EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008X0201(01)

Ftehim tal- 31 ta' Diċembru 2007 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u s-Central Bank of Cyprus rigward il-klejm ikkreditata lis-Central Bank of Cyprus mill-Bank Ċentrali Ewropew skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew

OJ C 29, 1.2.2008, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

1.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 29/4


FTEHIM

tal-31 ta' Diċembru 2007

bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u s-Central Bank of Cyprus rigward il-klejm ikkreditata lis-Central Bank of Cyprus mill-Bank Ċentrali Ewropew skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew

(2008/C 29/04)

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW U S-CENTRAL BANK OF CYPRUS,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22 tal-31 ta' Diċembru 2007, dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta' l-assi barranin ta' riżerva u l-kontribuzzjonijiet mis-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta' Malta għar-riżervi u l-provvedimenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), l-ammont aggregat ekwivalenti għall-euro ta' assi barranin ta' riżerva li s-Central Bank of Cyprus għandu jittrasferixxi lilll-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) b'effett mill-1 ta' Jannar 2008, skond l-Artikolu 49.1 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa 'l quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”) huwa ta' EUR 73 400 447,19.

(2)

Skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, b'effett mill-1 ta' Jannar 2008, il-BĊE għandu jikkredita lis-Central Bank of Cyprus bi klejm iddenominata fl-euro ekwivalenti għall-ammont aggregat u ddenominat fl-euro tal-kontribuzzjoni tas-Central Bank of Cyprus ta' assi barranin ta' riżerva, skond l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dik id-Deċiżjoni. Il-BĊE u s-Central Bank of Cyprus jaqblu li jistabbilixxu l-klejm tas-Central Bank of Cyprus għall-ammont ta' EUR 71 950 548,51, sabiex jiġi żgurat li l-proporzjon bejn l-ammont fl-euro tal-klejm tas-Central Bank of Cyprus u l-ammont aggregat iddenominat fl-euro tal-klejms ikkreditati lill-banek ċentrali nazzjonali l-oħra ta' l-Istati Membri li diġà adottaw l-euro (minn issa 'l quddiem “il-BĊNi parteċipanti”) ikun indaqs mal-proporzjon bejn il-piż tas-Central Bank of Cyprus fl-iskema kapitali tal-BĊE u l-piż aggregat tal-BĊNi parteċipanti l-oħra f'din l-iskema.

(3)

Id-differenza bejn l-ammonti msemmija fir-recitals 1 u 2 tirriżulta mill-applikazzjoni, għall-valur ta' l-assi barranin ta' riżerva ttrasferiti diġà mis-Central Bank of Cyprus skond l-Artikolu 30.1 ta' l-Istatut tas-SEBĊ tar-'rati tal-kambju kurrenti' msemmija fl-Artikolu 49.1 ta' l-Istatut tas-SEBĊ, u mill-effett fuq il-klejms bis-saħħa ta' l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ li l-BĊNi parteċipanti l-oħra kellhom, ta' l-aġġustament ta' l-iskema kapitali tal-BĊE fl-1 ta' Jannar 2004, skond l-Artikolu 29.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u t-tkabbir ta' l-iskema kapitali tal-BĊE fl-1 ta' Mejju 2004 u fl-1 ta' Jannar 2007, skond l-Artikolu 49.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ.

(4)

Minħabba din id-differenza hawn fuq imsemmija, il-BĊE u s-Central Bank of Cyprus jaqblu li l-klejm tas-Central Bank of Cyprus tista' titnaqqas billi jitpaċa kontriha l-ammont li s-Central Bank of Cyprus għandu jikkontribwixxi għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, fil-każ li l-klejm tas-Central Bank of Cyprus hija akbar mill-ammont ta' EUR 71 950 548,51.

(5)

Il-BĊE u s-Central Bank of Cyprus għandhom jaqblu dwar modalitajiet oħra għall-ikkreditar tal-klejm tas-Central Bank of Cyprus, waqt li jiġi kkunsidrat li, skond il-movimenti tar-rata tal-kambju, jista' jinħtieġ li l-klejm tiżdied aktar milli titnaqqas għall-ammont imsemmi fir-recital 2.

(6)

Il-Kunsill Governattiv approva li l-BĊE isir parti minn dan il-Ftehim, li jittratta deċiżjoni li għandha tittieħed skond l-Artikolu 30 ta' l-Istatut tas-SEBĊ, skond il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 10.3 ta' l-Istatut SEBĊ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Modalitajiet għall-ikkreditar tal-klejm tas-Central Bank of Cyprus

1.   Jekk l-ammont tal-klejm li l-BĊE għandu jikkredita lis-Central Bank of Cyprus skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22 (minn issa 'l quddiem “il-klejm tas-Central Bank of Cyprus” jew “il-klejm”) huwa akbar minn EUR 71 950 548,51 fid-data finali li fiha l-BĊE jirċievi l-assi barranin ta' riżerva mis-Central Bank of Cyprus skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, allura l-ammont tal-klejm għandu jitnaqqas b'effett minn dik id-data għal EUR 71 950 548,51. Dan it-tnaqqis għandu jsir billi, l-ammont li s-Central Bank of Cyprus għandu jikkontribwixxi għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE b'effett mill-1 ta' Jannar 2008, skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, jitpaċa kontra l-klejm. L-ammont paċut għandu jkun ittrattat bħala kontribuzzjoni minn qabel għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, li għandha titqies li tkun saret fid-data ta' dik it-tpaċija.

2.   Jekk l-ammont li għandu jiġi kkontribwit mis-Central Bank of Cyprus għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22 huwa anqas mid-differenza bejn: (a) l-ammont tal-klejm tas-Central Bank of Cyprus; u (b) EUR 71 950 548,51, allura l-ammont tal-klejm għandu jitnaqqas għal EUR 71 950 548,51: (i) billi jitpaċa skond il-paragrafu 1 hawn fuq; u (ii) billi l-BĊE iħallas lis-Central Bank of Cyprus ammont fl-euro daqs l-ammont tad-defiċit li jifdal wara din it-tpaċija. Kull ammont li jrid jitħallas mill-BĊE skond dan il-paragrafu għandu jkun dovut b'effett mill-1 ta' Jannar 2008. Il-BĊE għandu, sadanittant, jagħti struzzjonijiet għat-trasferiment ta' dan l-ammont, u ta' l-imgħax nett akkumulat fuq dan l-ammont, permezz tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET/TARGET2). L-imgħax akkumulat għandu jkun ikkalkulat kuljum, bl-użu tal-metodu ta' kalkulazzjoni “actual over 360-day” b'rata daqs ir-rata ta' l-imgħax marġinali wżata mill-Eurosistema fl-operazzjoni prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid l-aktar riċenti tagħha.

3.   Jekk l-ammont tal-klejm tas-Central Bank of Cyprus huwa anqas minn EUR 71 950 548,51 fid-data finali li fiha l-BĊE jirċievi l-assi barranin ta' riżerva mis-Central Bank of Cyprus skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, allura l-ammont tal-klejm għandu jiżdied f'dik id-data għal EUR 71 950 548,51. Iż-żieda għandha ssir billi s-Central Bank of Cyprus iħallas lill-BĊE ammont fl-euro daqs id-differenza. Kull ammont li għandu jitħallas mis-Central Bank of Cyprus skond dan il-paragrafu għandu jkun dovut mill-1 ta' Jannar 2008, u għandu jitħallas skond il-proċeduri speċifikati fl-Artikolu 5(4) u (5) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet finali

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008.

2.   Dan il-Ftehim għandu jitħejja f'żewġ kopji oriġinali u ffirmati bl-Ingliż. Il-BĊE u s-Central Bank of Cyprus għandhom iżommu kopja oriġinali kull wieħed.

Magħmul fi Frankfurt am Main, fil-31 ta' Diċembru 2007.

Għall-Bank Ċentrali Ewropew

Jean-Claude TRICHET

President

Għas-Central Bank of Cyprus

Athanasios ORPHANIDES

Gvernatur


(1)  ĠU L 27, 1.2.2008.


Top