EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0027(01)
2009/57/EC: Decision of the European Central Bank of 12 December 2008 laying down the measures necessary for the contribution to the European Central Bank’s accumulated equity value and for adjusting the national central banks’ claims equivalent to the transferred foreign reserve assets (ECB/2008/27)
2009/57/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 12 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni lill-valur propjetarju akkumulat tal-Bank Ċentrali Ewropew u biex jiġu aġġustati l-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali ekwivalenti għall-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti (BĊE/2008/27)
2009/57/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 12 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni lill-valur propjetarju akkumulat tal-Bank Ċentrali Ewropew u biex jiġu aġġustati l-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali ekwivalenti għall-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti (BĊE/2008/27)
OJ L 21, 24.1.2009, p. 77–80
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 01 Volume 003 P. 179 - 182
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2013; Imħassar b' 32013D0015(01)
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 21/77 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-12 ta’ Diċembru 2008
li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni lill-valur propjetarju akkumulat tal-Bank Ċentrali Ewropew u biex jiġu aġġustati l-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali ekwivalenti għall-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti
(BĊE/2008/27)
(2009/57/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa ‘l quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”), b’mod partikolari l-Artikolu 30,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tipprovdi għall-aġġustament ta’ l-iskema għas-sottoskrizzjoni fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (minn issa ‘l quddiem “l-iskema kapitali”) skond l-Artikolu 29.3 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ, u tistabbilixxi, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, l-ippeżar il-ġdid assenjat lil kull bank ċentrali nazzjonali (BĊN) fl-iskema kapitali aġġustata (minn issa ‘l quddiem l-“ippeżar ta’ l-iskema kapitali”). |
(2) |
L-aġġustamenti ta’ l-ippeżar ta’ l-iskema kapitali u t-tibdiliet riżultanti fl-ishma tal-BĊNi fil-kapital sottoskritt tal-BĊE, jitolbu biex jiġu aġġustati l-klejms li l-BĊE ikkredita skond l-Artikolu 30.3 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ lill-BĊNi ta’ l-Istati Membri li adottaw l-ewro (minn issa ‘l quddiem “il-BĊNi parteċipanti”), u li huma ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet ta’ assi ta’ riżervi barranin mill-BĊNi parteċipanti lill-BĊE (minn issa ‘il quddiem “il-kejms”). |
(3) |
Dawk il-BĊNi parteċipanti li l-ishma ta’ persentaġġ tagħhom fl-iskema kapitali aġġustata jiżdiedu minħabba l-aġġustament, għandhom għalhekk jagħmlu trasferiment kumpensatorju lill-BĊE, filwaqt li l-BĊE għandu jagħmel trasferiment kumpensatorju lil dawk il-BĊNi parteċipanti li l-ishma ta’ persentaġġ tagħhom fl-iskema kapitali aġġustata jonqsu. |
(4) |
Skond il-prinċipji ġenerali tal-ġustizzja, it-trattament ugwali u l-protezzjoni ta’ l-aspettattivi leġittimi wara l-Istatut tas-SEBĊ, dawk il-BĊNi parteċipanti li s-sehem relattiv tagħhom fil-valur propjetarju akkumulat tal-BĊE jiżdied minħabba l-aġġustamenti hawn fuq imsemmijin, għandhom jagħmlu wkoll trasferiment kumpensatorju lil dawk il-BĊNi parteċipanti li s-sehem relattiv tagħhom jonqos. |
(5) |
L-ippeżar rispettiv ta’ l-iskema kapitali ta’ kull BĊN parteċipanti sal-31 ta’ Diċembru 2008 u b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009 għandu jitfisser bħala persentaġġ tal-kapital totali tal-BĊE kif sottoskritt mill-BĊNi parteċipanti kollha għall-finijiet biex jiġi kkalkulat l-aġġustament tal-valur tas-sehem ta’ kull BĊN parteċipanti fil-valur proprjetarju akkumulat tal-BĊE. |
(6) |
Għaldaqstant, tinħtieġ l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida tal-BĊE biex tabroga d-Deċiżjoni BĊE/2006/24 tal-15 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni lill-valur proprjetarju akkumulat tal-BĊE, u biex jiġu aġġustati l-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali ekwivalenti għall-assi ta’ riżervi barranin ittrasferiti (2). |
(7) |
Bis-saħħa ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/608/KE tat-8 ta’ Lulju 2008 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni mis-Slovakja tal-valuta waħda fl-1 ta’ Jannar 2009 (3), id-deroga favur is-Slovakja msemmija fl-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni 2003 (4) hija abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:
(a) |
“valur proprjetarju akkumulat” ifisser it-total tar-riżervi tal-BĊE, kontijiet ta’ rivalutazzjoni u provvisti ekwivalenti għar-riżervi kif ikkalkulati mill-BĊE sal-31 ta’ Diċembru 2008. Ir-riżervi tal-BĊE u dawk il-provvisti ekwivalenti għar-riżervi għandhom jinkludu, mingħajr limitazzjoni għall-ġeneralità tal-“valur proprjetarju akkumulat”, il-fond tar-riżerva ġenerali u l-provvista ekwivalenti għar-riżervi kontra r-riskji tar-rata tal-kambju, tar-rata ta’ l-imgħax u l-prezz tad-deheb; |
(b) |
“data tat-trasferiment” tfisser it-tieni jum ta’ negozju wara l-approvazzjoni mill-Kunsill Governattiv tal-kontijiet finanzjarji tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2008; |
Artikolu 2
Kontribuzzjoni għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE
1. Jekk sehem ta’ BĊN parteċipanti fil-valur proprjetarju akkumulat jiżdied minħabba żieda fl-ippeżar tiegħu fl-iskema kapitali b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009, dak il-BĊN parteċipanti għandu jittrasferixxi l-ammont iddeterminat bis-saħħa tal-paragrafu 3 lill-BĊE fid-data tat-trasferiment.
2. Jekk sehem ta’ BĊN parteċipanti fil-valur proprjetarju akkumulat jonqos minħabba tnaqqis fl-ippeżar tiegħu fl-iskema kapitali b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009, dak il-BĊN parteċipanti għandu jirċievi l-ammont iddeterminat bis-saħħa tal-paragrafu 3 lill-BĊE fid-data tat-trasferiment.
3. Il-BĊE għandu, fil- jew qabel il-jum meta l-Kunsill Governattiv japprova l-kontijiet finanzjarji tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2006, jikkalkula u jikkonferma lil kull BĊN parteċipanti, jew l-ammont li għandu jiġi ttrasferit minn dak il-BĊN parteċipanti lill-BĊE meta japplika l-paragrafu 1, jew l-ammont li dak il-BĊN parteċipanti għandu jirċievi mill-BĊE meta japplika l-paragrafu 2. Bla ħsara għat-tqarrib, kull ammont li għandu jiġi ttrasferit jew irċevut għandu jkun ikkalkolat billi l-valur proprjetarju akkumulat jiġi mmultiplikat bid-differenza assoluta, bejn l-ippeżar ta’ l-iskema kapitali ta’ kull BĊN parteċipanti fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-ippeżar tiegħu ta’ l-iskema kapitali b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009, u r-riżultat jiġi diviż b’100.
4. Kull ammont deskritt fil-paragrafu 3 għandu jkun dovut f’ewro fl-1 ta’ Jannar 2009, imma għandu jkun ittrasferit effettivament fid-data tat-trasferiment.
5. Fid-data tat-trasferiment, BĊN parteċipant jew il-BĊE li jkollu jittrasferixxi ammont skond il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 għandu jittrasferixxi wkoll separatament, kull imgħax li jakkumula matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sad-data tat-trasferiment fuq kull ammont rispettiv dovut minn dan il-BĊN parteċipanti u l-BĊE. Min jittrasferixxi u min jirċievi dan l-imgħax għandu jkun l-istess bħal min jittrasferixxi u min jirċievi l-ammonti li fuqhom jakkumula l-imgħax.
6. Jekk il-valur proprjetarju akkumulat huwa anqas minn żero, l-ammonti li għandhom jiġu ttrasferiti jew irċevuti skond il-paragrafu 3 u l-paragrafu 5 għandhom jitħallsu fid-direzzjonijiet opposti ta’ dawk speċifikati fil-paragrafu 3 u l-paragrafu 5.
Artikolu 3
Aġġustament tal-klejms ekwivalenti għall-assi ta’ riżervi barranin ttrasferiti
1. Billi l-aġġustament tal-klejms ekwivalenti għall-assi ta’ riżervi barranin ttrasferiti għan-Národná banka Slovenska ser ikun irregolat bid-Deċiżjoni BĊE/2008/33 tal-31 ta’ Diċembru 2008 dwar il-kapital imħallas, it-trasferiment ta’ l-assi tar-riżervi barranin u l-kontribuzzjonijiet min-Národná banka Slovenska għar-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew (5), dan l-Artikolu għandu jirregola l-aġġustament tal-klejms ekwivalenti għall-assi ta’ riżerva barranin ittrasferiti mill-BĊNi parteċipanti oħra.
2. Il-klejms tal-BĊNi parteċipanti għandhom ikunu aġġustati b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009 skond l-ippeżar aġġustat tagħhom ta’ l-iskema kapitali. Il-valur tal-klejms tal-BĊNi parteċipanti b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009 jidher fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness ta’ din d-Deċiżjoni.
3. Kull BĊN parteċipanti għandu, bis-saħħa ta’ din id-dispożizzjoni u mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar formalita' jew xi att, jitqies li jew ikun ittrasferixxa jew irċieva b’effett fl-1 ta’ Jannar 2009, il-valur assolut tal-klejm (f’ewro) muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni, fejn “-” għandu jirreferi għal klejm li l-BĊN parteċipanti għandu jittrasferixxi lill-BĊE u “+” għal klejm li l-BĊE għandu jittrasferixxi lil-BĊN parteċipanti.
4. Fl-ewwel jum ta’ operazzjoni tat-Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (“TARGET2”) wara l-1 ta’ Jannar 2009, kull BĊN parteċipanti għandu jew jittrasferixxi jew jirċievi l-valur assolut ta’ l-ammont (f’ewro) muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirriferi għal ammont li l-BĊN parteċipanti għandu jittrasferixxi lill-BĊE u “-” għal ammont li l-BĊE għandu jirrtrasferxxi lill-BĊN parteċipanti.
5. Fl-ewwel ġurnata operattiva tat-TARGET2 wara l-1 ta’ Jannar 2009, il-BĊE u l-BĊNi parteċipanti li huma obbligati jittrasferixxu ammonti skond il-paragrafu 4, għandhom kull wieħed minnhom separatament jittrasferixxu wkoll kull interess fuq l-ammonti dovuti rispettivi li jakkumulaw matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2009, sad-data ta’ dan it-trasferiment. Min jittrasferixxi u min jirċievi dan l-imgħax għandu jkun l-istess bħal min jittrasferixxi u min jirċievi l-ammonti li fuqhom jakkumula l-imgħax.
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet Ġenerali
1. L-imgħax li jakkumula skond l-Artikolu 2(5) u l-Artikolu 3(5) għandu jkun ikkalkulat kuljum billi jintuża l-metodu ta’ kalkolu “attwali fuq matul-360-jum” (actual over-360-day), b’rata daqs ir-rata marġinali ta’ imgħax użata mill-Eurosistema fl-operazzjoni ewlenija ta’ finanzjament mill-ġdid l-aktar riċenti tagħha.
2. Kull trasferiment bis-saħħa ta’ l-Artikolu 2(1), (2) u (5) u l-Artikolu 3(4) u (5) għandu jsir b’mod separat permezz tat-TARGET2.
3. Il-BĊE u l-BĊNi parteċipanti li huma taħt obbligu li jagħmlu kull trasferiment imsemmi fil-paragrafu 2 għandhom, eventwalment, jagħtu l-istruzzjonijiet meħtieġa biex jagħmlu dawn it-trasferimenti fil-ħin.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet finali
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009.
2. Id-Deċiżjoni BĊE/2006/24 hija hawnhekk abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.
3. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2006/24 għandhom jinftiehmu li huma referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Magħmula fi Frankfurt am Main, it-12 ta’ Diċembru 2008.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) Ara paġna 66 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) ĠU L 195, 24.7.2008, p. 24.
(4) Att li jitratta l-kundizzjonijiet tas-sħubija tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom l-Unjoni Ewropea hija stabbilita (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).
(5) Ara paġna 83 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
KLEJMS EKWIVALLENTI GĦALL-ASSI TAR-RIŻERVI BARRANIN ITTRASFERITI LILL- BĊE
BĊN parteċipanti |
Klejms ekwivalenti għall-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti lill-BĊE, fil-31 ta’ Diċembru 2008 (EUR) |
Klejms ekwivalenti għall-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti lill-BĊE, b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009 (EUR) |
Ammont ta’ trasferiment (EUR) |
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
1 423 341 995,63 |
1 397 303 846,77 |
–26 038 148,86 |
Deutsche Bundesbank |
11 821 492 401,85 |
10 909 120 274,33 |
– 912 372 127,52 |
Central Bank and Financial Services Authority of Ireland |
511 833 965,97 |
639 835 662,35 |
+ 128 001 696,38 |
Bank of Greece |
1 046 595 328,50 |
1 131 910 590,58 |
+85 315 262,08 |
Banco de España |
4 349 177 350,90 |
4 783 645 755,10 |
+ 434 468 404,20 |
Banque de France |
8 288 138 644,21 |
8 192 338 994,75 |
–95 799 649,46 |
Banca d’Italia |
7 217 924 640,86 |
7 198 856 881,40 |
–19 067 759,46 |
Central Bank of Cyprus |
71 950 548,51 |
78 863 331,39 |
+6 912 782,88 |
Banque centrale du Luxembourg |
90 730 275,34 |
100 638 597,47 |
+9 908 322,13 |
Bank Ċentrali ta’ Malta |
35 831 257,94 |
36 407 323,18 |
+ 576 065,24 |
De Nederlandsche Bank |
2 243 025 225,99 |
2 297 463 391,20 |
+54 438 165,21 |
Oesterreichische Nationalbank |
1 161 289 917,84 |
1 118 545 877,01 |
–42 744 040,83 |
Banco de Portugal |
987 203 002,23 |
1 008 344 596,55 |
+21 141 594,32 |
Banka Slovenije |
183 995 237,74 |
189 410 251,00 |
+5 415 013,26 |
Národná banka Slovenska |
0 |
399 443 637,59 (1) |
+ 399 443 637,59 |
Suomen Pankki |
717 086 011,07 |
722 328 204,76 |
+5 242 193,69 |
Total (2): |
40 149 615 804,58 |
40 204 457 215,43 |
54 841 410,85 |
(1) Biex jiġu ttrasferiti b’effett mid-dati stabbiliti fid-Deċiżjoni BĊE/2008/33.
(2) Minħabba t-tqarrib, it-totali jistgħu ma jikkorrispondux mas-somma tal-figuri kollha murijin.