EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001O0012

Linja ta' Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Novembru 2001 li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2000/1 dwar l-amministrazzjoni ta' l-assi tar-riservi barranin tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operat li jinvolvi l-assi tar-riservi barranin tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2001/12)

OJ L 310, 28.11.2001, p. 31–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 10 Volume 003 P. 3 - 4
Special edition in Estonian: Chapter 10 Volume 003 P. 3 - 4
Special edition in Latvian: Chapter 10 Volume 003 P. 3 - 4
Special edition in Lithuanian: Chapter 10 Volume 003 P. 3 - 4
Special edition in Hungarian Chapter 10 Volume 003 P. 3 - 4
Special edition in Maltese: Chapter 10 Volume 003 P. 3 - 4
Special edition in Polish: Chapter 10 Volume 003 P. 3 - 4
Special edition in Slovak: Chapter 10 Volume 003 P. 3 - 4
Special edition in Slovene: Chapter 10 Volume 003 P. 3 - 4

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2001/833/oj

32001O0012



Official Journal L 310 , 28/11/2001 P. 0031 - 0032


Linja ta' Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew

tas-16 ta' Novembru 2001

li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2000/1 dwar l-amministrazzjoni ta' l-assi tar-riservi barranin tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operat li jinvolvi l-assi tar-riservi barranin tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2001/12)

(2001/833/KE)

IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b'mod partikolari it-tielet inċiż ta' l-Artikolu 105(2) tiegħu u t-tielet inċiż ta' l-Artikolu 3.1 u l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 14.3 u l-Artikolu 30.6 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (hawnhekk 'il quddiem imsejjaħ "l-Istatut"),

Billi:

(1) Konformement mal-Linja ta' Gwida BĊE/2001/1 tat-3 ta' Frar 2000 il-ġestjoni ta' l-attiv tar-riservi barranin tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għal operazzjonijiet li jinvolvu l-attiv tar-riservi barranin tal-Bank Ċentrali Ewropew [1], kif emendata bil-Linja ta' Gwida BĊE/2001/5 [2], kull bank ċentrali nazzjonali ta' Stat Membru li jipparteċipa għandu jwettaq operazzjonijiet li jinvolvu l-attiv tar-riservi barranin tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) bħala aġent tal-BĊE.

(2) Billi l-BĊE jikkonsidra li il-Ftehim Komplessiv għal Operazzjonijiet Finanzjarji sponsorjat mill-Federazzjoni Bankarja ta' l-Unjoni Ewropea b'koperazzjoni mal-Grupp Ewropew ta' Banek ta' Tfaddil u l-Assoċjazzjoni Ewropea ta' Banek Koperattivi hu pjan komplessiv xieraq għall-operazzjonijiet kollha kollaterali li jinvolvu l-attiv tar-riservi barranin tal-BĊE li huma ftehim ta' xiri mill-ġdid, ftehim ta' xiri mill-ġdid bil-maqlub, ftehim ta' xiri/bejgħ lura u ftehim ta' bejgħ/xiri lura ma' kontropartijiet organizzati jew inkorporati taħt il-liġijiet tal-ġurisdizzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea u ta' l-Isvizzera.

(3) Skond l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 ta' l-Istatut, il-Linji ta' Gwida tal-BĊE jifforma parti integrali tad-dritt komunitarju,

ADOTTA DIN IL-LINJA TA' GWIDA:

Artikolu 1

In-nota tal-qiegħ tal-Linja ta' Gwida BĊE/2000/1 għandha tiġi sostitwita kif ġej:

"It-test oriġinali ta' dan l-anness hu abbozzat fil-lingwa Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Taljana, Portugiża u Spanjola u hu inkorporat fil-ftehim komplessivi mħejjija bil-lingwa Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Taljana, Portugiża u Spanjola. It-traduzzjoni ta' dan l-anness f'lingwi oħra hu għal għanijiet illustrativi biss u ma għandux ikollu forza legali."

Artikolu 2

L-Anness 3 tal-Linja ta' Gwida BĊE/2000/1 għandu jiġi sostitwit kif ġej:

"

L-ANNESS 3

Ftehim standard għal operazzjonijiet kollaterali jew operazzjonijiet derivati minn operazzjonnijiet ta' fuq il-bank tax-xogħol

1. L-operazzjonijiet kollaterali kollha li jinvolvu l-attiv tar-riservi barranin tal-BĊE li jikkomprendu ftehim ta' xiri mill-ġdid, ftehim ta' xiri mill-ġdid bil-maqlub, ftehim ta' xiri/bejgħ lura u ftehim ta' bejgħ/xiri lura għandhom jiġu dokumentati taħt il-ftehim standard li ġejjin, f'dik il-forma li tista' tiġi approvata jew emendata mill-BĊE minn żmien għal żmien: għal kontropartijiet organizzati jew inkorporati taħt il-liġijiet tal-ġurisdizzjonijiet tad-dritt ta' l-Unjoni Ewropea jew tad-dritt Svizzeru, il-Ftehim Komplessiv FBE għal Operazzjonijiet Finanzjarji; għal kontropartijiet organizzati jew inkorporati taħt il-liġijiet ta' ġurisdizzjoni barra mill-Unjoni Ewropea, l-Isvizzera jew l-Istati Uniti, il-"Ftehim dwar Xiri mill-Ġdid Komplessiv Globali TBMA/ISMA, versjoni 2000"; u għal kontropartijiet organizzati jew inkorporati taħt il-liġijiet federali jew statali ta' l-Istati Uniti, "Il-Ftehim dwar Xiri mill-Ġdid Komplessiv tal-Bond Market Association".

2. L- operazzjonijiet derivati minn operazzjonijiet ta' fuq il-bank tax-xogħol li jinvolvu l-attiv tar-riservi barranin tal-BĊE għandhom jiġu dokumentati taħt il-ftehim standard li ġejjin, f'dik il-forma li tista' tiġi approvata jew emendata mill-BĊE minn żmien għal żmien; għal kontropartijiet organizzati jew inkorporati taħt il-liġi Franċiża, il-"Convention-cadre relative aux opérations de marché à terme"; għal kontropartijiet organizzati jew inkorporati taħt il-liġi Ġermaniża, il-"Rahmenvertrag für Finanztermingeschäfte"; għal kontropartijiet organizzati jew inkorporati taħt il-liġijiet ta' ġurisdizzjoni barra Franza, il-Ġermanja jew l-Istati Uniti, il-"Ftehim Komplessiv ta' l-1992 dwar l-Assoċjazzjoni Internazzjonali għal Skambji u Derivattivi" (Multi valuta, transkonfini, versjoni tal-liġi Ingliża); u għal kontropartijiet organizzati jew inkorporati taħt il-liġijiet federali jew statali ta' l-Istati Uniti, il- "Ftehim Komplessiv ta' l-1992 dwar l-Assoċjazzjoni Internazzjonali għal Skambji u Derivattivi" (Multi valuta, transkonfini, versjoni tal-liġi ta' New York).

"

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet finali

Din il-Linja ta' Gwida hi indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri parteċipanti.

Din il-Linja ta' Gwida għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta' Novembru 2001.

Din il-Linja ta' Gwida għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fis-16 ta' Novembru 2001.

F'isem il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE

Willem F. Duisenberg

[1] ĠU L 207, tas-17.8.2000, p. 24.

[2] ĠU L 190, tat-12.7.2001, p. 26.

--------------------------------------------------

Top