultazzjoni tal-Kummissjoni dwar qafas possibbli ta’ rkupru u ta’ riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji apparti banek tal-5 ta’ Ottubru 2012, disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea fuq http://ec.europa.eu/internal_market/consultations/2012/nonbanks/consultation-document_en.pdf


ANNESS

Proposti ta’ abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (1)

Emenda 1

Premessa 21

“Il-pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni ma għandhomx jissoponu aċċess għal għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja jew skopertura tal-kontribwenti għar-riskju tat-telf. Aċċess għal faċilitajiet ta' likwidità pprovduti minn banek ċentrali, inklużi faċilitajiet ta' likwidità ta' emerġenza, ma għandux jitqiesu bħala għajnuna ta' finanzjament pubblika straordinarja sakemm l-istituzzjoni tkun solventi fil-mument tal-forniment tal-likwidità, u tali forniment ta' likwidità ma jkunx parti minn pakkett ta' għajnuna akbar; li l-faċilità tkun kompletament garantita b'kollateral li għalih jiġi applikat tnaqqis, skont il-kwalità u l-valur fis-suq tiegħu, li l-bank ċentrali jimponi rata ta' interess ta' penalità fuq il-benefiċjarju; u li l-miżura titieħed fuq l-inizjattiva tal-bank ċentrali nnifsu, u b'mod partikolari ma tkunx sostnuta b'xi kontrogaranzija mill-Istat.”

“Il-pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni ma għandhomx jissoponu aċċess għal għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja jew skopertura tal-kontribwenti għar-riskju tat-telf. jew jassumu a Aċċess għal faċilitajiet ta' likwidità pprovduti minn banek ċentrali, inklużi faċilitajiet ta' likwidità ta' emerġenza likwidità ta’ bank ċentrali ma għandux jitqiesu bħala għajnuna ta' finanzjament pubblika straordinarja sakemm l-istituzzjoni tkun solventi fil-mument tal-forniment tal-likwidità, u tali forniment ta' likwidità ma jkunx parti minn pakkett ta' għajnuna akbar; li l-faċilità tkun kompletament garantita b'kollateral li għalih jiġi applikat tnaqqis, skont il-kwalità u l-valur fis-suq tiegħu, li l-bank ċentrali jimponi rata ta' interess ta' penalità fuq il-benefiċjarju; u li l-miżura titieħed fuq l-inizjattiva tal-bank ċentrali nnifsu, u b'mod partikolari ma tkunx sostnuta b'xi kontrogaranzija mill-Istat.”

Spjegazzjoni

Il-banek ċentrali jipprovdu likwidità lil kontropartijiet eliġibbli li jipparteċipaw fit-TARGET2 jew f’operazzjonijiet tal-politika monetarja  (2) bil-għan li s-sistemi ta’ ħlas u l-politika monetarja joperaw mingħajr xkiel. Barra minn hekk, il-banek ċentrali jistgħu jipprovdu appoġġ ta’ likwidità f’ċirkustanzi eċċezzjonali u fuq bażi ta’ każ b’każ lil istituzzjonijiet ta’ kreditu illikwidi iżda solventi  (3). L-emenda proposta hija mmirata li tiżgura li l-pjanijiet ta’ rkupru u ta’ riżoluzzjoni ma jassumux id-disponibbiltà tal-appoġġ ta’ likwidità tal-bank ċentrali. Il-banek ċentrali jiddeċiedu b’mod indipendenti u bid-diskrezzjoni sħiħa tagħhom dwar il-forniment ta’ likwidità tal-bank ċentrali lil istituzzjonijiet ta’ kreditu solventi fi ħdan il-limiti imposti mill-projbizzjoni tal-finanzjament monetarju fit-Trattat  (4).

Emenda 2

Premessa 24

“Il-qafas ta' riżoluzzjoni għandu jipprovdi għad-dħul f'waqtu tar-riżoluzzjoni qabel istituzzjoni finanzjarja ssir insolventi fuq il-karta tal-bilanċ u qabel tispiċċa kompletament fix-xejn l-ekwità kollha. Ir-riżoluzzjoni għandha tinbeda meta ditta ma tibqax vijabbli jew x'aktarx ma tibqax aktar vijabbli u miżuri oħra kienu insuffiċjenti biex jiġi evitat l-falliment. Il-fatt li istituzzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti għal awtorizzazzjoni ma għandux jiġġustifika minnu nnifsu d-dħul ta' riżoluzzjoni, speċjalment jekk l-istituzzjoni tkun għadha jew x 'aktarx għadha vijabbli. Istituzzjoni għandha titqies qed tfalli jew x'aktarx tfalli meta tkun jew x'aktarx ser tkun qed tikser ir-rekwiżiti kapitali għall-kontinwazzjoni tal-awtorizzazzjoni minħabba li tkun ġarrbet jew x'aktarx ser iġġarrab telf li ser inaqqas il-fondi proprji kollha jew sostanzjalment, meta l-assi tal-istituzzjoni jkunu jew ser isiru anqas mill-obbligazzjonijiet, meta l-istituzzjoni tkun jew tkun ser issir inkapaċi tħallas l-obbligi tagħha hekk kif isiru dovuti, jew meta l-istituzzjoni tkun teħtieġ għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja. Il-ħtieġa għal għajnuna ta' likwidità ta' emerġenza minnbank ċentrali ma għandhiex fiha nnfisha tkun kondizzjoni li turi b'mod suffiċjenti li istituzzjoni hija jew ser issir, fil-futur qarib, inkapaċi tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha hekk kif dawn isiru dovuti. Sabiex tiġi ppriżervata l-istabbiltà finanzjarja, b'mod partikolari f'każ ta' skarzezza ta' likwidità sistemika, garanziji tal-Istati fuq faċilitajiet ta' likwidità pprovduti minn banek ċentrali jew garanziji tal-Istat fuq obbligazzjonijiet ġodda maħruġa ma għandhomx jiskattaw qafas ta' riżoluzzjoni jekk jintlaħqu għadd ta' kundizzjonijiet. Partikolarment miżuri ta' garanziji tal-Istat jeħtieġ li jiġu approvati skont il-qafas tal-għajnuna mill-Istat u ma għandhomx ikunu parti minn pakkett akbar ta' għajnuna, u l-użu tal-miżuri ta' garanzija għandu jkun strettament għal żmien limitat. Fiż-żewġ każijiet, il-bank jeħtieġ ikun solventi.”

“Il-qafas ta' riżoluzzjoni għandu jipprovdi għad-dħul f'waqtu tar-riżoluzzjoni qabel istituzzjoni finanzjarja ssir insolventi fuq il-karta tal-bilanċ u qabel tispiċċa kompletament fix-xejn l-ekwità kollha. Ir-riżoluzzjoni għandha tinbeda meta ditta ma tibqax vijabbli jew x'aktarx ma tibqax aktar vijabbli u miżuri oħra kienu insuffiċjenti biex jiġi evitat l-falliment. Il-fatt li istituzzjoni ma tissodisfawx ir-rekwiżiti għal awtorizzazzjoni ma għandux jiġġustifika minnu nnifsu d-dħul ta' riżoluzzjoni, speċjalment jekk l-istituzzjoni tkun għadha jew x'aktarx għadha vijabbli. Istituzzjoni għandha titqies qed tfalli jew x'aktarx tfalli meta tkun jew x'aktarx ser tkun qed tikser ir-rekwiżiti kapitali għall-kontinwazzjoni tal-awtorizzazzjoni minħabba li tkun ġarrbet jew x'aktarx ser iġġarrab telf li ser inaqqas il-fondi proprji kollha jew sostanzjalment, meta l-assi tal-istituzzjoni jkunu jew ser isiru anqas mill-obbligazzjonijiet, meta l-istituzzjoni tkun jew tkun ser issir inkapaċi tħallas l-obbligi tagħha hekk kif isiru dovuti jew meta l-istituzzjoni tkun teħtieġ għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja. Il-ħtieġa għal għajnuna ta' likwidità ta' emerġenza minnbank ċentrali ma għandhiex fiha nnfisha tkun kondizzjoni li turi b'mod suffiċjenti li istituzzjoni hija jew ser issir, fil-futur qarib, inkapaċi tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha hekk kif dawn isiru dovuti. Sabiex tiġi ppriżervata l-istabbiltà finanzjarja, b'mod partikolari f'każ ta' skarzezza ta' likwidità sistemika, garanziji tal-Istati fuq faċilitajiet ta' likwidità pprovduti minn banek ċentrali jew garanziji tal-Istat fuq obbligazzjonijiet ġodda maħruġa ma għandhomx jiskattaw qafas ta' riżoluzzjoni jekk jintlaħqu għadd ta' kundizzjonijiet. Partikolarment miżuri ta' garanziji tal-Istat jeħtieġ li jiġu approvati skont il-qafas tal-għajnuna mill-Istat u ma għandhomx ikunu parti minn pakkett akbar ta' għajnuna, u l-użu tal-miżuri ta' garanzija għandu jkun strettament għal żmien limitat. Fiż-żewġ każijiet, il-bank jeħtieġ ikun solventi.

Spjegazzjoni

L-emenda proposta hija mmirata li tiċċara li d-determinazzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom istituzzjoni tkun qiegħda tfalli jew aktarx ser tfalli għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tas-sitwazzjoni prudenzjali tal-istituzzjoni mill-awtoritajiet kompetenti. Valutazzjoni tal-ħtieġa ta’ għajnuna mill-Istat tinvolvi lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni. Ara wkoll l-ispjegazzjoni għall-Emenda 10.

Emenda 3

Artikolu 2

“Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw id-definizzjonjiet li ġejjin:

“Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw id-definizzjonjiet li ġejjin:

(1)

‘riżoluzzjoni’ tfisser ir-ristrutturazzjoni ta’ istituzzjoni sabiex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni tal-funzjonijiet essenzjali tagħha, tiġi priżervata stabbiltà finanzjarja, u tiġi restawrata l-vijabbiltà ta' dik l-istituzzjoni kollha jew ta' parti minnha;

(1)

‘riżoluzzjoni’ tfisser ir-ristrutturazzjoni ta’ istituzzjoni sabiex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni tal-funzjonijiet essenzjali tagħha, tiġi priżervata stabbiltà finanzjarja, u tiġi restawrata l-vijabbiltà ta' dik l-istituzzjoni parzjalment jew, f’każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati, totalment;

[…]”

[…]

 

(84)

‘awtorità nazzjonali speċifikata’ tfisser awtorità speċifikata fi ħdan it-tifsira tal-atti relevanti tad-dritt tal-Unjoni.”

Spjegazzjoni

L-emenda proposta hija mmirata biex tenfasizza li istituzzjonijiet li jkunu qegħdin ifallu jew li ma jkunux vijabbli għandhom jiġu stralċati taħt proċeduri ordinarji ta’ insolvenza. Jekk jitqies li huwa meħtieġ, għandhom jiġu riżolti permezz ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni u għandhom jiġu ristrutturati bħala negozju avvjat biss bħala l-aħħar rimedju. Il-BĊE jenfasizza l-importanza li jkun meħtieġ li r-ristrutturazzjoni ta’ negozju avvjat dejjem ikun akkumpanjat minn miżuri li jnaqqsu l-periklu morali. Pereżempju, l-azzjonisti u l-kredituri mingħajr garanzija għandhom jassumu t-telf u l-maniġment għandu jiġi ssostitwit, sabiex tinkiseb konsistenza mal-objettiv tal-politika ewlenija  (5). Meta dawn il-fondi ma jkunux suffiċjenti, għandhom jintużaw arranġamenti ta’ finanzjament. Il-BĊE jisħaq li l-finanzjament trasparenti huwa waħda mill-kwistjonijiet ewlenin li taffettwa l-leġittimità u l-kontabilità fl-użu ta’ fondi pubbliċi, li l-Eurosistema għandha interess li tissalvagwardja. Il-BĊE jenfasizza li l-banek ċentrali ma jistgħux jiffinanzjaw dawn l-arranġamenti, b’mod konformi mal-projbizzjoni ta’ finanzjament monetarju  (6).

It-terminu ‘awtorità nazzjonali speċifikata’ jintuża fil-proposta Emenda 5 u għalhekk jeħtieġ li jiġi definit.

Emenda 4

Artikolu 3(5a) (ġdid)

Ebda test preżentament

Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni speċifikata b’mod konformi mal-paragrafu 1 ma tkunx il-bank ċentrali, kull deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni skont din id-Direttiva għandha tiġi kkomunikata lill-bank ċentrali mingħajr dewmien.

Spjegazzjoni

Id-direttiva proposta tipprovdi li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jkunu awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni għall-finijiet tad-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE, banek ċentrali, ministeri kompetenti jew awtoritajiet pubbliċi amministrattivi oħrajn  (7). Il-banek ċentrali għandhom mandat ta’ stabbiltà finanzjarja li huwa definit b’mod ċar  (8), li jiġġustifika l-komunikazzjoni ta’ informazzjoni relevanti lill-bank ċentrali relevanti jekk l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun awtorità amministrattiva pubblika oħra.

Emenda 5

Artikolu 6(2)

“L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu dawk il-pjanijiet u jivvalutaw il-punt safejn kull pjan jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 u l-kriterji li ġejjin:”

“L-awtoritajiet kompetenti, b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali speċifikati, għandhom jirrevedu dawk il-pjanijiet u jivvalutaw il-punt safejn kull pjan jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 u l-kriterji li ġejjin:”

Spjegazzjoni

Id-direttiva proposta tipprovdi għal reviżjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiġi żgurat li jistgħu jiġu implimentati b’mod effettiv f’sitwazzjonijiet ta’ pressjoni finanzjarja u mingħajr effetti negattivi fuq is-sistema finanzjarja anki jekk istituzzjonijiet oħrajn jimplimentaw pjanijiet ta’ rkupru fl-istess perjodu ta’ żmien. Sabiex jiġi żgurat li kull tħassib sistemiku jittieħed f’kunsiderazzjoni bis-sħiħ, l-awtoritajiet nazzjonali speċifikati relevanti għandhom ikunu involuti meta jkunu separati mill-awtoritajiet kompetenti. Ara wkoll l-Emenda 3 proposta għal definizzjoni ta’ dan it-terminu.

Emenda 6

Artikolu 9(2)

“Il-pjan tar-riżoluzzjoni għandu jikkunsidra firxa ta' xenarji inkluż li l-avveniment ta' falliment jista’ jkun idjosinkratiku jew jista’ jseħħ fi żmien ta’ instabbiltà finanzjarja usa’ jew avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha. Il-pjan tar-riżoluzzjoni ma għandu jassumi l-ebda għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja minbarra l-użu tal-arranġamenti ta' finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 91.”

“Il-pjan tar-riżoluzzjoni għandu jikkunsidra firxa ta' xenarji inkluż li l-avveniment ta' falliment jista’ jkun idjosinkratiku jew jista’ jseħħ fi żmien ta’ instabbiltà finanzjarja usa’ jew avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha. Il-pjan tar-riżoluzzjoni ma għandu jassumi l-ebda għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja jew assistenza ta’ likwidità ta’ emerġenza mill-bank ċentrali minbarra l-użu tal-arranġamenti ta' finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 91.”

Spjegazzjoni

L-emenda proposta tenfasizza li l-banek ċentrali għandhom jiddeċiedu b’mod indipendenti u bid-diskrezzjoni sħiħa tagħhom dwar il-forniment ta’ likwidità tal-bank ċentrali, inkluża assistenza ta’ likwidità ta’ emerġenza, lil istituzzjonijiet ta’ kreditu solventi fi ħdan il-limiti imposti mill-projbizzjoni ta’ finanzjament monetarju  (9). Ara wkoll l-ispjegazzjoni għall-Emenda 7.

Emenda 7

Artikolu 13(1)

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, jivvalutaw safejn istituzzjonijiet u gruppi huma riżolvibbli mingħajr is-suppożizzjoni ta' għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja jew apparti l-użu tal-arranġamenti ta' finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 91. Istituzzjoni jew grupp għandu jitqies riżolvibbli jekk ikun vijabbli u kredibbli għall-awtorità tar-riżoluzzjoni li tillikwidah skont proċeduri normali ta’ insolvenza jew li tirrisolvih bl-applikazzjoni ta' għodda u setgħat differenti tar-riżoluzzjoni fuq l-istituzzjoni u l-grupp mingħajr ma tagħti lok għal konsegwenzi negattivi sinifikanti għas-sistemi finanzjarji, inklużi f'ċirkostanzi ta' instabbiltà finanzjarja usa' jew avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha, tal-Istat Membru li fih tinsab l-istituzzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-istabbiltà ekonomika jew finanzjarja f'dak l-istess Stat Membru jew f'oħrajnjew fl-Unjoni u bil-ħsieb li tiġi żgurata l-kontinwità ta' funzjonijiet kritiċi li jitwettqu mill-istituzzjoni jew mill-grupp jew għaliex ikunu jistgħu jiġu faċilment isseparati fil-waqt jew b'mezzi oħra.”

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, jivvalutaw safejn istituzzjonijiet u gruppi huma riżolvibbli mingħajr is-suppożizzjoni ta' għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja jew assistenza ta’ likwidità ta’ emerġenza mill-bank ċentrali apparti l-użu tal-arranġamenti ta' finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 91. Istituzzjoni jew grupp għandu jitqies riżolvibbli jekk ikun vijabbli u kredibbli għall-awtorità tar-riżoluzzjoni li tillikwidah skont proċeduri normali ta’ insolvenza jew li tirrisolvih bl-applikazzjoni ta' għodda u setgħat differenti tar-riżoluzzjoni fuq l-istituzzjoni u l-grupp mingħajr ma tagħti lok għal konsegwenzi negattivi sinifikanti għas-sistemi finanzjarji, inklużi f'ċirkostanzi ta' instabbiltà finanzjarja usa' jew avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha, tal-Istat Membru li fih tinsab l-istituzzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-istabbiltàekonomika jew finanzjarja f'dak l-istess Stat Membru jew f'oħrajn jew fl-Unjoni u bil-ħsieb li tiġi żgurata l-kontinwità ta' funzjonijiet kritiċi li jitwettqu mill-istituzzjoni jew mill-grupp jew għaliex ikunu jistgħu jiġu faċilment isseparati fil-waqt jew b'mezzi oħra.”

Spjegazzjoni

L-emenda proposta tenfasizza li l-banek ċentrali jiddeċiedu b’mod indipendenti u bid-diskrezzjoni sħiħa tagħhom dwar il-forniment ta’ likwidità tal-bank ċentrali, inkluża assistenza ta’ likwidità ta’ emerġenza, lil istituzzjonijiet ta’ kreditu solventi fi ħdan il-limiti imposti mill-projbizzjoni ta’ finanzjament monetarju  (10). Ara wkoll l-ispjegazzjoni għall-Emenda 6.

Emenda 8

Artikolu 26(2)(e)

“jiġu protetti d-depożituri koperti bid-Direttiva 94/19/KE u l-investituri koperti bid-Direttiva 97/9/KE;”

“jiġu protetti d-depożituri koperti bid- kif iddefiniti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 94/19/KE u l-investituri koperti bid-Direttiva 97/9/KE;”

Spjegazzjoni

Il-BĊE jikkunsidra li l-bażi ta’ depożituri tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu hija sors ta’ finanzjament li għandha tiġi msaħħa. Għal dan il-għan, l-objettiv tar-riżoluzzjoni fl-Artikolu 26(2)(e) għandu jiġi estiż għad-depożiti kollha kif definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 94/19/KE, mingħajr limitu ta’ EUR 100 000.

Emenda 9

Artikolu 27(1)(a)

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' istituzzjoni msemmija fl-Artikolu 1(a) biss jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' istituzzjoni msemmija fl-Artikolu 1(a) biss jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti jew l-awtorità tar-riżoluzzjoni tiddetermina li l-istituzzjoni qed tfalli jew probabbli tfalli;

(a)

l-awtorità kompetenti jew l-awtorità tar-riżoluzzjoni tiddetermina li l-istituzzjoni qed tfalli jew probabbli tfalli;

(b)

wara li kkunsidraw iż-żmien u ċ-ċirkostanzi l-oħra rilevanti, ma hemmx prospetti raġjonevoli li kwalunkwe azzjoni alternattiva mis-settur privat jew ta' superviżjoni, minbarra azzjoni ta' riżoluzzjoni li ttieħdet fir-rigward tal-istituzzjoni, tista' tipprevjeni l-falliment tal-istituzzjoni fi żmien raġonevoli;

(b)

wara li kkunsidraw iż-żmien u ċ-ċirkostanzi l-oħra rilevanti, ma hemmx prospetti raġjonevoli li kwalunkwe azzjoni alternattiva mis-settur privat jew ta' superviżjoni, minbarra azzjoni ta' riżoluzzjoni li ttieħdet fir-rigward tal-istituzzjoni, tista' tipprevjeni l-falliment tal-istituzzjoni fi żmien raġonevoli;

(c)

azzjoni ta' riżoluzzjoni hija meħtieġa fl-interess pubbliku skont il-paragrafu 3.”

(c)

azzjoni ta' riżoluzzjoni hija meħtieġa fl-interess pubbliku skont il-paragrafu 3.”

Spjegazzjoni

Id-direttiva proposta tipprovdi li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni jekk l-awtorità kompetenti jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddetermina li l-istituzzjoni tkun qiegħda tfalli jew aktarx ser tfalli. Istituzzjoni titqies li qiegħda tfalli jew li aktarx ser tfalli jekk ma tissodisfax ċerti kriterji prudenzjali. Il-BĊE jikkunsidra li l-awtorità kompetenti weħidha għandha tagħmel din id-determinazzjoni minħabba r-rwol tagħha bħala superviżur prudenzjali u regolatur. L-awtoritajiet kompetenti jinsabu fl-aqwa pożizzjoni biex jiddeterminaw jekk tirriżultax xi waħda miċ-ċirkostanzi stipulati fl-Artikolu 27(2) tad-direttiva proposta; pereżempju, jekk l-istituzzjoni tiksirx ir-rekwiżiti kapitali għal awtorizzazzjoni kontinwa. Barra minn hekk, din l-emenda hija mmirata biextiżgura konsistenza mal-Artikolu 74(1) tad-direttiva proposta, li tobbliga lill-korp ta’ maniġment ta’ istituzzjoni biex jinnotifika lill-awtorità kompetenti meta huma jikkunsidraw li l-istituzzjoni tkun qiegħda tfalli jew aktarx ser tfalli.

Emenda 10

Artikolu 27(2)

“Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, istituzzjoni titqies qed tfalli jew probabbli tfalli f'waħda jew iżjed miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

“Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, istituzzjoni titqies qed tfalli jew probabbli tfalli f'waħda jew iżjed miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

[…]

[…]

(d)

l-istituzzjoni titlob għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja ħlief meta, biex tippriżerva l-istabbiltà finanzjarja, tkun teħtieġ kwalunkwe minn dan li ġej:

(d)

l-istituzzjoni titlob għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja ħlief meta, biex tippriżerva l-istabbiltà finanzjarja, tkun teħtieġ kwalunkwe minn dan li ġej:

(i)

garanzija mill-Istat li ssostni l-faċilitajiet tal-likwidità provduti minn banek ċentrali skont il-kundizzjonijiet standard tal-bank (il-faċilità hija kompletament żgurata minn kollateral li għalih ġie applikat tnaqqis, fil-funzjoni tal-kwalità tiegħu u l-valur tas-suq, u li l-bank ċentrali jimponi rata ta' imgħax ta' penalità fuq il-benefiċjarju); jew

(i)

garanzija mill-Istat li ssostni l-faċilitajiet tal-likwidità provduti minn banek ċentrali skont il-kundizzjonijiet standard tal-bank (il-faċilità hija kompletament żgurata minn kollateral li għalih ġie applikat tnaqqis, fil-funzjoni tal-kwalità tiegħu u l-valur tas-suq, u li l-bank ċentrali jimponi rata ta' imgħax ta' penalità fuq il-benefiċjarju); jew

(ii)

garanzija mill-Istat fuq obbligazzjonijiet ġodda maħruġa sabiex jiġi rimedjat disturb serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru.

(ii)

a garanzija mill-Istat fuq obbligazzjonijiet ġodda maħruġa sabiex jiġi rimedjat disturb serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru.

Fiż-żewġ każijiet imsemmija fil-punti (i) u (ii), il-miżuri ta' garanzija għandhom ikunu limitati għall-istituzzjonijiet finanzjarji solventi, ma għandhomx ikunu parti minn pakkett ta' għajnuna akbar, għandhom jkunu bil-kundizzjoni tal-approvazzjoni skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, u għandhom ikunu użati għal perjodu massimu ta’ tliet xhur.”

Fiż-żewġ każijiet imsemmija fil-punti (i) u (ii), il-miżuri ta' garanzija għandhom ikunu limitati għal-istituzzjonijiet finanzjarji solventi, ma għandhomx ikunu parti minn pakkett ta' għajnuna akbar, għandhom jkunu bil-kundizzjoni tal-approvazzjoni skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, u għandhom ikunu użati għal perjodu massimu ta’ tliet xhur.

Spjegazzjoni

Id-direttiva proposta teħtieġ li l-għodod ta’ riżoluzzjoni jiġu applikati qabel kwalunkwe injezzjoni ta’ kapital mis-settur pubbliku jew appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju ekwivalenti lil istituzzjoni  (11). Waqt li jappoġġja dan bis-sħiħ, il-BĊE huwa tal-fehma li r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet involuti għandhom jiġu definiti b’mod ċar fl-interess ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni veloċi u effiċjenti. L-emenda proposta hija mmirata biex tiċċara li d-determinazzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom istituzzjoni tkun qiegħda tfalli jew aktarx ser tfalli għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti. Il-BĊE jikkunsidra li mhuwiex ċar kif tiġi ddeterminata ħtieġa ta’ għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju ġie definit bħala għajnuna mill-Istat li hija pprovduta mhux biss sabiex jiġu restawrati l-vijabbiltà, il-likwidità jew is-solvenza ta’ istituzzjoni, iżda wkoll sabiex jiġu ppreżervati l-vijabbiltà, il-likwidità jew is-solvenza tagħha  (12). Appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju pprovdut biex tiġi ppreżervata istituzzjoni li tkun finanzjarjament soda m’għandux fih innifsu jikkostitwixxi ċirkostanza li taħtha istituzzjoni għandha titqies li qiegħda tfalli jew li aktarx ser tfalli. Barra minn hekk, il-BĊE jikkunsidra li d-determinazzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom istituzzjoni tkun qiegħda tfalli jew aktarx ser tfalli għandha tkun ibbażata biss fuq valutazzjoni tas-sitwazzjoni prudenzjali tagħha, u m’għandhiex tinvolvi valutazzjoni tal-ħtieġa għal għajnuna mill-Istat. F’dan ir-rigward, id-dispożizzjoni li istituzzjoni ‘titqies qed tfalli jew probabbli tfalli’ kull meta ‘l-istituzzjoni titlob għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja’, jiġifieri għajnuna mill-Istat, ma tistabbilixxix fiha nfisha kriterju oġġettiv xieraq.

Ara wkoll l-Emenda 2 proposta.

Emenda 11

Artikolu 29

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta japplikaw l-għodod tar-riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jieħdu l-miżuri xierqa kollhabiex jiżguraw li l-azzjoni tar-riżoluzzjoni tittieħed skont il-prinċipji li ġejjin:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta japplikaw l-għodod tar-riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jieħdu l-miżuri xierqa kollhabiex jiżguraw li l-azzjoni tar-riżoluzzjoni tittieħed skont il-prinċipji li ġejjin:

(a)

l-azzjonisti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jġarrbu l-ewwel telf;

(a)

l-azzjonisti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jġarrbu l-ewwel telf;

(b)

kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jġorru t-telf wara l-azzjonisti skont l-ordni ta' prijorità tal-pretensjonijiet tagħhom skont din id-Direttiva;

(b)

kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jġorru t-telf wara l-azzjonisti skont l-ordni ta' prijorità tal-pretensjonijiet tagħhom skont din id-Direttiva;

(c)

il-maniġment superjuri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jinbidel;

(c)

il-maniġment superjuri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jinbidel;

(d)

il-maniġers superjuri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jġarrbu telf li jkun proporzjonat skont il-liġi ċivili jew kriminali mar-responsabbiltà individwali għall-falliment tal-istituzzjoni;

(d)

il-maniġers superjuri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jġarrbu telf li jkun proporzjonat skont il-liġi ċivili jew kriminali mar-responsabbiltà individwali għall-falliment tal-istituzzjoni;

(e)

ħlief fejn previst mod ieħor f'din id-Direttiva, il-kredituri tal-istess klassi jiġu ttrattati b'mod ekwu;

(e)

ħlief fejn previst mod ieħor f'din id-Direttiva, il-kredituri tal-istess klassi jiġu ttrattati b'mod ekwu;

(f)

ebda kreditur ma jġarrab telf akbar milli kien iġarrab kieku l-istituzzjoni ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza.

(f)

ebda kreditur ma jġarrab telf akbar milli kien iġarrab kieku l-istituzzjoni ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza;

 

(g)

pretensjonijiet ta’ depożituri li huma ggarantiti b’mod konformi mad-Direttiva 94/19/KE huma protetti b’mod adegwat mal-insolvenza tal-istituzzjoni ta’ kreditu.

2.   Fejn istituzzjoni hija entità ta' grupp, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom japplikaw l-għodod tar-riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat tar-riżoluzzjoni b'mod li jimminimizza l-impatt fuq l-istituzzjonijiet affiljati u fuq il-grupp kollu u jimminimizza l-effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni u, b'mod partikolari, fil-pajjiżi fejn il-grupp jopera.

2.   Sabiex jingħata effett lill-paragrafu (1)(g), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

 

(i)

il-pretensjonijiet ta’ depożituri b’depożiti li huma ggarantiti b’mod konformi mad-Direttiva 94/19/KE jingħataw pretensjoni preferenzjali sabiex ikollhom klassifikazzjoni ta’ prijorità ogħla mill-pretensjonijiet ta’ kredituri ordinarji mingħajr garanzija u mingħajr preferenza f'każ ta' insolvenza tal-istituzzjoni ta’ kreditu;

 

(ii)

l-iskema ta' garanzija tad-depożitur li tissurroga għad-drittijiet tad-depożituri b’depożiti li huma ggarantiti b’mod konformi mad-Direttiva 94/19/KE tingħata pretensjoni preferenzjali li tikkorrispondi għal klassifikazzjoni ta’ prijorità ogħla ta’ depożituri skont il-punt (i), iżda biss fir-rigward ta’ ħlasijiet li jsiru lil depożituri sal-ammont tad-depożiti ggarantiti tagħhom taħt l-iskema.

3.   Meta japplikaw l-għodod ta' riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat ta' riżoluzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jikkonformaw mal-qafas tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, fejn applikabbli.”

3.   Fejn istituzzjoni hija entità ta' grupp, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom japplikaw l-għodod tar-riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat tar-riżoluzzjoni b'mod li jimminimizza l-impatt fuq l-istituzzjonijiet affiljati u fuq il-grupp kollu u jimminimizza l-effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni u, b'mod partikolari, fil-pajjiżi fejn il-grupp jopera.

 

4.   Meta japplikaw l-għodod ta' riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat ta' riżoluzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jikkonformaw mal-qafas tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, fejn applikabbli.”

Spjegazzjoni

Preżentament, sitt Stati Membri, inklużi l-Bulgarija  (13), il-Greċja  (14), il-Latvja  (15), l-Ungerija  (16), il-Portugall  (17) u r-Rumanija  (18), taw klassifikazzjoni prijoritarja lil pretensjonijiet li l-SGD akkwistat b’surroga wara li ħallset l-ammonti li jikkorrispondu għal depożiti koperti, biex b’hekk ikkontribwixxiet ulterjorment sabiex jiġi żgurat li finanzjament suffiċjenti huwa dejjem disponibbli għall-SGD.

L-opinjonijiet dwar l-impatt tal-għoti ta’ klassifikazzjoni preferenzjali huma diverġenti ħafna, u hemm il-fehma li l-klassifikazzjoni preferenzjali tad-depożituri jista’ jkollha impatt fuq l-ispejjeż ta’ finanzjament disponibbli għall-banek u li għandhom isiru sforzi akbar minn kredituri oħrajn sabiex jiġu ggarantiti l-pretensjonijiet tagħhom. Min-naħa l-oħra, dan ikun immitigat sal-punt li l-pretensjonijiet prijoritarji jestendu għal depożiti ggarantiti biss. Barra minn hekk, reġim legali li jistabbilixxi klassifikazzjoni prijoritarja ta’ depożituri ggarantiti għandu jiffaċilita l-użu ta’ miżuri ta’ riżoluzzjoni pprovduti fid-direttiva proposta (eż. għodda ta’ bejgħ ta’ negozju, għodda ta’ istituzzjoni tranżitorja). Mill-perspettiva ta’ stabbiltà finanzjarja, il-pretensjoni prijoritarja fir-rigward tad-depożiti koperti hija appoġġjata wkoll peress li tnaqqas ir-riskji ta’ ġbid ta’ flus f’daqqa mill-banek, telf potenzjali tad-depożitanti f’fażi ta’ stralċ, kif ukoll it-tnaqqis eċċessiv tal-SGD  (19).

Emenda 12

Artikolu 30(2)

“Mingħajr preġudizzju għall-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, fejn applikabbli, il-valwazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 1 għandha tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet prudenti u realistiċi, inkluż fir-rigward tar-rati ta’ inadempjenza u s-severità tat-telf, u l-objettiv tagħha għandu jkun li tivvaluta l-valur fis-suq tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni li qed tfalli jew aktarx tfalli ħalli kwalunkwe telf li jista' jiġi derivat jiġi rikonoxxut fil-mument li jiġu eżerċitati l-għodod tar-riżoluzzjoni. Madankollu, meta s-suq għal assi jew obbligazzjoni speċifika ma jkunx qed jiffunzjona sewwa, il-valwazzjoni tista' tirrifletti l-valur ekonomiku fit-tul ta' dawk l-assi jew l-obbligazzjonijiet. Valwazzjoni ma għandhiex tassumi l-provvediment ta' appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju lill-istituzzjoni, irrispettivament minn jekk fil-fatt tiġix ipprovduta.”

“Mingħajr preġudizzju għall-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, fejn applikabbli, il-valwazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 1 għandha tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet prudenti u realistiċi, inkluż fir-rigward tar-rati ta’ inadempjenza u s-severità tat-telf, u l-objettiv tagħha għandu jkun li tivvaluta l-valur fis-suq tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni li qed tfalli jew aktarx tfalli ħalli kwalunkwe telf li jista' jiġi derivat jiġi rikonoxxut fil-mument li jiġu eżerċitati l-għodod tar-riżoluzzjoni. Madankollu, meta s-suq għal assi jew obbligazzjoni speċifika ma jkunx qed jiffunzjona sewwa, il-valwazzjoni tista' tirrifletti l-valur ekonomiku fit-tul ta' dawk l-assi jew l-obbligazzjonijiet. Valwazzjoni ma għandhiex tassumi l-provvediment attwali jew mistenni ta’ appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju jew assistenza ta’ likwidità ta’ emerġenza mill-bank ċentrali lill-istituzzjoni, irrispettivament minn jekk fil-fatt tiġix ipprovduta.”

Spjegazzjoni

Minbarra l-politika monetarja standard u l-operazzjonijiet ta’ kreditu li jsiru f’ġurnata waħda, il-banek ċentrali jistgħu jipprovdu appoġġ ta’ likwidità f’ċirkustanzi eċċezzjonali u fuq bażi ta’ każ b’każ lil istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu temporanjament illikwidi iżda solventi  (20). L-emenda proposta timmira li tiċċara li l-valur tal-assi la jkun minfuħ bla bżonn mill-prospett ta’ appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju u lanqas mill-prospett ta’ assistenza eċċezzjonali ta’ likwidità ta’ emerġenza mill-bank ċentrali. Ara wkoll l-Emenda 21.

Emenda 13

Artikolu 31(7)

“L-Istati Membri ma għandhomx jiġu pprevenuti milli jikkonferixxu fuq l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni setgħat addizzjonali eżerċitabbli fejn istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni, sakemm dawk is-setgħat addizzjonali ma joħolqux ostakli għar-riżoluzzjoni effettiva tal-grupp u li huma konsistenti mal-għanijiet tar-riżoluzzjoni u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikoli 26 u 29.”

“L-Istati Membri ma għandhomx jiġu pprevenuti milli jikkonferixxu fuq l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni setgħat addizzjonali eżerċitabbli fejn istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni, sakemm dawk is-setgħat addizzjonali ma joħolqux ostakli għar-riżoluzzjoni effettiva tal-grupp u li huma konsistenti mal-għanijiet tar-riżoluzzjoni u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikoli 26 u 29.

L-użu ta’ riżorsi tal-Istat għar-rikapitalizzazzjoni mandatarja ta’ istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni għandu jkun limitat għal ċirkostanzi eċċezzjonali u biss jekk tkun tissodisfa bis-sħiħ l-objettivi ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 26(2)(b) u l-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Spjegazzjoni

L-Istati Membri għandhom id-diskrezzjoni li jintroduċu għodod ta’ riżoluzzjoni oħrajn u setgħat biex jissupplimentaw il-kaxxa tal-għodda fid-direttiva proposta  (21). Din id-diskrezzjoni mhijiex limitata għal xi setgħa speċifika u b’hekk tippermetti l-possibbiltà għall-awtoritajiet nazzjonali li jagħmlu rikapitalizzazzjoni mandatarja ta’ istituzzjoni li tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni, setgħa ta’ riżoluzzjoni addizzjonali kemm-il darba jirrispettaw l-objettivi u l-prinċipji ġenerali ta’ riżoluzzjoni  (22). L-emenda proposta hija mmirata biex tipprevjeni lill-Istati Membri milli jipprovdu fondi pubbliċi għar-rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni. L-azzjonisti u l-kredituri għandhom jirrikapitalizzaw dawk l-istituzzjonijiet taħt id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-għodda tal-ippleġġjar wara li tkun ittieħdet deċiżjoni sabiex l-istituzzjoni titpoġġa f’riżoluzzjoni, u taħt id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-tniżżil fil-valur tad-dejn ta’ strumenti kapitali qabel ma tittieħed xi azzjoni oħra ta’ riżoluzzjoni. Id-direttiva proposta tipprovdi li l-istralċ għandu dejjem jiġi kkunsidrat qabel ma tittieħed deċiżjoni biex l-istituzzjoni tinżamm bħala negozju avvjat  (23).

Emenda 14

Artikolu 32(10) u 32(10a) (ġdid)

“10.   Għall-għanijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet li jiġu fornuti servizzi jew ta' stabbiliment fi Stat Membru ieħor skont id-Direttiva 2006/48/KE jew id-Direttiva 2004/39/KE, ix-xerrej għandu jitqies bħala kontinwazzjoni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, u jista' jkompli jeżerċita kwalunkwe tali dritt li kien eżerċitat mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet trasferiti, inklużi d-drittijiet ta' sħubija u aċċess għal sistemi tal-pagament, l-ikklerjar u s-saldu.”

“10.   Għall-għanijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet li jiġu fornuti servizzi jew ta' stabbiliment fi Stat Membru ieħor skont id-Direttiva 2006/48/KE jew id-Direttiva 2004/39/KE, ix-xerrej għandu jitqies bħala kontinwazzjoni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, u jista' jkompli jeżerċita kwalunkwe tali dritt li kien eżerċitat mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet trasferiti. inklużi

 

10a.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li x-xerrej msemmi fil-paragrafu 1 ikun jista’ jkompli jeżerċita d-drittijiet ta' sħubija u aċċess għal sistemi tal-pagament, l-ikklerjar u s-saldu tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, kemm-il darba tissodisfa l-kriterji regulatorji għal parteċipazzjoni f’tali sistemi.”

Spjegazzjoni

L-emenda proposta hija mmirata biex tiżgura li l-operaturi tas-sistemi ta’ ħlas, tal-ikklerjar u ta’ saldu jżommu d-dritt li jivvalutaw lill-parteċipanti fis-sistemi tagħhom kontra l-istandards tagħhom għal parteċipazzjoni fis-sistema. Waqt li jirrikonoxxi l-importanza tal-kontinwità tan-negozju ttrasferit lil xerrej, il-BĊE jinfasizza li dan l-interess għandu jkun ibbilanċjat mal-interess ta’ sistemi sodi ta’ ħlas, tal-ikklerjar u ta’ saldu u l-interess ta’ stabilità finanzjarja. B’mod partikolari, operatur ta’ sistema kif iddefinita fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 98/26/KE  (24) għandu jkun jista’ jirrifjuta l-aċċess lil xerrej li ma jikkwalifikax bħala istituzzjoni taħt l-Artikolu 2(b). Ara wkoll l-Emenda 15.

Emenda 15

Artikolu 34(8) u 34(8a) (ġdid)

“8.   Għall-għanijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet li jiġu fornuti servizzi jew ta' stabbiliment fi Stat Membru ieħor skont id-Direttiva 2006/48/KE jew id-Direttiva 2004/39/KE, istituzzjoni tranżitorja għandha titqies bħala kontinwazzjoni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, u tista'tkompli teżerċita kwalunkwe tali dritt li kien eżerċitat mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet trasferiti, inklużi d-drittijiet ta' sħubija u aċċess għal sistemi tal-pagament, l-ikklerjar u s-saldu.”

“8.   Għall-għanijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet li jiġu fornuti servizzi jew ta' stabbiliment fi Stat Membru ieħor skont id-Direttiva 2006/48/KE jew id-Direttiva 2004/39/KE, istituzzjoni tranżitorja għandha titqies bħala kontinwazzjoni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, u tista'tkompli teżerċita kwalunkwe tali dritt li kien eżerċitat mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet trasferiti. inklużi

 

8a.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjoni tranżitorja tkun tista’ tkompli teżerċita d-drittijiet ta' sħubija u aċċess għal sistemi tal-pagament, l-ikklerjar u s-saldu tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, kemm-il darba tkun tissodisfa l-kriterji regolatorji għal parteċipazzjoni f’tali sistemi.”

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni għall-Emenda 14 proposta.

Emenda 16

Artikolu 36(2)

“Għall-finijiet tal-għodda tas-separazzjoni tal-assi, il-vettura tal-immaniġġjar tal-assi għandha tkun entità ġuridika li hi kompletament il-propjetà ta' awtorità pubblika waħda jew aktar, li jistgħu jinkludu l-awtorità tar-riżoluzzjoni.”

“Għall-finijiet tal-għodda tas-separazzjoni tal-assi, il-vettura tal-immaniġġjar tal-assi għandha tkun entità ġuridika li hi kompletament il-propjetà ta' awtorità pubblika waħda jew aktar, li jistgħu jinkludu l-awtorità tar-riżoluzzjoni. Il-vettura ta’ maniġment tal-assi m’għandhiex tkun istituzzjoni awtorizzata b’mod konformi mad-Direttiva 2006/48/KE jew id-Direttiva 2004/39/KE.

Spjegazzjoni

L-emenda proposta hija mmirata biex tiċċara d-differenza bejn il-vetturi ta' maniġment tal-assi u l-istituzzjonijiet tranżitorji.

Emenda 17

Artikolu 38(2)

“L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ma għandhomx jeżerċitaw setgħat ta' tniżżil fil-valur u konverżjoni fir-rigward tal-obbligazzjonijiet li ġejjin:

“L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ma għandhomx jeżerċitaw setgħat ta' tniżżil fil-valur u konverżjoni fir-rigward tal-obbligazzjonijiet li ġejjin:

[…]

[…]

(e)

obbligazzjoni għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(e)

obbligazzjoni għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

[…]

[…]

(iii)

awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, sakemm dawk l-obbligazzjonijiet huma ppreferuti taħt il-liġi applikabbli ta’ insolvenza.

(iii)

awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, sakemm dawk l-obbligazzjonijiet huma ppreferuti taħt il-liġi applikabbli ta’ insolvenzà.

Il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 ma għandhomx iwaqqfu l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, fejn xieraq, milli jeżerċitaw dawk is-setgħat fir-rigward ta' kwalunkwe parti ta’ obbligazzjoni ggarantita jew obbligazzjoni li għaliha ġie ppleġġjat kollateral li jaqbeż il-valur tal-assi, pleġġ, rahan jew kollateral li huwa garanti tiegħu. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw minn din id-dispożizzjoni bonds koperti kif definit fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 86/611/KEE.

Il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 ma għandhomx iwaqqfu l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, fejn xieraq, milli jeżerċitaw dawk is-setgħat fir-rigward ta' kwalunkwe parti ta’ obbligazzjoni ggarantita jew obbligazzjoni li għaliha ġie ppleġġjat kollateral li jaqbeż il-valur tal-assi, pleġġ, rahan jew kollateral li huwa garanti tiegħu. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw minn din id-dispożizzjoni bonds koperti kif definit fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 86/611/KEE. Din is-setgħa m’għandhiex tapplika fir-rigward ta’ xi obbligazzjoni ggarantita lil banek ċentrali li huma membri tas-SEBĊ.

[…]”

[…]”

Spjegazzjoni

L-emenda proposta hija mmirata biex tiżgura li l-obbligazzjonijiet kollha lill-membri tas-SEBĊ jkunu esklużi espliċitament mill-applikazzjoni tal-għodda tal-ippleġġjar intern. Il-membri tas-SEBĊ m’għandhomx ikunu soġġetti għall-għodda tal-ippleġġjar intern peress li huma korpi pubbliċi li l-kompiti bażiċi tagħhom jeħtieġu li jkollhom skoperturi għall-istituzzjonijiet.

Emenda 18

Artikolu 39(6)

“L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jinformaw l-ABE bl-ammont minimu li jkunu ddeterminaw għal kull istituzzjoni taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom. L-ABE għandha tirrapporta għand il-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2018 l-aktar tard dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżit fil-paragrafu 1. Partikolarment l-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni jekk jeżistux diverġenzi dwar l-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali ta’ dak ir-rekwiżit.”

“L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jinformaw l-ABE bl-ammont minimu li jkunu ddeterminaw għal kull istituzzjoni taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom. L-ABE għandha tevalwa l-impatt fuq l-istituzzjonijiet u tirrapporta għand il-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2018 l-aktar tard dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżit fil-paragrafu 1. Partikolarment l-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni jekk jeżistux diverġenzi dwar l-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali ta’ dak ir-rekwiżit.”

Spjegazzjoni

Il-BĊE jirrakkomanda li l-ABE, meta tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżit għall-istituzzjonijiet li jżommu ammont aggregat ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli espress bħala perċentwal tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni, tipprovdi valutazzjoni lill-Kummissjoni tal-impatt ta’ dan ir-rekwiżit għall-istituzzjonijiet.

Emenda 19

Artikolu 61(2)

“Kwalunkwe sospensjoni skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal depożiti eliġibbli fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 94/19/KE.”

“Kwalunkwe sospensjoni skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal:

 

(a)

depożiti eliġibbli fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 94/19/KE;

 

(b)

pretensjonijiet eliġibbli fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 97/9/KE;

 

(c)

ordnijiet ta’ trasferiment kif iddefiniti fl-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 98/26/KE u mdaħħla fis-sistema skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 98/26/KE;

 

(d)

sigurtà kollaterali kif iddefinita fl-Artikolu 2(m) tad-Direttiva 98/26/KE.”

Spjegazzjoni

Il-BĊE jappoġġja s-setgħa proposta għall-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex jissospendu ċerti obbligi  (25). Il-BĊE jappoġġja wkoll li dawn is-setgħat ma japplikawx għal depożiti eliġibbli. Huwa jipproponi li dawn is-setgħat lanqas m’għandhom japplikaw għal pretensjonijiet eliġibbli għal kumpens taħt skema ta’ kumpens għall-investitur fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 97/9/KE. Il-BĊE jinnota wkoll li d-Direttiva 98/26/KE tipproteġi l-finalità ta’ saldu f’sistemi ta’ ħlas u ta’ saldu tat-titoli u l-infurzabbiltà tal-kollateral, inklużi l-mezzi kollha pprovduti minn parteċipant lil parteċipanti oħrajn f’sistemi ta’ ħlas u ta’ saldu tat-titoli sabiex jiġu żgurati drittijiet u obbligi b’konnessjoni ma’ dik is-sistema bil-għan li jitnaqqas ir-riskju sistemiku  (26). F’dan ir-rigward, il-BĊE jinnota li din il-protezzjoni tapplika għal kontropartijiet ċentrali, peress li l-kontropartijiet ċentrali għandhom jiġu nnotifikati bħala sistema skont id-Direttiva 98/26/KE  (27). Barra minn hekk, id-Direttiva 98/26/KE jkopri sigurtà kollaterali pprovduta b’konnessjoni ma’ operazzjonijiet tal-banek ċentrali tal-Istati membri, inklużi operazzjonijiet tal-politika monetarja  (28). L-emenda proposta hija mmirata biex tiżgura li d-Direttiva 98/26/KE tibqa’ applikabbli. Ara wkoll l-Emenda 20 proposta.

Emenda 20

Artikolu 62(2)

“L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ma għandhomx jeżerċitaw is-setgħa stabbilita fil-paragrafu 1 fir-rigward ta' kwalunkwe interess ta' titoli ta' kontroparti ċentrali fuq l-assi ppleġġjatipermezz ta' marġini jew kollateral mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.”

“L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ma għandhomx jeżerċitaw is-setgħa stabbilita fil-paragrafu 1 fir-rigward ta' kwalunkwe interess ta' titoli ta' kontroparti ċentrali fuq l-assi ppleġġjatipermezz ta' marġini jew kollateral mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni sigurtà kollaterali kif iddefinita fl-Artikolu 2(m) tad-Direttiva 98/26/KE.”

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni għall-Emenda 19 proposta.

Emenda 21

Artikolu 66(3)(c)

“Il-valwazzjoni għandha tkun skont id-dispożizzjonijiet u l-metodoloġija stabbiliti fl-Artikolu 30(1) sa (5), u għandha:

“Il-valwazzjoni [L-evalwazzjoni] għandha tkun skont id-dispożizzjonijiet u l-metodoloġija stabbiliti fl-Artikolu 30(1) sa (5), u għandha:

(a)

tassumi li l-istituzzjoni li fir-rigward tagħha sar it-trasferiment parzjali, tniżżil fil-valur jew saret il-konverżjoni daħlet fi proċeduri normali ta' insolvenza immedjatament wara li sar it-trasferiment, it-tniżżil fil-valur jew il-konverżjoni;

(a)

tassumi li l-istituzzjoni li fir-rigward tagħha sar it-trasferiment parzjali, tniżżil fil-valur jew saret il-konverżjoni daħlet fi proċeduri normali ta' insolvenza immedjatament wara li sar it-trasferiment, it-tniżżil fil-valur jew il-konverżjoni;

(b)

tassumi li t-trasferiment parzjali, jew it-trasferimenti, ta' drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet, jew tniżżil fil-valur jew konverżjoni ma sarux;

(b)

tassumi li t-trasferiment parzjali, jew it-trasferimenti, ta' drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet, jew tniżżil fil-valur jew konverżjoni ma sarux;

(c)

tinjora kwalunkwe dispożizzjoni ta' appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju lill-istituzzjoni.”

(c)

tinjora kwalunkwe dispożizzjoni attwali jew mistennija ta' appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju lill-istituzzjoni u assistenza ta’ emerġenza fil-forma ta’ likwidità mill-bank ċentrali.”

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni fl-Emenda 12 proposta.

Emenda 22

Artikolu 72

Trasferimenti parzjali: protezzjoni ta’ sistemi ta' negozjar, tal-ikklerjar u tas-saldu

Trasferimenti parzjali: p Protezzjoni ta’ sistemi ta' negozjar, tal-ikklerjar u tas-saldu

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasferiment, il-kanċellazzjoni jew il-modifika ma taffettwax l-operat tas-sistemi u r-regoli tas-sistemi koperti bid-Direttiva 98/26/KE, meta awtorità tar-riżoluzzjoni:

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasferiment, il-kanċellazzjoni jew il-modifika l-applikazzjoni ta’ għodda ta’ riżoluzzjoni ma taffettwax l-applikazzjoni operat tas-sistemi u r-regoli tas-sistemi koperti bid tad-Direttiva 98/26/KE. meta awtorità tar-riżoluzzjoni:

(a)

tittrasferixxi xi wħud mill-proprjetà, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni lil entità oħra, iżda mhux kollha;

(a)

tittrasferixxi xi wħud mill-proprjetà, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni lil entità oħra, iżda mhux kollha;

(b)

tuża setgħat skont l-Artikolu 57 li tikkanċella jew temenda t-termini ta’ kuntratt li għalih l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni hija parti jew tissostitwixxi riċevitur bħala parti.

(b)

tuża setgħat skont l-Artikolu 57 li tikkanċella jew temenda t-termini ta’ kuntratt li għalih l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni hija parti jew tissostitwixxi riċevitur bħala parti.

2.   Partikolarment, tali trasferiment, kanċellazzjoni jew emenda ma tistax tirrevoka ordni ta’ trasferiment bi ksur tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/26/KE; u ma tistax timmodifika jew tinnega l-infurzaribbiltà ta' ordnijiet ta’ trasferiment u netting kif meħtieġ mill-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva 98/26/KE, l-użu ta' fondi, titoli jew il-faċilitajiet ta' kreditukif meħtieġ mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/26/KE jew il-protezzjoni ta' titoli kollaterali kif meħtieġ mill-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/26/KE.”

2.   Partikolarment, tali trasferiment, kanċellazzjoni jew emenda ma tistax tirrevoka ordni ta’ trasferiment bi ksur tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/26/KE; u ma tistax timmodifika jew tinnega l-infurzaribbiltà ta' ordnijiet ta’ trasferiment u netting kif meħtieġ mill-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva 98/26/KE, l-użu ta' fondi, titoli jew il-faċilitajiet ta' kreditukif meħtieġ mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/26/KE jew il-protezzjoni ta' titoli kollaterali kif meħtieġ mill-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/26/KE.”

Spjegazzjoni

It-tnaqqis ta’ riskju sistemiku jeħtieġ b’mod partikolari finalità ta’ saldu u l-inforzabbiltà ta’ sigurtà kollaterali. B’hekk, id-Direttiva 98/26/KE trid tiġi ttrattata bħala lex specialis li mhijiex affettwata mid-direttiva proposta.

Emenda 23

Artikolu 74(3)

“Fejn awtorità kompetenti tivvaluta li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 27(1) huma ssodisfati fir-rigward ta' istituzzjoni, għandha tikkomunika dik il-valutazzjoni mingħajr dewmien lil dawn l-awtoritajiet li ġejjin:

“Fejn awtorità kompetenti tivvaluta li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 27(1) huma ssodisfati fir-rigward ta' istituzzjoni, għandha tikkomunika dik il-valutazzjoni mingħajr dewmien lil dawn l-awtoritajiet li ġejjin:

(a)

l-awtorità tar-riżoluzzjoni ta' dik l-istituzzjoni, jekk differenti;

(a)

l-awtorità tar-riżoluzzjoni ta' dik l-istituzzjoni, jekk differenti;

(b)

il-bank ċentrali, jekk differenti;

(b)

il-bank ċentrali, jekk differenti;

(c)

fejn applikabbli, l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp;

(c)

fejn applikabbli, l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp;

(d)

ministeri kompetenti;

(d)

ministeri kompetenti;

(e)

fejn l-istituzzjoni tkun soġġetta għal superviżjoni fuq bażi konsolidata taħt it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 4, it-Titolu V tad-Direttiva 2006/48/KE, is-superviżur tal-konsolidazzjoni.”

(e)

fejn l-istituzzjoni tkun soġġetta għal superviżjoni fuq bażi konsolidata taħt it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 4, it-Titolu V tad-Direttiva 2006/48/KE, is-superviżur tal-konsolidazzjoni;

 

(f)

meta l-istituzzjoni tkun istituzzjoni kif definita fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 98/26/KE, il-Kummissjoni, il-BĊE, l-AETS, l-AEAPX, l-ABE u l-operaturi tas-sistemi li fihom tipparteċipa;

 

(g)

meta l-istituzzjoni tkun meqjusa bħala sistemikament importanti, il-BERS u l-awtoritajiet makro-prudenzjali.

Spjegazzjoni

L-esperjenza fil-funzjonament ta’ infrastrutturi finanzjarji matul il-kriżi wriet, fost affarijiet oħrajn, lakuni fil-proċeduri ta’ notifika  (29) għal sistemi kif definiti fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 98/26/KE. L-emenda proposta hija mmirata li tiżgura li l-BĊE, l-Aġenziji Superviżorji Ewropej, il-Kummissjoni u, fejn relevanti, il-BERS u l-awtoritajiet makroprudenzjali, bħala partijiet interessati relevanti għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE, jiġu nnotifikati li l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 27(1) tad-direttiva proposta huma sodisfatti. Dik in-notifika għandha sservi bħala twissija bikrija li proċeduri ta’ insolvenza jistgħu jinbdew fir-rigward ta’ parteċipant f’sistema speċifikata. Il-banek ċentrali għandhom responsabbiltà għall-istabbiltà makroprudenzjali, u finanzjarja, kif ukoll ħila esperta finanzjarja dwar is-suq. F’dan ir-rigward, huma għandhom ikunu involuti fil-proċess ta’ riżoluzzjoni, sabiex b’hekk jikkontribwixxu għall-kisba ta’ objettivi ta’ riżoluzzjoni waqt li jimminimizzaw ir-riskji ta’ effetti negattivi mhux intenzjonati fuq it-twettiq ta’ kompiti tal-bank ċentrali u fuq it-tħaddim ta’ sistemi ta' ħlas u ta' saldu. Sa dan il-grad, il-banek ċentrali jistgħu jiżvolġu rwol importanti fil-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru u ta’ riżoluzzjoni u fil-valutazzjoni li tiskatta l-użu ta’ setgħat ta’ riżoluzzjoni. Il-banek ċentrali jistgħu jkunu involuti wkoll fil-valutazzjoni tal-azzjoni potenzjali tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, peress li wieħed mill-objettivi ewlenin huwa li jiġi evitat tfixkil sistemiku  (30). Il-BĊE għalhekk jidhirlu li huwa neċessarju għall-Istati Membri li jiżguraw li, meta l-bank ċentrali ma jkunx huwa stess l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità kompetenti u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jiskambjaw b’mod adegwat informazzjoni mal-bank ċentrali.F’dan ir-rigward, dan l-artikolu huwa pass fid-direzzjoni t-tajba iżda huma meħtieġa aktar skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni.

Emenda 24

Artikolu 76(1)

“1.   Ir-rekwiżiti tas-sigriet professjonali għandhom jorbtu fir-rigward tal-persuni li ġejjin:

“1.   Ir-rekwiżiti tas-sigriet professjonali għandhom jorbtu fir-rigward tal-persuni li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni;

(a)

l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti u l-ABE;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti u l-ABE;

(c)

ministeri kompetenti;

(c)

ministeri kompetenti;

(d)

impjegati jew eksimpjegati tal-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) u (b);

(d)

impjegati jew eksimpjegati tal-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) u (b);

(e)

maniġers speċjali maħtura skont l-Artikolu 24;

(e)

maniġers speċjali maħtura skont l-Artikolu 24;

(f)

akkwirenti potenzjali li jiġu kkuntattjati mill-awtoritajiet kompetenti jew solleċitati mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, irrispettivament minn jekk dak il-kuntatt jew solleċitazzjoni sarx bħala preparazzjoni għall-użu tal-għodda tal-bejgħ ta' negozju, u irrispettivament minn jekk is-solleċitazzjoni rriżultax f'akkwist;

(f)

akkwirenti potenzjali li jiġu kkuntattjati mill-awtoritajiet kompetenti jew solleċitati mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, irrispettivament minn jekk dak il-kuntatt jew solleċitazzjoni sarx bħala preparazzjoni għall-użu tal-għodda tal-bejgħ ta' negozju, u irrispettivament minn jekk is-solleċitazzjoni rriżultax f'akkwist;

(g)

awdituri, kontabbilisti, konsulenti legali u professjonali, valwaturi u esperti oħra mqabbda mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jew mill-akkwirenti potenzjali msemmija fil-punt (f);

(g)

awdituri, kontabbilisti, konsulenti legali u professjonali, valwaturi u esperti oħra mqabbda mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jew mill-akkwirenti potenzjali msemmija fil-punt (f);

(h)

korpi li jamministraw l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti;

(h)

korpi li jamministraw l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti;

(i)

banek ċentrali u awtoritajiet oħra involuti fil-proċess tar-riżoluzzjoni;

(i)

banek ċentrali u awtoritajiet oħra involuti fil-proċess tar-riżoluzzjoni;

(j)

kwalunkwe persuna oħra li tipprovdi jew li kienet tipprovdi servizzi lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni.”

(j)

il-maniġment maħtur mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni għal istituzzjoni tranżitorja, maniġment tal-assi jew vettura oħra ta’ riżoluzzjoni;

 

(k)

kwalunkwe persuna oħra li tipprovdi jew li kienet tipprovdi servizzi lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni.”

Spjegazzjoni

Il-BĊE jikkunsidra li l-maniġment ta’ kwalunkwe entitajiet ta’ riżoluzzjoni stabbiliti b’applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni għandu jkun soġġett wkoll għall-istess rekwiżiti ta’ segretezza professjonali. Maniġment huwa ddefinit fl-Artikolu 2(24).

Emenda 25

Artikolu 80(8)

“L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp ma jistgħux jistabbilixxu kulleġġi tar-riżoluzzjoni jekk gruppi jew kulleġġi oħra jaqdu l-istess funzjonijiet u jwettqu l-istess kompiti speċifikati f'dan l-Artikolu u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet u l-proċeduri kollha stabbiliti f'din it-Taqsima. F'dan il-każ ir-referenzi kollha għall-kulleġġi tar-riżoluzzjoni f'din id-Direttiva għandhom ukoll jinftiehmu bħala referenza għal dawn il-gruppi jew kulleġġi oħra.”

“L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp ma jistgħux m’għandhomx ikunu meħtieġa li jistabbilixxu kulleġġi tar-riżoluzzjoni jekk gruppi jew kulleġġi oħra jaqdu l-istess funzjonijiet u jwettqu l-istess kompiti speċifikati f'dan l-Artikolu u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet u l-proċeduri kollha stabbiliti f'din it-Taqsima. F'dan il-każ ir-referenzi kollha għall-kulleġġi tar-riżoluzzjoni f'din id-Direttiva għandhom ukoll jinftiehmu bħala referenza għal dawn il-gruppi jew kulleġġi oħra.”

Spjegazzjoni

L-emenda proposta hija mmirata li tiċċara li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp mhumiex ser ikunu meħtieġa jistabbilixxu kulleġġi ta’ riżoluzzjoni.

Emenda 26

Artikolu 86(1)

“L-ABE għandha tirrifjuta, wara li tikkonsulta l-awtoritajiet nazzjonali konċernati, li tirrikonoxxi skont l-Artikolu 85(2) proċeduri ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz jekk tqis:

“L-ABE għandha tirrifjuta, wara li tikkonsulta l-awtoritajiet nazzjonali konċernati, li tirrikonoxxi skont l-Artikolu 85(2) proċeduri ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz jekk tqis:

(a)

li dawk il-proċeduri ta' riżoluzzjoni tal-pajjiż terz jista’ jkollhom effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru li fih l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun ibbażata jew tikkunsidra li l-proċeduri jista' jkollhom effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja fi Stat Membru ieħor;

(a)

li dawk il-proċeduri ta' riżoluzzjoni tal-pajjiż terz jista’ jkollhom effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru li fih l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun ibbażata jew tikkunsidra li l-proċeduri jista' jkollhom effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja fi Stat Membru ieħor;

(b)

li hija meħtieġa azzjoni ta' riżoluzzjoni indipendenti skont l-Artikolu 87 fir-rigward ta' fergħa domestika biex jinkiseb għan wieħed jew aktar tar-riżoluzzjoni;

(b)

li hija meħtieġa azzjoni ta' riżoluzzjoni indipendenti skont l-Artikolu 87 fir-rigward ta' fergħa domestika biex jinkiseb għan wieħed jew aktar tar-riżoluzzjoni.

(c)

li kredituri, inklużi partikolarment id-depożituri li jinsabu jew li jitħallsu fi Stat Membru, mhux se jirċievu trattament ugwali bħall-kredituri tal-pajjiż terz skont il-proċeduri tar-riżoluzzjoni tal-pajjiż terz.”

L-ABE tista’ tirrifjuta, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni kkonċernati, li tirrikonoxxi skont l-Artikolu 85(2) proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi jekk jidhrilha (c) li kredituri, inklużi partikolarment id-depożituri li jinsabu jew li jitħallsu fi Stat Membru, mhux se jirċievu trattament ugwali bħall-kredituri tal-pajjiż terz skont il-proċeduri tar-riżoluzzjoni tal-pajjiż terz.”

Spjegazzjoni

Waqt li jirrikonoxxi li proċeduri ta’ riżoluzzjoni f’pajjiżi terzi m’għandhomx ikollhom effett negattiv fuq l-istabilità finanzjarja fl-Istat Membru jew fuq l-objettivi ta’ riżoluzzjoni, il-BĊE jipproponi l-possibbiltà għall-ABE li tirrifjuta proċeduri ta’ riżoluzzjoni f’pajjiżi terzi jekk il-kredituri ma jirċevux trattament ugwali.

Emenda 27

Artikolu 96

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ta’ finanzjament taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ikunu jistgħu jikkuntrattjaw self jew forom oħra ta' għajnuna minn istituzzjonijiet finanzjarji, il-bank ċentrali, jew partijiet terzi oħra, f’każ li l-ammonti miġbura skont l-Artikolu 94 ma jkunux suffiċjenti biex ikopru t-telf, l-ispejjeż jew infiq ieħor imġarrab bl-użu tal-arranġamenti ta' finanzjament, u l-kontribuzzjonijiet straordinarji previsti fl-Artikolu 95 ma jkunux aċċessibbli minnufih.”

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ta’ finanzjament taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ikunu jistgħu jikkuntrattjaw self jew forom oħra ta' għajnuna minn istituzzjonijiet finanzjarji, il-bank ċentrali, jew partijiet terzi oħra, f’każ li l-ammonti miġbura skont l-Artikolu 94 ma jkunux suffiċjenti biex ikopru t-telf, l-ispejjeż jew infiq ieħor imġarrab bl-użu tal-arranġamenti ta' finanzjament, u l-kontribuzzjonijiet straordinarji previsti fl-Artikolu 95 ma jkunux aċċessibbli minnufih.”

Spjegazzjoni

L-emenda proposta hija mmirata biex tiċċara li l-arranġamenti ta’ finanzjament m’għandhomx jiddependu fuq self jew forom oħrajn ta' appoġġ mis-SEBĊ  (31). Il-projbizzjoni ta’ finanzjament monetarju fit-Trattat timponi restrizzjonijiet legali fuq operazzjonijiet ta’ appoġġ għal-likwidità mill-bank ċentrali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu. Barra minn hekk, il-banek ċentrali jiddeċiedu b’mod indipendenti u bid-diskrezzjoni sħiħa tagħhom dwar il-forniment ta’ likwidità tal-bank ċentrali, inkluża assistenza ta’ likwidità ta’ emerġenza, lil istituzzjonijiet ta’ kreditu solventi fi ħdan il-limiti imposti mill-projbizzjoni ta’ finanzjament monetarju  (32).

Emenda 28

Artikolu 98(3)

“Il-modalitajiet imsemmija fil-paragrafi 2 jistgħu jinkludu:

“Il-modalitajiet imsemmija fil-paragrafi 2 jistgħu jinkludu:

(a)

kontribuzzjonijiet mill-arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament tal-istituzzjonijiet li huma parti mill-grupp,

(a)

kontribuzzjonijiet mill-arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament tal-istituzzjonijiet li huma parti mill-grupp,

(b)

teħid ta' self jew forom oħra ta' għajnuna mill-istituzzjonijiet finanzjarji jew mill-Bank Ċentrali.”

(b)

teħid ta' self jew forom oħra ta' għajnuna mill-istituzzjonijiet finanzjarji.”jew mill-Bank Ċentrali

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni għall-Emenda 27 proposta.

Emenda 29

Artikolu 98(5)

“Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ta' finanzjament tal-gruppi jitħallew, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 96, jikkuntrattjaw teħid ta' self jew forom oħra ta' għajnuna, mingħand istituzzjonijiet finanzjarji, il-Bank Ċentrali jew partijiet terzi oħra, għall-ammont totali meħtieġ għall-iffinanzjar tar-riżoluzzjoni tal-grupp skont il-pjan ta' finanzjament imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.”

“Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ta' finanzjament tal-gruppi jitħallew, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 96, jikkuntrattjaw teħid ta' self jew forom oħra ta' għajnuna, mingħand istituzzjonijiet finanzjarji, il-Bank Ċentrali jew partijiet terzi oħra, għall-ammont totali meħtieġ għall-iffinanzjar tar-riżoluzzjoni tal-grupp skont il-pjan ta' finanzjament imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.”

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni għall-Emenda 29 proposta.

Emenda 30

Artikolu 99

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni, u sakemm din l-azzjoni tiżgura li d-depożituri jkomplu jkollhom aċċess għad-depożiti tagħhom, l-iskema ta' garanzija tad-depożiti li l-istituzzjoni hija affiljata magħha tkun responsabbli, sal-ammont ta' depożiti koperti, għall-ammont ta' telf li kien ikollha ġġorr kieku l-istituzzjoni ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza.

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, u sakemm din l-azzjoni tiżgura li d-depożituri jkomplu jkollhom aċċess għad-depożiti tagħhom, l-iskema ta' garanzija tad-depożiti li l-istituzzjoni hija affiljata magħha tkun responsabbli, tikkontribwixxi għall-iffinanzjar tal-azzjoni ta’ riżoluzzjoni u dik l-azzjoni tiżgura li d-depożituri jkompli jkollhom aċċess għad-depożiti tagħhom. L-iskema ta’ garanzija ta’ depożitu għandha tkun responsabbli għal telf sal-ammont tad-depożiti koperti iżda m’għandhiex tintalab tħallas iżjed m i, għall-ammont ta' telf li kien ikollha ġġorr kieku l-istituzzjoni ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, skont il-liġi nazzjonali li tirregola l-proċeduri normali ta' insolvenza, l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti jikklassifikaw pari passu mal-pretensjonijiet mhux iggarantiti preferenzjali.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, skont il-liġi nazzjonali li tirregola l-proċeduri normali ta' insolvenza, l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti jikklassifikaw pari passu mal-pretensjonijiet mhux iggarantiti preferenzjali.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-determinazzjoni tal-ammont li l-iskema ta' garanzija tad-depożiti hija responsabbli għalih skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jkun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 30(2).

3. 2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-determinazzjoni tal-ammont li l-iskema ta' garanzija tad-depożiti hija responsabbli għalih skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jkun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 30(2).

4.   Il-kontribuzzjoni mill-iskema ta' garanzija tad-depożiti għall-iskop tal-paragrafu 1 għandha ssir fi flus.

4. 3.   Il-kontribuzzjoni mill-iskema ta' garanzija tad-depożiti għall-iskop tal-paragrafu 1 għandha ssir fi flus.

[…]”

[…].”

Spjegazzjoni

L-emenda proposta hija mmirata biex tiċċara l-bażi legali li taħtha SGD hija responsabbli għall-ammont tat-telf tagħha f’każ li l-istituzzjoni tkun ġiet stralċjata minflok ma tkun tpoġġiet taħt riżoluzzjoni. Fit-tieni lok, taħt id-Direttiva 94/19/KE, istituzzjonijiet ta’ kreditu biss jistgħu jiġu affiljati ma’ SGD.

It-tħassir propost tal-Artikolu 99(2) huwa relatat mal-proposta li tiġi stabbilita regola ta’ preferenza tad-depożitur. Ara wkoll l-Emenda 11 proposta.


(1)  Il-grassett fit-test jindika fejn il-BĊE jipproponi li jiddaħħal test ġdid. Fejn it-test huwa ingassat, dan jindika li l-BĊE qiegħed jipproponi tħassir tat-test.

(2)  Is-SEBĊ jipprovdi kreditu fi ħdan l-istess ġurnata lil istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment stabbiliti fiż-Żona Ekonomika Ewropea kif ukoll lil firxa limitata ta’ entitajiet eliġibbli oħrajn. Ara b’mod partikolari l-Anness III għal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 tas-26 ta’ April 2007 dwar is-Sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2), (ĠU L 237, 8.9.2007, p. 1). Barra minn hekk, is-SEBĊ jipprovdi likwidità fil-kuntest tal-politika monetarja. Ara l-Kapitoli 3 u 4 tal-Anness I għal-Linja ta’ Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1).

(3)  Ara r-Rapport Annwali tal-BĊE tal-1999, p. 98 u r-Reviżjoni tal-Istabilità Finanzjarja tal-BĊE ta’ Diċembru 2006, p. 172.

(4)  Ara r-Rapport ta’ Konverġenza tal-BĊE 2012, p. 29.

(5)  Ara l-kontribuzzjoni tas-SEBĊ għall-Konsultazzjoni pubblika tal-KE dwar id-dettalji tekniċi ta’ qafas possibbli tal-UE ta’ rkupru u ta’ riżoluzzjoni tal-banek, Mejju 2011, p. 4 u 5.

(6)  Ara l-Opinjoni tal-BĊE CON/2010/83, paragrafu 6.3 u l-Opinjoni CON/2011/103, paragrafu 4.

(7)  Ara l-Artikolu 3(3) tad-direttiva proposta.

(8)  Ara f’relazzjoni mas-SEBĊ l-Artikolu 127(5) tat-Trattat u l-Artikolu 3.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

(9)  Artikolu 123 tat-Trattat. Ara wkoll ir-Rapport ta’ Konverġenza tal-BĊE 2012, p. 29.

(10)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 9.

(11)  Premessa 35 tad-direttiva proposta.

(12)  Ara f’dan ir-rigward ukoll il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Ir-rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja preżenti: limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu neċessarju u salvagwardji kontra distorsjonijiet indebiti tal-kompetizzjoni (ĠU C 10, 15.1.2009, p. 2).

(13)  L-istatus ta’ kreditur ippreferut huwa stabbilit għad-DGS mill-Artikolu 94(1) tal-Liġi dwar l-Insolvenza tal-Banek (Darjaven vestnik Nru 92, 27.9.2002).

(14)  L-istatus ta’ depożitant bħala kreditur ippreferut huwa stabbilit mill-Artikolu 4(16) tal-Liġi 3746/2009 li tittrasponi d-Direttiva 2005/14/KE dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u d-Direttiva 2005/68/KE dwar ir-riassigurazzjoni u dispożizzjoni oħrajn (FEK A 27, 16.2.2009). L-Artikolu 13a(4) jistabbilixxi l-istatus tad-DGS.

(15)  Liġi tal-5 ta’ Ottubru 1995 dwar istituzzjonijiet ta’ kreditu (LV 163(446), 24.10.1995). L-Artikolu 192(1) introduċa klassifikazzjoni preferenzjali għal depożitanti ggarantiti fil-21 ta’ Mejju 1998.

(16)  Liġi CXII tal-1996 dwar istituzzjonijiet ta’ kreditu u impriżi finanzjarji (Magyar Közlöny 1996/109, 12.12.1996), u b’mod aktar speċifiku l-Kapitolu XV tal-Liġi dwar id-dettalji tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti. L-istatus preferenzjali tal-pretensjonijiet ta’ depożiti kollha, u mhux biss dawk iggarantiti, huwa stabbilit mill-Artikolu 183(1) tal-Liġi.

(17)  Ara l-Artikolu 166-A tal-verżjoni kkonsolidata tad-Digriet-Liġi Nru 298/92 tal-31 ta’ Diċembru 1992 dwar il-qafas legali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u impriżi finanzjarji (D.R. Nru 30, I, 10.2.2012).

(18)  L-Ordinanza tal-Gvern Nru 10/2004 dwar il-proċedimenti għal riorganizzazzjoni ġudizzjarja u falliment ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, kif emendata ulterjorment u ssupplimentata, b’mod partikolari mill-Artikolu 38, tagħti dritt preferenzjali, wara li jkunu tħallsu l-ispejjeż relatati mal-proċedimenti ta’ falliment għal pretensjonijiet li jirriżultaw minn depożiti ggarantiti, inklużi l-pretensjonijiet tad-DGS li jirriżultaw minn ħlasijiet lura lid-depożitanti ggarantiti (Monitorul Oficial al României, L-Ewwel Parti, Nru 84, 30.1.2004).

(19)  Ara l-Opinjoni tal-BĊE CON/2011/83.

(20)  Ara r-Rapport Annwali tal-BĊE 1999, p. 98 u r-Reviżjoni tal-BĊE dwar l-Istabbiltà Finanzjarja, Diċembru 2006, p. 172.

(21)  Ara l-Artikolu 31(7) tad-direttiva proposta.

(22)  Ara l-Artikoli 26 and 29 tad-direttiva proposta.

(23)  Ara l-premessa 28 tad-direttiva proposta.

(24)  Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).

(25)  Ara wkoll il-kontribuzzjoni l-kontribuzzjoni tas-SEBĊ għall-Konsultazzjoni pubblika tal-KE dwar id-dettalji tekniċi ta’ qafas possibbli tal-UE ta’ rkupru u ta’ riżoluzzjoni tal-banek, Mejju 2011.

(26)  Ara l-premessa 9.

(27)  Ara l-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(28)  Ara l-premessa 10.

(29)  Ara r-rapport tal-BĊE dwar il-lezzjonijiet li tgħallimna mill-kriżi finanzjarja fir-rigward tal-funzjonament tal-infrastrutturi tas-suq finanzjarju Ewropew (“Report on the lessons learned from the financial crisis with regard to the functioning of European financial market infrastructures”) ta’ Mejju 2010.

(30)  Ara wkoll il-kontribuzzjoni tas-SEBĊ għall-Konsultazzjoni pubblika tal-KE dwar id-dettalji tekniċi ta’ qafas possibbli tal-UE ta’ rkupru u ta’ riżoluzzjoni tal-banek, Mejju 2011, p. 6, paragrafu 9.

(31)  Ara l-Opinjoni CON/2011/103.

(32)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 9.


Top