EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008O0007

Linja ta’ Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 5 ta’ Settembru 2008 li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2005/5 tas- 17 ta’ Frar 2005 dwar il-ħtiġijiet ta’ rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni statistika fi ħdan is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali fil-qasam tal-istatistiċi finanzjarji tal-gvern (BĊE/2008/7)

OJ L 276, 17.10.2008, p. 32–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/08/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2008/802/oj

17.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 276/32


LINJA TA’ GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-5 ta’ Settembru 2008

li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2005/5 tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-ħtiġijiet ta’ rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni statistika fi ħdan is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali fil-qasam tal-istatistiċi finanzjarji tal-gvern

(BĊE/2008/7)

(2008/802/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-Artikoli 5.1, 5.2, 12.1 u 14.3 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Linja ta’ Gwida BĊE/2005/5 tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-ħtiġijiet ta’ rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni statistika fi ħdan is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali fil-qasam tal-istatistiċi finanzjarji tal-gvern (1) teħtieġ li tinġabar d-dejta fuq id-dejn tal-Gvern miżmum minn non-residenti ta’ Stat Membru, maqsuma f’dejn miżmum minn non-residenti ġewwa u ‘l barra miż-żona tal-ewro. Dan jippermetti li d-dejn tal-gvern totali taż-żona tal-ewro miżmum minn residenti mhux taż-żona tal-ewro jiġi kkompilat billi jiġu kkonsolidati l-pożizzjonijiet taż-żona intra ewro. Dan mhux meħtieġ aktar għaliex minn Marzu 2008, bħala riżultat tal-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ ġbir tad-dejta titolu b’titolu flimkien ma’ l-użu ta’ Centralised Security Database (CSDB, Database Ċentralizzata dwar Titoli) id-dejn tal-gvern totali taż-żona tal-ewro miżmum mir-residenti mhux taż-żona tal-ewro jiġi ppubblikat bħala parti mill-pożizzjoni tal-investiment internazzjonali taż-żona tal-ewro. Il-Linja ta’ Gwida BĊE/2004/15 tas 16 ta’ Lulju 2004 dwar l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-bilanċ tal-pagamenti u l-istatistika tal-qagħda internazzjonali dwar l-investiment, u l-mudell tar-riżervi internazzjonali (2) tipprovdi d-dejta meħtieġa għal din l-istatistika. Barra minn hekk, l-iżvilupp ulterjuri maħsub għal dawn is-sistemi ta’ ġbir ta’ dejta titolu b’titolu u s-CSDB għandu maż-żmien jippermetti dettalji addizzjonali biex jinġabru fuq investimenti ta’ titoli governattivi skond il-pajjiż u s-settur. Għalhekk billi r-referenzi għal “Dejn miżmum minn non-residenti ġewwa ż-żona tal-ewro” u “Dejn miżmum minn non-residenti barra ż-żona tal-ewro” m’humiex meħtieġa aktar, għandhom jiġu mħassra mill-Annessi I u II tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2005/5 biex jitnaqqas il-piż tar-rapport.

(2)

Id-derogi elenkati fl-Anness IV jiskadu fl-aħħar ta’ Settembru 2008 u għalhekk l-Anness IV jsir superfluwu.

ADOTTA DIN IL-LINJA TA’ GWIDA:

Artikolu 1

Il-Linja ta’ Gwida BĊE/2005/5 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Annessi I u II għandhom jinbidlu bl-Annessi ta’ din il-Linja ta’ Gwida.

(2)

L-Anness IV huwa mħassar.

Artikolu 2

Din il-Linja ta’ Gwida għandha tidhol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2008.

Artikolu 3

Din il-Linja ta’ Gwida tapplika għall-banek ċentrali kollha tal-Ewrosistema.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 5 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 109, 29.4.2005, p. 81.

(2)  ĠU L 354, 30.11.2004, p. 34.


ANNESS I

“ANNESS I

ĦTIĠIET TA’ RAPPORTAR TA’ DEJTA

Is-sett sħiħ tad-dejta jinkludi statistiċi dwar id-dħul u l-ħruġ (Tabella 1A, Tabella 1B u Tabella 1Ċ), statistiċi ta’ aġġustament defiċit-dejn (Tabella 2A u Tabella 2B) u statistiċi ta’ dejn (Tabella 3A u Tabella 3B). Il-kategoriji ewlenin huma dawk miktubin b’tipa skura, filwaqt li l-kategoriji l-oħrajn huma sekondarji. Settijiet ta’ dejta parzjali jinkludu għallinqas il-kategoriji ewlenin taħt statistiċi dwar id-dħul u l-ħruġ, statistiċi ta’ aġġustament dwar id-defiċit-dejn, jew statistika dwar id-dejn. Il-kategoriji jirreferu għas-settur tal-gvern ġenerali sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor.

STATISTIĊI TAD-DĦUL U TAL-ĦRUĠ

Tabella 1A

Kategorija

Nru u relazzjoni lineari

Defiċit (-) jew bilanċ (+)

1 = 7 – 8 = 2 + 3 + 4 + 5

Defiċit (-) jew bilanċ (+) tal-gvern ċentrali

2

Defiċit (-) jew bilanċ (+) tal-gvern statali

3

Defiċit (-) jew bilanċ (+) tal-gvern lokali

4

Defiċit (-) jew bilanċ (+) tal-fondi tas-sigurtà soċjali

5

Defiċit (-) jew bilanċ (+) primarju

6 = 1 + 26

Dħul totali

7 = 9 + 31

Ħruġ totali

8 = 21 + 33

Dħul kurrenti

9 = 10 + 13 + 15 + 18 + 20

Taxxi diretti

10

li għandhom jitħallsu minn korporazzjonijiet

11

li għandhom jitħallsu minn djar

12

Taxxi indiretti

13

li minnhom taxxa fuq il-valur miżjud

14

Kontribuzzjonijiet soċjali

15

li huma kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta’ min iħaddem

16

li huma kontribuzzjonijiet soċjali tal-impjegati

17

Dħul kurrenti ieħor

18

li huwa imgħax li jrid jiġi rċevut

19

Bejgħ

20

Ħruġ kurrenti

21 = 22 + 26 + 27 + 29

Trasferimenti kurrenti

22 = 23 + 24 + 25

Ħlasijiet soċjali

23

Sussidji li jridu jitħallsu

24

Trasferimenti kurrenti oħra li jridu jitħallsu

25

Imgħax li jrid jitħallas

26

Kumpens tal-impjegati

27

li huma pagi u salarji

28

Konsum intermedju

29

Tfaddil gross

30 = 9 – 21

Dħul kapitali

31

li huwa taxxi kapitali

32

Infiq kapitali

33 = 34 + 35 + 36

Investiment

34

Akkwisti netti oħra ta’ assi mhux finanzjarji

35

Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu

36

Partiti tal-memorandum

Defiċit (-) jew bilanċ (+) tal-EDP

37

Imgħax fuq l-EDP li jrid jitħallas

38

Dħul mill-bejgħ ta’ liċenzji tal-UMTS

39

Kontribuzzjonijiet soċjali attwali

40

Benefiċċji soċjali għajr trasferimenti soċjali mhux fi flus

41

Prodott gross domestiku

42

Prodott gross domestiku bi prezzijiet kostanti

43

Investiment tal-gvern bi prezzijiet kostanti

44


Tabella 1B

Kategorija

Nru u relazzjoni lineari

Ħlasijiet minn Stat Membru lill-baġit tal-Unjoni Ewropea

1 = 2 + 4 + 5 + 7

Taxxi indiretti li jridu jiġu rċevuti mill-baġit tal-UE

2

li huma VAT irċevuta mill-baġit tal-UE

3

Kooperazzjoni internazzjonali kurrenti li trid titħallas mill-gvern lill-baġit tal-UE

4

Trasferimenti kurrenti mixxellanji li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit tal-UE

5

li huma r-raba’ riżorsa proprja tal-UE

6

Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit tal-UE

7

Infiq tal-UE fl-Istat Membru

8 = 9 + 10 + 11 + 12 + 13

Sussidji li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE

9

Trasferimenti kurrenti li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lill-gvern

10

Trasferimenti kurrenti li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lil unitajiet mhux governattivi

11

Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lill-gvern

12

Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lil unitajiet mhux governattivi

13

Dħul nett mill-baġit tal-UE (riċevitur nett +, kontributur nett -)

14 = 8 – 1

Partita tal-memorandum

Spejjeż tal-ġbir tar-riżorsi proprji

15


Tabella 1Ċ

Kategorija

Nru u relazzjoni lineari

Infiq fuq il-konsum finali

1 = 2 + 3 = 4 + 5 + 6 + 7 + 8 + 9 – 10

Infiq fuq il-konsum individwali

2

Infiq fuq il-konsum kollettiv

3

Kumpens tal-impjegati

4 = [1A.27]  (1)

Konsum intermedju

5 = [1A.29]

Trasferimenti soċjali mhux fi flus fornuti permezz tal-produtturi tas-suq

6

Konsum ta’ kapital fiss

7

Taxxi fuq il-produzzjoni mħallsa nieqes is-sussidji rċevuti

8

Bilanċ nett tat-tħaddim

9

Bejgħ

10 = [1A.20]

Partita tal-memorandum

Infiq fuq il-konsum finali bi prezzijiet kostanti

11

STATISTIĊI TA’ AĠĠUSTAMENT DEFIĊIT-DEJN

Tabella 2A

Kategorija

Nru u relazzjoni lineari

Defiċit (-) jew bilanċ (+)

1=[1A.1]

Aġġustament bejn kontijiet finanzjarji u mhux finanzjarji

2 = 1 – 3

Transazzjonijiet netti f’assi u f’passivi finanzjarji

3 = 4 – 15

Transazzjonijiet f’assi finanzjarji (konsolidati)

4 = 5 + 6 + 7 + 8 + 9 + 13

Transazzjonijiet f’valuti u f’depożiti

5

Transazzjonijiet f’titoli mhux ishma – titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir u fuq perjodu ta’ żmien twil

6

Transazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji

7

Transazzjonijiet f’self

8

Transazzjonijiet f’ishma u f’ishma azzjonarji oħra

9

Privatizzazzjoni

10

Injezzjonijiet ta’ ishma azzjonarji

11

Oħrajn

12

Transazzjonijiet f’assi finanzjarji oħra

13

li huma taxxi dovuti nieqes id-dħul mit-taxxa f’kontanti

14

Transazzjonijiet f’passivi (konsolidati)

15 = 16 + 17 + 18 + 19 + 20 + 22

Transazzjonijiet f’valuti u f’depożiti

16

Transazzjonijiet f’titoli mhux ishma – titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir

17

Transazzjonijiet f’titoli mhux ishma – titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil

18

Transazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji

19

Transazzjonijiet f’self

20

li huma self mill-bank ċentrali

21

Transazzjonijiet f’passivi oħra

22

Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn (konsolidat)

= ħtieġa ta’ self tal-gvern ġenerali (GGBR)

23 = 16 + 17 + 18 + 20

23 = 25 + 26 + 27

23 = 2 – 1 + 4 – 19 – 22

Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn fit-tul

24

Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn denominati fil-valuta nazzjonali

25

Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn denominati f’valuta barranija parteċipanti  (2)

26

Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn denominati f’valuta barranija mhux parteċipanti

27

Ċirkolazzjonijiet oħra

28 = 29 + 32

Effetti tal-valutazzjoni fuq id-dejn

29 = 30 + 31

Profitt u telf mill-kambju ta’ investimenti

30

Effetti oħra ta’ valutazzjoni – valur apparenti

31

Bidliet oħra fil-volum ta’ dejn

32

Bidla fid-dejn

33 = 23 + 28

33 = 2 – 1 + 4 – 19 – 22 + 28


Tabella 2B

Kategorija

Nru u relazzjoni lineari

Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn – mhux konsolidati

1 = 2 + 3 + 4 + 5 + 6

Transazzjonijiet f’valuti u f’depożiti (passivi) – mhux konsolidati

2

Transazzjonijiet f’titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir (passivi) – mhux konsolidati

3

Transazzjonijiet f’titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil (passivi) – mhux konsolidati

4

Transazzjonijiet f’self minn bank ċentrali

5

Transazzjonijiet f’self ieħor (passivi) – mhux konsolidati

6

Transazzjonijiet konsolidattivi

7 = 8 + 9 + 10 + 11

Transazzjonijiet konsolidattivi – valuta u depożiti

8 = 2 – [2A.16]

Transazzjonijiet konsolidattivi – titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir

9 = 3 – [2A.17]

Transazzjonijiet konsolidattivi – titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil

10 = 4 – [2A.18]

Transazzjonijiet konsolidattivi – self

11 = 6 – [2A.20] – [2A.21]

STATISTIKA FUQ ID-DEJN

Tabella 3A

Kategorija

Nru u relazzjoni lineari

Dejn

1 = 2 + 3 + 4 + 5 + 6

= 7 + 12 = 13 + 14 + 15

= 16 + 17 = 19 + 20 + 22

= 24 + 25 + 26 + 27

Dejn – valuta u depożiti (passivi)

2

Dejn – titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir (passivi)

3

Dejn – titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil (passivi)

4

Dejn – self minn bank ċentrali (passivi)

5

Dejn – self ieħor (passivi)

6

Dejn miżmum minn residenti tal-Istat Membru

7 = 8 + 9 + 10 + 11

Dejn miżmum minn bank ċentrali

8

Dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħra

9

Dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra

10

Dejn miżmum minn residenti oħra tal-Istat Membru

11

Dejn miżmum minn mhux-residenti tal-Istat Membru

12

Dejn denominat f’valuta nazzjonali

13

Dejn denominat f’valuta barranija parteċipanti

14

Dejn denominat f’valuta barranija mhux parteċipanti

15

Dejn fuq perjodu ta’ żmien qasir

16

Dejn fuq perjodu ta’ żmien twil

17

li għandu rata ta’ imgħax varjabbli

18

Dejn b’maturità residwa sa sena

19

Dejn b’maturità residwa ta’ aktar minn sena sa 5 snin

20

li għandu rata ta’ imgħax varjabbli

21

Dejn b’maturità residwa ta’ aktar minn 5 snin

22

li għandu rata ta’ imgħax varjabbli

23

Komponent ta’ dejn tal-gvern ċentrali

24 = [3B.7] – [3B.15]

Komponent ta’ dejn tal-gvern statali

25 = [3B.9] – [3B.16]

Komponent ta’ dejn tal-gvern lokali

26 = [3B.11] – [3B.17]

Komponent ta’ dejn tal-fondi tas-sigurtà soċjali

27 = [3B.13] – [3B.18]

Partiti tal-memorandum

Maturità residwa medja ta’ dejn

28

Dejn – bonds ta’ bla kupun

29


Tabella 3B

Kategorija

Nru u relazzjoni lineari

Dejn (mhux konsolidat)

1 = 7 + 9 + 11 + 13

Elementi konsolidattivi

2 = 3 + 4 + 5 + 6 = 8 + 10 + 12 + 14

= 15 + 16 + 17 + 18

Elementi konsolidattivi – valuta u depożiti

3

Elementi konsolidattivi – titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir

4

Elementi konsolidattivi – titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil

5

Elementi konsolidattivi – self

6

Dejn maħruġ mill-gvern ċentrali

7

li huwa miżmum minn sub-setturi oħra tal-gvern

8

Dejn maħruġ mill-gvern statali

9

li huwa miżmum minn sub-setturi oħra tal-gvern

10

Dejn maħruġ mill-gvern lokali

11

li huwa miżmum minn sub-setturi oħra tal-gvern

12

Dejn maħruġ mill-fondi tas-sigurtà soċjali

13

li huwa miżmum minn sub-setturi oħra tal-gvern

14

Partiti tal-memorandum

Pussess mill-gvern ċentrali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’sub-setturi oħra tal-gvern

15

Pussess mill-gvern statali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’sub-setturi oħra tal-gvern

16

Pussess mill-gvern lokali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’sub-setturi oħra tal-gvern

17

Pussess mill-fondi tas-sigurtà soċjali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’sub-setturi oħra tal-gvern

18”


(1)  [x.y] tirreferi għan-numru tal-kategorija y tat-Tabella x.

(2)  Li għandha tiġi rrapportata għas-snin ta’ qabel ma l-Istat Membru sar Stat Membru parteċipant.


ANNESS II

“ANNESS II

DEFINIZZJONIJIET METODOLOGIĊI

1.   Referenzi metodologiċi

Il-kategoriji speċifikati fl-Anness I huma, ġeneralment, iddefiniti b’referenza għall-Anness A tal-ESA 95 u/jew ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 3605/93 tat-22 ta’ Novembru 1993, dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tad-defiċit eċċessiv anness mat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea (1). Definizzjonijiet metodoloġiċi kumplimentari huma stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ din il-Linja ta’ Gwida. B’mod partikolari, il-kodiċijiet li jirreferu għas-setturi u għas-sub-setturi huma deskritti fid-dettall fit-Tabella li ġejja.

Setturi u sub-setturi fl-ESA 95

 

 

Pubbliċi

Nazzjonali privati

Ikkontrollati minn barranin

Ekonomija totali

S.1

 

 

 

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

S.11

S.11001

S.11002

S.11003

Korporazzjonijiet finanzjarji

S.12

 

 

 

Bank ċentrali

S.121

 

 

 

Istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħra

S.122

S.12201

S.12202

S.12203

Intermedjarji finanzjarji oħra, għajr korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

S.123

S.12301

S.12302

S.12303

Awżiljarji finanzjarji

S.124

S.12401

S.12402

S.12403

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

S.125

S.12501

S.12502

S.12503

Gvern ġenerali

S.13

 

 

 

Gvern ċentrali

S.1311

 

 

 

Gvern statali

S.1312

 

 

 

Gvern lokali

S.1313

 

 

 

Fondi tas-sigurtà soċjali

S.1314

 

 

 

Djar

S.14

 

 

 

Istituzzjonijiet li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt li jservu d-djar

S.15

 

 

 

Bqija tad-dinja

S.2

 

 

 

L-UE

S.21

 

 

 

Stati Membri tal-UE

S.211

 

 

 

L-istituzzjonijiet tal-UE

S.212

 

 

 

Pajjizi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

S.22

 

 

 

2.   Definizzjoni tal-Kategoriji (2)

Tabella 1A

1.

Defiċit (-) jew bilanċ (+) [1A.1] hija ugwali għal tislif nett (+)/self nett (-) (B.9) ta’ S.13.

2.

Defiċit (-) jew bilanċ (+) tal-gvern ċentrali [1A.2] hija ugwali għal tislif nett (+)/self nett (-) (B.9) ta’ S.1311.

3.

Defiċit (-) jew bilanċ (+) tal-gvern statali [1A.3] hija ugwali għal tislif nett (+)/self nett (-) (B.9) ta’ S.1312.

4.

Defiċit (-) jew bilanċ (+) tal-gvern lokali [1A.4] hija ugwali għal tislif nett (+)/self nett (-) (B.9) ta’ S.1313.

5.

Defiċit (-) jew bilanċ (+) ta’ fondi tas-sigurtà soċjali [1A.5] hija ugwali għal tislif nett (+)/self nett (-) (B.9) ta’ S.1314.

6.

Defiċit (-) jew bilanċ (+) primarju [1A.6] hija ugwali għal defiċit (-) jew bilanċ (+) [1A.1], miżjuda bl-imgħax li jrid jitħallas [1A.26].

7.

Dħul totali [1A.7] hija ugwali għad-dħul kurrenti [1A.9], miżjuda bid-dħul kapitali [1A.31].

8.

Ħruġ totali [1A.8] hija ugwali għall-ħruġ kurrenti [1A.21], miżjuda bl-infiq kapitali [1A.33].

9.

Dħul kurrenti [1A.9] hija ugwali għat-taxxi diretti [1A.10], miżjuda bit-taxxi indiretti [1A.13], miżjuda bil-kontribuzzjonijiet soċjali [1A.15], miżjuda bi dħul kurrenti ieħor [1A.18], miżjuda bil-bejgħ [1A.20].

10.

Taxxi diretti [1A.10] hija ugwali għal taxxi kurrenti fuq id-dħul u fuq il-ġid, eċċ. (D.5) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13.

11.

Taxxi diretti li għandhom jitħallsu minn korporazzjonijiet [1A.11] hija ugwali għal taxxi kurrenti fuq id-dħul u fuq il-ġid, eċċ. (D.5) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13 u użu ta’ S.11 u S.12.

12.

Taxxi diretti li għandhom jitħallsu minn djar [1A.12] hija ugwali għal taxxi kurrenti fuq id-dħul u fuq il-ġid, eċċ. (D.5) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13 u użu ta’ S.14.

13.

Taxxi indiretti [1A.13] hija ugwali għal taxxi fuq il-produzzjoni u importazzjonijiet (D.2) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13, miżjuda bit-taxxi indiretti li jridu jiġu rċevuti mill-baġit tal-UE [1B.2].

14.

Taxxi indiretti li huma VAT [1A.14] hija ugwali għal taxxi tat-tip tal-valur miżjud (D.211) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13 u S.212.

15.

Kontribuzzjonijiet soċjali [1A.15] hija ugwali għal kontribuzzjonijiet soċjali (D.61) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13.

16.

Kontribuzzjonijiet soċjali li huma kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta’ min iħaddem [1A.16] hija ugwali għal kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta’ min iħaddem (D.6111) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13.

17.

Kontribuzzjonijiet soċjali li huma kontribuzzjonijiet soċjali tal-impjegati [1A.17] hija ugwali għall-kontribuzzjonijiet soċjali tal-impjegati (D.6112) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13.

18.

Dħul kurrenti ieħor [1A.18] hija ugwali għal dħul minn proprjetà (D.4), pretensjonijiet minn assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja (D.72), kooperazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74), u trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13, għajr riżorsi ta’ imgħax ta’ S.13 (D.41) li huma wkoll użu ta’ S.13, miżjuda bid-dħul minn sussidji oħra fuq il-produzzjoni (D.39) li huma użu ta’ S.13, nieqes it-trasferimenti kurrenti li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lill-gvern [1B.10], miżjuda bid-dħul nett mill-baġit tal-UE [1B.14], jekk pożittiv.

19.

Dħul kurrenti ieħor li huwa imgħax li jrid jiġi rċevut [1A.19] hija ugwali għal imgħax (D.41) imniżżel fost ir-riżorsi ta’ S.13 u użu tas-setturi kollha għajr S.13.

20.

Bejgħ [1A.20] hija ugwali għall-produttività tas-suq (P.11), miżjuda bil-produttività għal użu finali proprju (P.12), miżjuda b’pagamenti minn produttività oħra mhux tas-suq (P.131) imniżżel fost ir-riżorsi ta’ S.13.

21.

Ħruġ kurrenti [1A.21] hija ugwali għal trasferimenti kurrenti [1A.22], miżjuda bl-imgħax li jrid jitħallas [1A.26], miżjuda bil-kumpens tal-impjegati [1A.27], miżjuda bil-konsum intermedju [1A.29].

22.

Trasferimenti kurrenti [1A.22] hija ugwali għal pagamenti soċjali [1A.23], miżjuda b’sussidji [1A.24], miżjuda bi trasferimenti kurrenti oħra li jridu jitħallsu [1A.25].

23.

Pagamenti soċjali [1A.23] hija ugwali għal benefiċċji soċjali għajr trasferimenti soċjali mhux fi flus (D.62), miżjuda bi trasferimenti soċjali mhux fi flus relatati mal-infiq fuq prodotti fornuti lid-djar permezz ta’ produtturi tas-suq (D.6311+D.63121+D.63131) irreġistrati fost utenti ta’ S.13, miżjuda bi trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) irreġistrati fost użu ta’ S.13 u riżorsi ta’ S.15.

24.

Sussidji li jridu jitħallsu [1A.24] hija ugwali għal sussidji (D.3) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13, miżjuda bis-sussidji li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE [1B.9] lil residenti nazzjonali.

25.

Trasferimenti kurrenti oħra li jridu jitħallsu [1A.25] hija ugwali għal taxxi kurrenti fuq id-dħul u fuq il-ġid, eċċ. (D.5), taxxi oħra fuq il-produzzjoni (D.29), dħul minn proprjetà (D.4) minbarra imgħax (D.41), primjums ta’ assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja (D.71), kooperazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74) irreġistrata fost utenti ta’ S.13, u trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) irreġistrati fost utenti ta’ S.13 u riżorsi tas-setturi kollha għajr S.15, nieqes it-trasferimenti kurrenti (D.74 u D.75) li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit tal-UE [1B.4 u 1B.5], nieqes id-dħul nett mill-baġit tal-UE [1B.14] jekk negattiv.

26.

Imgħax li jrid jitħallas [1A.26] hija ugwali għal imgħax (D.41) irreġistrat fost użu ta’ S.13 u riżorsi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

27.

Kumpens tal-impjegati [1A.27] hija ugwali għall-kumpens tal-impjegati (D.1) irreġistrat fost użu ta’ S.13.

28.

Kumpens tal-impjegati li huwa pagi u salarji [1A.28] hija ugwali għal pagi u salarji (D.11) irreġistrat fost użu ta’ S.13.

29.

Konsum intermedju [1A.29] hija ugwali għal konsum intermedju (P.2) irreġistrat fost użu ta’ S.13.

30.

Tfaddil gross [1A.30] hija ugwali għal dħul kurrenti [1A.9], nieqes il-ħruġ kurrenti [1A.21].

31.

Dħul kapitali [1A.31] hija ugwali għal trasferimenti kapitali li jridu jiġu rċevuti (D.9) irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13, u rreġistrat bħala trasferiment kapitali li jrid jitħallas mis-setturi kollha għajr S.13, nieqes trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lill-gvern [1B.12].

32.

Dħul kapitali li huwa taxxi kapitali [1A.32] hija ugwali għal taxxi kapitali (D.91) irreġistrati fost il-bidliet fil-passivi u fil-valur nett ta’ S.13.

33.

Infiq kapitali [1A.33] hija ugwali għal investiment [1A.34], miżjuda b’akkwisti netti oħra ta’ assi mhux finanzjarji [1A.35], miżjuda bi trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu [1A.36].

34.

Investiment [1A.34] hija ugwali għal formazzjoni ta’ kapital fiss gross (P.51) irreġistrat fost bidliet fl-assi ta’ S.13.

35.

Akkwisti netti oħra ta’ assi mhux finanzjarji [1A.35] hija ugwali għaż-żjieda fl-inventarji (P.52), akkwist nett ta’ oġġetti ta’ valur (P.53), u akkwist nett ta’ assi mhux prodotti, mhux finanzjarji (K.2) irreġistrati fost bidliet fl-assi ta’ S.13.

36.

Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu [1A.36] hija ugwali għal trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu (D.9) irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13, u rreġistrati bħala trasferiment kapitali li jrid jiġi rċevut mis-setturi kollha għajr S.13, miżjuda bi trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lill-unitajiet mhux governattivi [1B.13], nieqes trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit tal-UE [1B.7].

37.

Defiċit (-) jew bilanċ (+) tal-EDP (proċedura ta’ defiċit eċċessiv) [1A.37] hija ugwali għal tislif nett (+)/self nett (-) tal-EDP (EDPB.9) ta’ S.13.

38.

Imgħax fuq l-EDP li jrid jitħallas [1A.38] hija ugwali għal imgħax fuq l-EDP (EDPD.41) irreġistrat fost użu ta’ S.13 u r-riżorsi tas-setturi kollha għajr S.13.

39.

Dħul mill-bejgħ ta’ liċenzji tas-sistemi universali tat-telekomunikazzjoni bil-mobile (UMTS) [1A.39] hija ugwali għad-dħul li ġej mill-bejgħ tat-tielet ġenerazzjoni ta’ liċenzji ta’ mobile phones, irreġistrat bħala tneħħija ta’ assi mhux finanzjarju skont deċizjoni tal-Eurostat dwar l-allokazzjoni ta’ liċenzji tal-mobile phones.

40.

Kontribuzzjonijiet soċjali attwali [1A.40] hija ugwali għal kontribuzzjonijiet soċjali attwali (D.611) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13.

41.

Benefiċċji soċjali għajr trasferimenti soċjali mhux fi flus [1A.41] hija ugwali għal benefiċċji soċjali għajr trasferimenti soċjali mhux fi flus (D.62) irreġistrati fost użu ta’ S.13.

42.

Prodott gross domestiku [1A.42] hija ugwali għal prodott gross domestiku (B.1*g) fil-prezzijiet tas-suq.

43.

Prodott gross domestiku bi prezzijiet kostanti [1A.43] hija ugwali għal prodott gross domestiku (B.1*g) bi prezzijiet kostanti.

44.

Investiment tal-gvern bi prezzijiet kostanti [1A.44] hija ugwali għall-formazzjoni ta’ kapital fiss gross (P.51), irreġistrat fost bidliet fl-assi ta’ S.13, bi prezzijiet kostanti.

Tabella 1B

1.

Ħlasijiet minn Stat Membru lill-baġit tal-UE [1B.1] hija ugwali għal taxxi indiretti li jridu jiġu rċevuti mill-baġit tal-UE miżjuda bil-kooperazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74) li trid titħallas mill-gvern lill-baġit tal-UE [1B.4] miżjuda bi trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit tal-UE [1B.5] miżjuda bi trasferimenti kapitali (D.9) li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit tal-UE [1B.7].

2.

Taxxi indiretti li jridu jiġu rċevuti mill-baġit tal-UE [1B.2] hija ugwali għal taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet (D.2) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.212.

3.

Taxxi indiretti li huma VAT irċevuta mill-baġit tal-UE [1B.3] hija ugwali għal taxxi tat-tip fuq il-valur miżjud (D.211) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.212.

4.

Kooperazzjoni internazzjonali kurrenti li trid titħallas mill-gvern lill-baġit tal-UE [1B.4] hija ugwali għal kooperazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74) imniżżla fost ir-riżorsi ta’ S.212 u użu ta’ S.13.

5.

Trasferimenti kurrenti mixxellanji li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit tal-UE [1B.5] hija ugwali għal trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.212 u użu ta’ S.13.

6.

Trasferimenti kurrenti mixxellanji li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit tal-UE li huma r-raba’ riżors proprju tal-UE [1B.6] hija ugwali għall-prodott gross nazzjonali (PGN) għar-raba’ riżors proprju bbażat fuq il-PGN (ESA 95 paragrafu 4 138) irreġistrat bħala trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) fost riżorsi ta’ S.212 u użu ta’ S.13.

7.

Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit tal-UE [1B.7] hija ugwali għal trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu (D.9) irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u rreġistrati bħala trasferiment kapitali li jrid jiġi rċevut minn S.212.

8.

Infiq tal-UE fi Stat Membru [1B.8] hija ugwali għal sussidji (D.3) li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE [1B.9], miżjuda bi trasferimenti kurrenti (D.7) li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lill-gvern [1B.10], miżjuda bi trasferimenti kurrenti (D.7) li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lil unitajiet mhux governattivi [1B.11], miżjuda bi trasferimenti kapitali (D.9) li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lill-gvern [1B.12], miżjuda bi trasferimenti kapitali (D.9) li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lil unitajiet mhux governattivi [1B.13].

9.

Sussidji li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE [1B.9] hija ugwali għal sussidji (D.3) irreġistrati fost ir-riżorsi ta’ S.212.

10.

Trasferimenti kurrenti li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lill-gvern [1B.10] hija ugwali għal kooperazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74) u trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13 u użu ta’ S.212.

11.

Trasferimenti kurrenti li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lil unitajiet mhux governattivi [1B.11] hija ugwali għal trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) irreġistrati fost użu ta’ S.212 u riżorsi tas-setturi kollha għajr S.13.

12.

Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lill-gvern [1B.12] hija ugwali għal trasferimenti kapitali li jridu jiġu rċevuti (D.9) irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u fost bidliet fl-assi ta’ S.212.

13.

Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lil unitajiet mhux governattivi [1B.13] hija ugwali għal trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu (D.9) irreġistrati fost bidliet fl-assi ta’ S.212 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr S.13.

14.

Dħul nett mill-baġit tal-UE [1B.14] hija ugwali għad-dħul nett tal-gvern mill-baġit tal-UE miżjuda bid-dħul nett ta’ unitajiet mhux governattivi mill-baġit tal-UE.

15.

Spejjeż tal-ġbir tar-riżorsi proprji [1B.15] huma dik il-parti tal-produttività tas-suq (P.11) imniżżla fost ir-riżorsi ta’ S.13 jiġifieri l-ispejjeż tal-ġbir tar-riżorsi proprji imħallsa mill-baġit tal-UE.

Tabella 1Ċ

1.

Infiq fuq il-konsum finali [1Ċ.1] hija ugwali għall-infiq fuq il-konsum finali (P.3) irreġistrat fost użu ta’ S.13.

2.

Infiq fuq il-konsum individwali [1Ċ.2] hija ugwali għall-infiq fuq il-konsum individwali (P.31) irreġistrat fost użu ta’ S.13.

3.

Infiq tal-konsum kollettiv [1Ċ.3] hija ugwali għall-infiq tal-konsum kollettiv (P.32) irreġistrat fost użu ta’ S.13.

4.

Kumpens tal-impjegati [1Ċ.4] hija ugwali għal [1A.27].

5.

Konsum intermedju [1Ċ.5] hija ugwali għal [1A.29].

6.

Trasferimenti soċjali mhux fi flus fornuti permezz ta’ produtturi tas-suq [1Ċ.6] hija ugwali għal trasferimenti soċjali mhux fi flus relatati mal-infiq fuq prodotti fornuti lid-djar permezz ta’ produtturi tas-suq (D.6311+D.63121+D.63131) irreġistrati fost użu ta’ S.13.

7.

Konsum ta’ kapital fiss [1Ċ.7] hija ugwali għall-konsum ta’ kapital fiss (K.1) irreġistrat fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13.

8.

Taxxi fuq il-produzzjoni mħallsa nieqes is-sussidji rċevuti [1Ċ.8] hija ugwali għal ħlasijiet ta’ taxxi oħra fuq il-produzzjoni (D.29) irreġistrati fost użu ta’ S.13, nieqes id-dħul minn sussidji oħra fuq il-produzzjoni (D.39) rreġistrati fost l-użu ta’ S.13.

9.

Bilanċ nett tat-tħaddim [1Ċ.9] hija ugwali għal bilanċ tat-tħaddim nett (B.2n) ta’ S.13.

10.

Bejgħ [1Ċ.10] hija ugwali għal [1A.20].

11.

Infiq fuq il-konsum finali bi prezzijiet kostanti [1Ċ.11] hija ugwali għal infiq fuq il-konsum finali (P.3) irreġistrat fost użu ta’ S.13 bi prezzijiet kostanti.

Tabella 2A

1.

Defiċit (-) jew bilanċ (+) [2A.1] hija ugwali għal [1A.1].

2.

Aġġustament bejn kontijiet finanzjarji u mhux finanzjarji [2A.2] hija ugwali għal defiċit (-) jew bilanċ (+) [2A.1], nieqes transazzjonijiet netti f’assi u passivi finanzjarji [2A.3].

3.

Transazzjonijiet netti f’assi u passivi finanzjarji [2A.3] hija ugwali għal transazzjonijiet fl-akkwist nett ta’ assi finanzjarji [2A.4], nieqes it-tiġrib ta’ transazzjonijiet f’passivi [2A.15].

4.

Transazzjonijiet f’assi finanzjarji [2A.4] hija ugwali għal transazzjonijiet f’valuti u depożiti (F.2) [2A.5], transazzjonijiet f’titoli mhux ishma (F.33) [2A.6], transazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji (F.34) [2A.7], transazzjonijiet f’self (F.4) [2A.8], transazzjonijiet f’ishma u ishma azzjonarji oħra (F.5) [2A.9] u transazzjonijiet f’assi finanzjarji oħra [2A.13], irreġistrati fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr S.13.

5.

Transazzjonijiet f’valuti u depożiti (assi) [2A.5] hija ugwali għall-akkwist nett tal-valuti u depożiti (F.2) irreġistrati fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr S.13.

6.

Transazzjonijiet f’titoli mhux ishma – titoli (assi) fuq perjodu ta’ żmien qasir u fuq perjodu ta’ żmien twil [2A.6] hija ugwali għall-akkwist nett ta’ titoli mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (F.33), irreġistrati fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr S.13.

7.

Transazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji (assi) [2A.7] hija ugwali għall-ħlasijiet netti fir-rigward tad-derivattivi finanzjarji (F.34), irreġistrati fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

8.

Transazzjonijiet f’self (assi) [2A.8] hija ugwali għal self ġdid (F.4) mogħti mill-gvern, nett minn ħlasijiet lura lill-gvern, irreġistrati fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

9.

Transazzjonijiet f’ishma u f’ishma azzjonarji oħra (assi) [2A.9] hija ugwali għall-akkwist nett u ishma azzjonarji oħra (F.5) irreġistrati fost bidliet fl-assi ta’ S.13.

10.

Privatizzazzjoni (netta) [2A.10] hija ugwali għal transazzjonijiet f’ishma u f’ishma azzjonarji oħra (F.5) rreġistrata fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.11 jew S.12 li huma mwettqa fil-proċess ta’ ċediment jew akkwist tal-kontroll (ESA 95 paragrafu 2.26) (3) tal-unità tad-debitur minn S.13; transazzjonijiet bħal dawn jistgħu jsiru minn S.13 direttament mal-unità tad-debitur, jew ma’ unità oħra ta’ kreditu.

11.

Injezzjonijiet ta’ ishma azzjonarji (netti) [2A.11] hija ugwali għal transazzjonijiet f’ishma u f’ishma azzjonarji oħra (F.5) irreġistrati fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.11 jew S.12 li mhumiex imwettqa fil-proċess ta’ ċediment jew ta’ akkwist tal-kontroll tal-unità tad-debitur minn S.13 u huma mwettqa direttament minn S.13 flimkien mal-unità tad-debitur.

12.

Oħrajn [2A.12] hija ugwali għal transazzjonijiet f’ishma u f’ishma azzjonarji oħra (F.5) irreġistrati fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.11, S.12 jew S.14 li mhumiex imwettqa fil-proċess ta’ ċediment jew akkwist ta’ kontroll tal-unità ta’ debitur minn S.13 u mhux imwettqa direttament minn S.13 mal-unità tad-debitur, iżda ma’ unità kreditriċi oħra.

13.

Transazzjonijiet f’assi finanzjarji oħra [2A.13] hija ugwali għall-akkwist nett ta’ deheb monetarju u ta’ drittijiet speċjali ta’ ġbid (F.1) irreġistrati fost bidliet fl-assi ta’ S.13, l-akkwist nett ta’ riservi tekniċi tal-assigurazzjoni (F.6) u kontijiet oħra li jridu jiġu rċevuti (F.7) irreġistrati fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

14.

Transazzjonijiet f’assi finanzjarji oħra li huma taxxi dovuti nieqes id-dħul minn taxxi f’kontanti [2A.14] hija ugwali għal dik il-parti ta’ kontijiet oħra li trid tiġi rċevuta/li għad trid titħallas (F.7 assi) li għandha x’taqsam mat-taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali rreġistrati f’D2, D5, D6 u D91, nieqes l-ammonti ta’ taxxi fil-fatt miġbura, rreġistrati fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

15.

Transazzjonijiet f’passivi (konsolidati) [2A.15] hija ugwali għal transazzjonijiet f’valuta u depożiti (F.2) [2A.16], transazzjonijiet f’titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir (F.331) [2A.17], transazzjonijiet f’titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil (F.332) [2A.18], transazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji (F.34) [2A.19], transazzjonijiet f’self (F.4) [2A.20] u transazzjonijiet f’passivi oħra [2A.22], rreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

16.

Transazzjonijiet f’valuta u depożiti (passivi) [2A.16] hija ugwali għall-akkwist nett ta’ valuti u depożiti (F.2) irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

17.

Transazzjonijiet f’titoli mhux ishma – titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir (passivi) [2A.17] hija ugwali għall-akkwist ta’ titoli mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji, li l-maturità oriġinali tagħhom hija sena jew inqas (F.331), irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

18.

Transazzjonijiet f’titoli mhux ishma – titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil (passivi) [2A.18] hija ugwali għall-akkwist nett ta’ titoli mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji, li l-maturità oriġinali tagħhom hija ta’ aktar minn sena (F.332), irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

19.

Transazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji (passivi) [2A.19] hija ugwali għal dħul nett fir-rigward ta’ derivattivi finanzjarji (F.34) irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

20.

Transazzjonijiet f’self (passivi) [2A.20] hija ugwali għal self ġdid (F.4) misluf, nett mill-pagamenti ta’ self eżistenti, irreġistrat fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

21.

Transazzjonijiet f’self li huma self minn bank ċentrali [2A.21] hija ugwali għal transazzjonijiet f’self (F.4) irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi ta’ S.121.

22.

Transazzjonijiet f’passivi oħra [2A.22] hija ugwali għat-tiġrib nett ta’ passivi fir-riservi tekniċi tal-assigurazzjoni (F.6) u kontijiet li għad iridu jitħallsu (F.7) irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

23.

Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn (konsolidati) [2A.23] hija ugwali għat-tiġrib nett ta’ passivi f’valuti u depożiti (F.2) [2A.16], titoli mhux ishma għajr derivattivi, [2A.17 u 2A.18] (F.33), u self (F.4) [2A.20]. Hija msejħa wkoll ħtieġa ta’ self tal-gvern ġenerali (GGBR).

24.

Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn fuq perjodu ta’ żmien fit-tul [2A.24] hija ugwali għat-tiġrib nett ta’ passivi fi strumenti ta’ dejn [2A.23] li l-maturità oriġinali tagħhom hija ta’ aktar minn sena.

25.

Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn denominati fil-valuta nazzjonali [2A.25] hija ugwali għat-tiġrib nett ta’ passivi fi strumenti ta’ dejn [2A.23] denominati fil-valuta legali tal-Istat Membru.

26.

Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn denominati fil-valuta barranija parteċipanti [2A.26] hija ugwali għat-tiġrib nett ta’ passivi fi strumenti ta’ dejn [2A.23] denominati f’ecu, miżjuda bi strumenti ta’ dejn denominati f’euro qabel ma l-Istat Membru adotta l-euro, miżjuda bi strumenti ta’ dejn denominati fil-valuta legali tal-Istat Membru parteċipant qabel ma sar Stat Membru parteċipant. Teskludi valuta nazzjonali [2A.25].

27.

Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn denominati f’valuta barranija mhux parteċipanti [2A.27] hija ugwali għat-tiġrib nett ta’ passivi fi strumenti ta’ dejn [2A.23] mhux inklużi fi [2A.25] jew [2A.26].

28.

Ċirkolazzjonijiet oħra [2A.28] hija ugwali għal effetti ta’ valutazzjoni fuq id-dejn [2A.29] flimkien ma’ bidliet oħra fil-volum ta’ dejn [2A.32].

29.

Effetti ta’ valutazzjoni fuq id-dejn [2A.29] hija ugwali għal profitti u telf fuq ishma fil-kambju [2A.30], miżjuda b’effetti ta’ valutazzjoni oħra – valur apparenti [2A.31].

30.

Profitti u telf fuq ishma fil-kambju [2A.30] hija ugwali għal profitti/telf fuq ishma nominali (K.11) ta’ dejn [3A.1] li jaqilbu l-valur meta maqlubin fil-valuta nazzjonali minħabba bidliet fir-rati ta’ kambju.

31.

Effetti ta’ valutazzjoni oħra – valur apparenti [2A.31] hija ugwali għal bidla fid-dejn [2A.33], nieqes transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn [2A.23], nieqes profitti u telf fuq ishma fil-kambju [2A.30], nieqes bidliet oħra fil-volum ta’ dejn [2A.32].

32.

Bidliet oħra fil-volum ta’ dejn [2A.32] hija ugwali għal bidliet oħra fil-volum (K.7, K.8, K.10 u K.12) f’passivi kklassifikati jew f’valuta u depożiti (AF.2), titoli mhux ishma għajr derivattivi finanzjarji (AF.33), jew self (AF.4), li mhumiex assi ta’ S.13.

33.

Bdil fid-dejn [2A.33] hija ugwali għal dejn [3A.1] fis-sena t, nieqes dejn [3A.1] fis-sena t-1.

Tabella 2B

1.

Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn – mhux konsolidati [2B.1] hija ugwali għal transazzjonijiet f’valuti u f’depożiti (passivi) – mhux konsolidati [2B.2], miżjuda bi transazzjonijiet f’titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir (passivi) – mhux konsolidati [2B.3], transazzjonijiet f’titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil (passivi) – mhux konsolidati [2B.4], miżjuda bi transazzjonijiet f’self mill-bank ċentrali [2B.5], miżjuda bi transazzjonijiet oħra f’self ieħor (passivi) – mhux konsolidati [2B.6].

2.

Transazzjonijiet f’valuti u f’depożiti (passivi) – mhux konsolidati [2B.2] hija ugwali għal transazzjonijiet f’valuti u f’depożiti (F.2) irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13.

3.

Transazzjonijiet f’titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir (passivi) – mhux konsolidati [2B.3] hija ugwali għal transazzjonijiet f’titoli mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (F.33), li l-maturità originali tagħhom hija sena jew inqas, irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13.

4.

Transazzjonijiet f’titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil (passivi) – mhux konsolidati [2B.4] hija ugwali għal transazzjonijiet f’titoli mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (F.33), li l-maturità originali tagħhom hija ta’ aktar minn sena, irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13.

5.

Transazzjonijiet f’self minn bank ċentrali [2B.5] hija ugwali għal transazzjonijiet f’self (F.4) irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi ta’ S.121.

6.

Transazzjonijiet f’self ieħor (passivi) – mhux konsolidati [2B.6] hija ugwali għal transazzjonijiet f’self (F.4) irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi tas-setturi kollha għajr S.121.

7.

Transazzjonijiet konsolidattivi [2B.7] hija ugwali għal transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn – mhux konsolidati [2B.1], nieqes transazzjonijiet konsolidati fi strumenti ta’ dejn [2A.23].

8.

Transazzjonijiet konsolidattivi – valuta u depożiti [2B.8] hija ugwali għal transazzjonijiet f’valuti u f’depożiti (passivi) – mhux konsolidati [2B.2], nieqes transazzjonijiet konsolidati f’valuti u f’depożiti (passivi) [2A.16].

9.

Transazzjonijiet konsolidattivi – titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir [2B.9] hija ugwali għal transazzjonijiet f’titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir (passivi) – mhux konsolidati [2B.3], nieqes transazzjonijiet konsolidati f’titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir (passivi) [2A.17].

10.

Transazzjonijiet konsolidattivi – titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil [2B.10] hija ugwali għal transazzjonijiet f’titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil (passivi) – mhux konsolidati [2B.4], nieqes transazzjonijiet konsolidati f’titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil (passivi) [2A.18].

11.

Transazzjonijiet konsolidattivi – self [2B.11] hija ugwali għal transazzjonijiet f’self ieħor (passivi) – mhux konsolidati [2B.6], nieqes transazzjonijiet konsolidati f’self (passivi) [2A.20], nieqes transazzjonijiet f’self minn bank ċentrali [2A.21].

Tabella 3A

1.

Dejn [3A.1] hija ugwali għal dejn kif definit fir-Regolament (KE) Nru 3605/93.

2.

Dejn – valuti u depożiti (passivi) [3A.2] hija ugwali għal dik il-parti ta’ dejn [3A.1] fl-istrument valuti u depożiti (AF.2).

3.

Dejn – titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir (passivi) [3A.3] hija ugwali għal dik il-parti ta’ dejn [3A.1] fl-istrument titoli mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (AF.33), li l-maturità originali tagħhom hija sena jew inqas.

4.

Dejn – titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil (passivi) [3A.4] hija ugwali għal dik il-parti ta’ dejn [3A.1] fl-istrument titoli mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (AF.33), li l-maturità oriġinali tagħhom hija aktar minn sena.

5.

Dejn – self minn bank ċentrali (passivi) [3A.5] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] fl-istrument self (AF.4) li huwa assi ta’ S.121.

6.

Dejn – self ieħor (passivi) [3A.6] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] fl-istrument self (AF.4) li mhuwiex assi ta’ S.121.

7.

Dejn miżmum minn residenti tal-Istat Membru [3A.7] hija ugwali għal dejn miżmum minn bank ċentrali [3A.8], dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħra [3A.9], dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra [3A.10] u dejn miżmum minn residenti oħra tal-Istat Membru [3A.11].

8.

Dejn miżmum minn bank ċentrali [3A.8] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1], li hija assi ta’ S.121.

9.

Dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħra [3A.9] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1], li hija assi ta’ S.122.

10.

Dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra [3A.10] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1], li hija assi ta’ S.123, S.124 jew S.125.

11.

Dejn miżmum minn residenti oħra tal-Istat Membru [3A.11] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1], li hija assi ta’ S.11, S.14 jew S.15.

12.

Dejn miżmum minn mhux-residenti tal-Istat Membru [3A.12] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1], li hija assi ta’ S.2.

13.

Dejn denominat f’valuta nazzjonali [3A.13] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] denominata fil-valuta legali tal-Istat Membru.

14.

Dejn denominat f’valuta barranija parteċipanti [3A.14] hija ugwali – qabel ma l-Istat Membru jsir Stat Membru parteċipanti – għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] denominata fil-valuta legali ta’ wieħed mill-Istati Membri parteċipanti (għajr il-valuta nazzjonali [3A.13]), miżjuda b’dejn denominat f’ecu jew f’euro.

15.

Dejn denominat f’valuta barranija mhux parteċipanti [3A.15] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] mhux inkluza fi [3A.13] jew [3A0.14].

16.

Dejn fuq perjodu ta’ żmien qasir [3A.16] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] li l-maturità originali tagħha hija sena jew inqas.

17.

Dejn fuq perjodu ta’ żmien twil [3A.17] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] li l-maturità originali tagħha hija aktar minn sena.

18.

Dejn fuq perjodu ta’ żmien twil, li għandu rata ta’ imgħax varjabbli [3A.18] hija ugwali għal dik il-parti ta’ dejn fuq perjodu ta’ żmien twil [3A.17] li r-rata ta’ imgħax tiegħu hija varjabbli.

19.

Dejn b’maturità residwa sa sena [3A.19] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] b’maturità residwa ta’ sena jew inqas.

20.

Dejn b’maturità residwa ta’ aktar minn sena sa ħames snin [3A.20] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] b’maturità residwa ta’ aktar minn sena sa ħames snin.

21.

Dejn b’maturità residwa ta’ aktar minn sena sa ħames snin li r-rata ta’ imgħax varjabbli tiegħu [3A.21] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] b’maturità residwa ta’ aktar minn sena sa ħames snin [3A.20] li r-rata ta’ imgħax tiegħu hija varjabbli.

22.

Dejn b’maturità residwa fuq ħames snin [3A.22] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] b’maturità residwa fuq ħames snin.

23.

Dejn b’maturità residwa fuq ħames snin li għandu rata ta’ imgħax varjabbli [3A.23] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn b’maturità residwa fuq ħames snin [3A.22] li r-rata ta’ imgħax tiegħu hija varjabbli.

24.

Komponent ta’ dejn tal-gvern ċentrali [3A.24] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1311, li mhumiex assi ta’ S.1311, nieqes l-assi ta’ S.1311 li huma passivi ta’ S.13 għajr S.1311 [3B.15].

25.

Komponent ta’ dejn tal-gvern statali [3A.25] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1312, li mhumiex assi ta’ S.1312, nieqes l-assi ta’ S.1312 li huma passivi ta’ S.13 għajr S.1312 [3B.16].

26.

Komponent ta’ dejn tal-gvern lokali [3A.26] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1313, li mhumiex assi ta’ S.1313, nieqes l-assi ta’ S.1313 li huma passivi ta’ S.13 għajr S.1313 [3B.17].

27.

Komponent ta’ dejn tas-sigurtà soċjali [3A.27] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1314, li mhumiex assi ta’ S.1314, nieqes l-assi ta’ S.1314 li huma passivi ta’ S.13 għajr S.1314 [3B.18].

28.

Maturità residwa medja ta’ dejn [3A.28] hija ugwali għall-maturità residwa medja peżata bl-ammonti pendenti, imfissra fi snin.

29.

Dejn – bonds ta’ bla kupun [3A.29] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] fil-għamla ta’ bonds ta’ bla kupun, jiġifieri bonds mingħajr ħlasijiet ta’ kupuni, li l-imgħax tagħhom huwa bbażat fuq id-differenza bejn il-prezzijiet tal-fidi u tal-ħruġ.

Tabella 3B

1.

Dejn – mhux konsolidat [3B.1] hija ugwali għall-passivi ta’ S.13, inkluż dawk li huma assi ta’ S.13, fl-istess strumenti bħal tad-dejn [3A.1].

2.

Elementi konsolidattivi [3B.2] hija ugwali għall-passivi ta’ S.13 li simultanjament huma assi ta’ S.13, fl-istess strumenti bħal tad-dejn [3A.1].

3.

Elementi konsolidattivi – valuta u depożiti [3B.3] hija ugwali għal dik il-parti ta’ elementi konsolidattivi [3B.2] fl-istrument valuta u depożiti (F.2).

4.

Elementi konsolidattivi – titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir [3B.4] hija ugwali għal dik il-parti ta’ elementi konsolidattivi [3B.2] fl-istrument titoli (ta’ sigurtà) mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (F.33), li l-maturità originali tagħhom hija sena jew inqas.

5.

Elementi konsolidattivi – titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil [3B.5] hija ugwali għal dik il-parti ta’ elementi konsolidattivi [3B.2] fl-istrument titoli (ta’ sigurtà) mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (F.33), li l-maturità oriġinali tagħhom hija aktar minn sena.

6.

Elementi konsolidattivi – self [3B.6] hija ugwali għal dik il-parti ta’ elementi konsolidattivi [3B.2] fl-istrument self (F.4).

7.

Dejn maħruġ mill-gvern ċentrali [3B.7] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1311, li mhumiex assi ta’ S.1311, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

8.

Dejn maħruġ mill-gvern ċentrali li huwa miżmum minn sub-setturi oħra tal-gvern [3B.8] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1311 li huma assi ta’ S.1312, S.1313 jew S.1314, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

9.

Dejn maħruġ mill-gvern statali [3B.9] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1312, li mhumiex assi ta’ S.1312, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

10.

Dejn maħruġ mill-gvern statali li huwa miżmum minn sub-setturi oħra tal-gvern [3B.10] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1312 li huma assi ta’ S.1311, S.1313 jew S.1314, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

11.

Dejn maħruġ mill-gvern lokali [3B.11] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1313, li mhumiex assi ta’ S.1313, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

12.

Dejn maħruġ mill-gvern lokali li huwa miżmum minn sub-setturi oħra tal-gvern [3B.12] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1313 li huma assi ta’ S.1311, S.1312 jew S.1314, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

13.

Dejn maħruġ mill-fondi tas-sigurtà soċjali [3B.13] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1314, li mhumiex assi ta’ S.1314, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

14.

Dejn maħruġ mill-fondi tas-sigurtà soċjali li huwa miżmum minn sub-setturi oħra tal-gvern [3B.14] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1314 li huma assi ta’ S.1311, S.1312 jew S.1313, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

15.

Pussess mill-gvern ċentrali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’sub-setturi oħra tal-gvern [3B.15] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1312, S.1313 jew S.1314 li huma assi ta’ S.1311, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

16.

Pussess mill-gvern statali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’sub-setturi oħra tal-gvern [3B.16] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1311, S.1313 jew S.1314 li huma assi ta’ S.1312, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

17.

Pussess mill-gvern lokali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’sub-setturi oħra tal-gvern [3B.17] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1311, S.1312 jew S.1314 li huma assi ta’ S.1313, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

18.

Pussess mis-sigurtà soċjali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’sub-setturi oħra tal-gvern [3B.18] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1311, S.1312 jew S.1313 li huma assi ta’ S.1314, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].”


(1)  ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7.

(2)  [x.y] tirreferi għan-numru tal-kategorija y tat-Tabella x.

(3)  Li jwasslu għall-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-unità tad-debitur mis-subsettur S.11001 jew S.12x01 għas-subsettur S.11002/3 jew S.12x02/3 jew viċe-versa.


Top