EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008HB0019

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 5 ta' Diċembru 2008 lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta' Malta (BĊE/2008/19)

OJ C 322, 17.12.2008, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 322/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-5 ta' Diċembru 2008

lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta' Malta

(BĊE/2008/19)

(2008/C 322/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Bank Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 27.1,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Eurosistema huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrikkmandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat ta' l-awdituri esterni ta' bħalissa tal-Bank Ċentrali ta' Malta se jispiċċa wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2008. Jinħtieġ għalhekk li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2009.

(3)

Il-Bank Ċentrali ta' Malta għażel lil KPMG bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2009 sa 2013,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrikkmandat li KPMG għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta' Malta għas-snin finanzjarji 2009 sa 2013.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fil-5 ta' Diċembru 2008.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


Top