EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001O0005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 li jemenda għall-ewwel darba, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2488/2000 li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x'jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nri 1294/1999 u 607/2000 u l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 926/98

OJ L 190, 12.7.2001, p. 26–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 10 Volume 001 P. 305 - 307
Special edition in Estonian: Chapter 10 Volume 001 P. 305 - 307
Special edition in Latvian: Chapter 10 Volume 001 P. 305 - 307
Special edition in Lithuanian: Chapter 10 Volume 001 P. 305 - 307
Special edition in Hungarian Chapter 10 Volume 001 P. 305 - 307
Special edition in Maltese: Chapter 10 Volume 001 P. 305 - 307
Special edition in Polish: Chapter 10 Volume 001 P. 305 - 307
Special edition in Slovak: Chapter 10 Volume 001 P. 305 - 307
Special edition in Slovene: Chapter 10 Volume 001 P. 305 - 307

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2001/526/oj

32001O0005



Official Journal L 190 , 12/07/2001 P. 0026 - 0028


Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew

tal-21 ta' Ġunju 2001

temenda l-Linja Gwida BĊE/2000/1 tat- 3 ta' Frar 2000 fuq l-amministrazzjoni ta' l-assi ta' valuta estera tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għal operazzjonijiet li jinvolvu l-assi ta' valuta estera tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2001/5)

(2001/526/KE)

IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (hawnhekk iżjed "il quddiem imsejjaħ "it-Trattat") u b'mod partikolari t-tielet inċiż ta' l-Artikolu 105(2) tiegħu u t-tielet inċiż ta' l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 12.1, 14.3 u 30.6 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (hawhekk iżjed "il quddiem imsejjaħ "l-Istatut""),"

Billi:

(1) Skond il-Linja Gwida BĊE/2000/1 tat- 3 ta' Frar 2000 fuq l-amministrazzjoni ta' l-assi ta' valuta estera tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għal operazzjonijiet li jinvolvu l-assi ta' valuta estera tal-Bank Ċentrali Ewropew [1], kull bank ċentrali nazzjonali (BĊN) ta' Stat Membru parteċipant għandu jwettaq operazzjonijiet li jinvolvu l-assi ta' valuta estera tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) bħala aġent tal-BĊE.

(2) Il-BĊE iqisu meħtieġ li kull BĊN li jaġixxi bħala aġent tal-BĊE għandu japplika l-istandards minimi għall-kondotta ta' l-BĊNi fl-amministrazzjoni ta' l-assi ta' valuta estera tal-BĊE. L-Arrtikolu 38.1 ta' l-Istatut jipprovdi li membri tal-korpi regolatorji u l-persunal tal-BĊE u ta' l-BĊNi għandhom ikunu obbligati, anke wara li d-dmirijiet tagħhom jintemmu, biex ma jiżżvelawx informazzjoni li hi koperta bl-obbligazzjoni tas-segretezza professjonali.

(3) Il-BĊE iqis xieraq li d-dokumentazzjoni legali għal operazzjonijet li jinvolvu l-assi ta' valuta estera tal-BĊE tiġi esegwita biss mill-kontrapartijiet unikament fuq bażi tal-friegħi kollha.

(4) Skond l-Artikoli 12.1 u 14.3 ta' l-Istatut, il-linji gwida tal-BĊE jiffurmaw parti integrali mill-liġi tal-Komunità,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

L-Artikolu 3a ġdid għandu jkun inkluż fil-Linja Gwida BĊE/2000/1 kif ġej:

"L-Artikolu 3a

Standards minimi għall-kondotta ta' l-BĊNi fl-amministrazzjoni ta' l-assi ta' valuta estera tal-BĊE

Meta jaġixxi bħala aġent tal-BĊE fl-amministrazzjoni ta' l-assi ta' valuta estera tal-BĊE, kull BĊN għandu jassigura li r-regoli interni tiegħu konnessi ma' din l-amministrazzjoni, sew jekk huma regoli ta' kondotta, jew statuti tal-persunal jew xi tipi oħra ta' regoli (regoli interni) iħarsu l-istandards minimi għall-kondotta ta' l- BĊNi fl-amministrazzjoni ta' l-assi ta' valuta estera tal-BĊE, mehmuża skond l-Anness 4 ta' din il-Linja Gwida."

Artikolu 2

L-Anness 4 ġdid għandu jkun miżjud mal-Linja Gwida BĊE/2000/1 kif ġej:

"

L-ANNESS 4

Standards minimi għall-kondotta ta' l-BĊNi fl-amministrazzjoni ta' l-assi ta' valuta estera tal-BĊE

1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Ir-regoli interni ta' l-BĊNi għandhom jinkludu dispożizzjonijiet vinkolanti li jassiguraw konformità ta' l-attivitajiet jew operazzjonijiet kollha ta' l-BĊNi li jinvolvu l-assi ta' valuta estera tal-BĊE ma' dawn l-istandards minimi.

Ir-regoli li jinstabu hawn għandhom ikunu applikabbli għall-membri tal-korpi deċiżjonali ta' l-BĊNi u għall-impjegati kollha ta' l-BĊNi involuti fl-amministrazzjoni ta' l-assi ta' valuta estera tal-BĊE (dawn l-impjegati u membri tal-korpi deċiżjonali huma hawnhekk iżjed 'il quddiem kollettivament imsejħa "impjegati ta' l-BĊNi").

Dawn l-istandards minimi mhumiex intiżi li jeskludu jew li jkunu ta' preġudizzju għall-operazzjoni ta' dispożizzjonijiet iktar stretti stabbiliti fir-regoli interni ta' l-BĊNi u li japplikaw għall-impjegati ta' l-BĊNi, u dawn l-istandards minimi għandhom ikunu wkoll mingħajr preġudizzju għall-operazzjoni ta' l-Artikolu 38 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, li jiprovdi li l-membri tal-korpi regolatorji u l-persunal tal-BĊE u ta' l-BĊNi huma obbligati li, anke wara li d-dmirijiet tagħhom jintemmu, ma jiżvelawx informazzjoni koperta bl-obbligazzjoni tas-segretezza professjonali.

2. SORVELJANZA TAL-MANIĠMENT TA' OPERAZZJONIJIET MA' SWIEQ KONTRAPARTI

Il-kontroll ta' l-attivitajiet ta' l-impjegati kollha ta' l-BĊN imqabbda biex jaħdmu f'operazzjonijiet ma' swieq kontraparti hu fir-risponsabbiltà tal-maniġment ta' l-BĊN. L-awtorizzazzjonijiet u r-risponsabbiltajiet skond liem l-operaturi tas-suq u l-persunal li jappoġġahom għandhom iwettqu d-dmirijiet tagħhom għandhom jiġu mħejjija b'mod ċar u bil-miktub.

3. EVITAZZJONI TA' KUNFLITTI TA' INTERESSI POTENZJALI

Impjegati ta' l-BĊNi huma obbligati li jastjenu milli jkollhom x'jaqsmu ma' xi operazzjoni ekonomika jew finanzjarja li tista' tostakola l-indipendenza u l-imparzjalità tagħhom.

Impjegati ta' l-BĊNi għandhom jevitaw kull sitwazzjoni li tista' twassal għal konflitt ta' interess.

4. PROJBIZZJONI TA' KUMMERĊ INTERN

L-BĊNi m'għandhomx iħallu l-impjegati ta' l-BĊN jamministraw kummerċ intern, lanqas li jgħaddu informazzjoni privata u konfidenzjali miksuba mill-post tax-xogħol lil terzi persuni. Barra dan, impjegati ta' l-BĊNi ma jistgħux jużaw tagħrif privat konness mal-SEBĊ miksub fil-post tax-xogħol kull meta jmexxu transazzjonijiet finanzjarji privati.

Kummerċ intern hu definit bħala l-attività ta' kull persuna li, permezz ta' l-impjieg, professjoni jew dmirijiet tiegħu jew tagħha, għandu aċċess għal ċerta informazzjoni ta' natura preċiża li tista' tkun relevanti għall-immaniġġjar ta' l-assi ta' valuta estera tal-BĊE qabel ma din issir pubblika u japprofitta min dik l-informazzjoni b'konoxxenza kompluta tal-fatti billi jakkwista jew jelimina, għalih jew għaliha jew inkella għal terza persuna, direttament jew indirettament, assi (fosthom titoli trasferibbli) jew drittijiet (fosthom drittijiet taħt kuntratti derivattivi) li huma konnessi ma' dik l-informazzjoni.

L-BĊNi għandu jkollhom sistemazzjonijiet xierqa sabiex jawtoriżżaw lill-uffiċjali tal-ġestjoni u/jew tal-konformità biex jiċċekkjaw li t-transazzjonijiet finanzjarji li kkonkludew l-impjegati ta' l-BĊNi huma skond din ir-regola, bla ħsara għal liġijiet nazzjonali applikabbli u għal prattiċi fis-suq tax-xogħol. Barra dan, dawn is-sistemazzjonijiet għandom ikunu limitati strettament għall-kontrolli ta' konformità dwar dak it-tip ta' transazzjonijiet li jistgħu ikunu relevanti għall-immaniġġjar ta' l-assi ta' valuta estera tal-BĊE. Dawn il-kontrolli ta' konformità għandhom jiġu mwettqin meta jkun hemm raġunijet validi ħafna għalihom.

5. DIVERTIMENT U RIGALI

L-impjegati ta' l-BĊNi ma jistgħux jitolbu rigali jew divertiment minn terzi persuni fil-kors ta' l-immaniġġjar ta' l-assi ta' valuta estera tal-BĊE, lanqas jistgħu l-impjegati ta' l-BĊNi jaċċettaw rigali jew divertiment, aktar mill-ammont konswetudinarji jew insinifikanti, kemm finanzjarji kif ukoll mhux finanzjarji, li jistgħu jostakolaw l-indipendenza u l-imparzjalità tagħhom.

L-impjegati ta' l-BĊNi għandhom ikunu obbligati li jinfurmaw lill-Maniġment tagħhom dwar xi tentattiv minn kontroparti biex joffrilhom rigali jew divertiment.

"

Artikolu 3

L-Anness 3 tal-Linja Gwida BĊE/2000/1 għandu jkun mibdul kif ġej:

"

L-ANNESS 3

Ftehim standard għal operazzjonijiet kollateralizzati u derivattivi għal dik il-ġurnata

1. L-operazzjonijiet kollateralizzati kollha li jinvolvu l-assi ta' valuta estera tal-BĊE li jinkludu ftehim ta' xiri mill-ġdid, ftehim ta' xiri mill-ġdid mill-bejjiegħ, ftehim ta' xiri/bejgħ mill-ġdid u ftehim ta' bejgħ/xiri mill-ġdid għandhom ikunu dokumentati taħt dawn il-ftehim standard, b'tali mod li jistgħu jkunu approvati jew emendati mill-BĊE minn ħin għall-ieħor: għal kontropartijiet organizzati jew inkorporati taħt il-liġi Franċiża, il- "Convention-cadre relative aux opérations de pension livrée"; għal kontropartijiet organizzati jew inkorporati taħt il-liġi Ġermaniża, il- "Rahmenvertrag für echte Pensionsgeschäfte"; għal kontropartijiet organizzati jew inkorporati taħt il- liġijiet ta' ġurisdizzjoni barra minn Franza, il-Ġermanja u l-Istati Uniti, il- "PSA/ISMA Global Master Repurchase Agreement"; u għal kontropartijiet organizzati jew inkorporati taħt il-liġijiet federali jew ta' l-istat ta' l-SU, il-"The Bond Market Association Master Repurchase Agreement".

2. L-operazzjonijiet derivattivi kollha li jinvolvu l-assi ta' valuta estera tal-BĊE għandhom ikunu dokumentati taħt dawn il-ftehim standard, b'tali mod li jistgħu ikunu approvati jew emendati mill-BĊE minn ħin għall-ieħor: għal kontropartijiet organizzati jew inkorporati taħt il-liġi Franċiża, il- "Convention-cadre relative aux opérations de marché à terme"; għal kontropartijiet organizzati jew inkorporati taħt il-liġI Ġermaniża, il- "Rahmenvertrag für echte Finanztermingeschäfte"; għal kontropartijiet organizzati jew inkorporati taħt il-liġijiet ta' ġurisdizzjoni barra Franza, il-Ġermanja u l-Istati Uniti, il- "1992 International Swaps and Derivatives Association Master Agreement" (Ta' valuta multipla - mingħajr fruntieri, verżjoni tal-liġi Ingliża); u għal kontropartijiet organizzati jew inkorporati taħt il-liġijiet federali jew ta' l-istat tal US, il- "1992 International Swaps and Derivatives Association Master Agreement" (Ta' valuta multipla - mingħajr fruntieri, verżjoni tal-liġi ta' New York).

"

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet finali

Din il-Linja Gwida hi indirizzata lill-BĊNi.

Sas-16 ta' Awwissu 2001 l-aktar tard, l-BĊNi għandhom jibagħtu dettalji tat-testi u l-mezzi li bihom beħsiebhom iħarsu l-istandards minimi għall-kondotta tagħhom fil-ġestjoni ta' l-assi ta' valuta estera tal-BĊE, bħal ma hu meħtieġ mill-Artikolu 3a tal-Linja Gwida BĊE/2000/1.

Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta' Ġunju 2001.

Din il-Linja Gwida għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fil-21 ta' Ġunju 2001.

Għan-nom tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE

Willem F. Duisenberg

[1] ĠU L 207, tas-17.8.2000, p. 24.

--------------------------------------------------

Top