EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017O0028

Linja Gwida (UE) 2017/2082 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Settembru 2017 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2017/28)

OJ L 295, 14.11.2017, p. 97–114 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/03/2023; Impliċitament imħassar minn 32022O0912

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2017/2082/oj

14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/97


LINJA GWIDA (UE) 2017/2082 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-22 ta' Settembru 2017

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2017/28)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-9 ta' Ġunju 2016 il-Kunsill Governattiv approva l-armonizzazzjoni tar-rimunerazzjoni tal-fondi ta' garanzija tal-infrastrutturi tas-suq finanzjarju miżmuma mal-Eurosistema,

(2)

Mat-tlestija tal-pjan ta' migrazzjoni tat-TARGET2-Securities (T2S) f'Settembru 2017, il-mudell integrat użat fil-proċeduri ta' saldu rilevanti għal sistemi anċillari mhux se jibqa' jiġi offrut,

(3)

Sabiex tappoġġa l-ħolqien ta' soluzzjoni pan-Ewropea għal ħlasijiet instantanji, it-TARGET2 hija msaħħa bI proċedura ta' saldu ta' sistema anċillari ġdida (proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali),

(4)

Huwa meħtieġ li jiġu kkjarifikati ċerti aspetti tal-Linja Gwida BĊE/2012/27 (1),

(5)

Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2012/27 għandha tiġi emendata f'dan is-sens,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida BĊE/2012/27 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (31) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(31)

‘sistema anċillari’ tfisser sistema ġestita minn entità stabbilita fiż-ŻEE li hija suġġetta għal superviżjoni u/jew sorveljanza minn awtorità kompetenti u tikkonforma mar-rekwiżiti ta' sorveljanza għal-lokazzjoni ta' infrastrutturi li joffru servizzi f'euro, kif emendati minn żmien għal żmien u ppubblikati fuq il-websajt tal-BĊE (*1), li fiha jiġu skambjati u/jew ikklerjati ħlasijiet u/jew strumenti finanzjarji jew irrekordjati(a) bl-obbligi monetarji ssaldati fit-TARGET2 u/jew (b) fondi miżmuma fit-TARGET2 b'konformità ma' din il-Linja Gwida u ma' ftehim bilaterali bejn is-sistema anċillari u l-BĊ relevanti tal-Eurosistema;

(b)

Il-punt (74) li ġej huwa miżjud:

“(74)

‘Fondi ta' Garanzija’ tfisser fondi pprovduti minn parteċipanti f'sistema anċillari, li għandhom jintużaw fil-każ ta' nuqqas, għal kwalunkwe raġuni, min-naħa ta' parteċipant wieħed jew aktar li jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta' pagament fis-sistema anċillari.”;

2.

L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titolu huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“Remunerazzjoni ta' Fondi ta' Garanzija”;

(b)

il-paragrafu 1 huwa mħassar;

(c)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-Fondi ta' Garanzija għandhom jiġu rremunerati bir-rata tal-faċilità tad-depożitu.”;

3.

L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

“3a.   BĊ tal-Eurosistema li jkun issospenda l-parteċipazzjoni ta' parteċipant fis-sistema komponent tat-TARGET2 tiegħu skont il-paragrafu 1(a) għandu jipproċessa biss pagamenti minn dak il-parteċipant skont l-istruzzjonijiet tar-rappreżentanti tiegħu, inklużi dawk maħtura minn awtorità kompetenti jew qorti, bħall-amministratur tal-insolvenza tal-parteċipant, jew bis-saħħa tad-deċiżjoni infurzabbli ta' awtorità kompetenti jew qorti li tipprovdi struzzjonijiet dwar kif il-pagamenti għandhom jiġu pproċessati.”;

(b)

il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“4.   L-obbligi tal-BĊ tal-Eurosistema stipulati fil-paragrafi 1 sa 3a għandhom japplikaw ukoll f'każ ta' sospensjoni jew terminazzjoni tal-użu tal-ASI minn sistemi anċillari.”;

4.

L-Annessi II, IIa u V huma emendati skont l-Anness I ta' din il-Linja Gwida;

5.

L-Anness IV huwa mibdul bl-Anness II ta' din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u japplikawhom mit-13 ta' Novembru 2017. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-20 ta' Ottubru 2017.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta' Settembru 2017.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).

(*1)  Il-politika attwali tal-Eurosistema għal fejn jinsabu infrastrutturi hija stabbilita fid-dikjarazzjonijiet li ġejjin, li huma kollha ppubblikati fil-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu: (a) id-dikjarazzjoni tal-politika dwar sistemi ta' ħlas u saldu tal-euro li jinsabu barra ż-żona tal-euro tat-3 ta' Novembru 1998; (b) il-linja tal-politika tal-Eurosistema fir-rigward tal-konsolidazzjoni fl-ikklerjar tal-kontropartijiet ċentrali tas-27 ta' Settembru 2001; (c) il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema dwar fejn jinsabu u t-tħaddim ta' infrastrutturi għas-saldu ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas iddenominati f'euro tad-19 ta' Lulju 2007; (d) il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema dwar il-post u t-tħaddim ta' infrastrutturi għas-saldu ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas iddenominati f'euro: speċifikazzjoni ta' ‘sitwati legalment u operazzjonalment fiż-żona tal-euro’ tal-20 ta' Novembru 2008; (e) Il-politika tal-qafas ta' sorveljanza tal-Eurosistema ta' Lulju 2011, bla ħsara għas-sentenza tal-4 ta' Marzu 2015, Ir-Renju Unit vs Il-Bank Ċentrali Ewropew, T-496/11, ECLI:EU:T:2015:496.”;


ANNESS I

L-Annessi II, IIa u V tal-Linja Gwida BĊE/2012/27 huma emendati kif gej:

1.

L-Anness II huwa emendat kif gej:

(a)

fl-Artikolu 1, id-definizzjoni ta' “sistema anċillari” hija ssostitwita b'dan li ġej:

“‘sistema anċillari’ tfisser sistema ġestita minn entità stabbilita fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) li hija soġġetta għal superviżjoni u/jew sorveljanza minn awtorità kompetenti u tikkonforma mar-rekwiżiti ta' sorveljanza għal-lokazzjoni ta' infrastrutturi li joffru servizzi f'euro, kif emendati minn żmien għal żmien u ppubblikati fuq il-websajt tal-BĊE (*1), li fiha ħlasijiet u/jew strumenti finanzjarji jiġu skambjati u/jew ikklerjati jew irrekordjati (a) bl-obbligi monetarji ssaldati fit-TARGET2 u/jew (b) fondi miżmuma fit-TARGET2, b'konformità mal-Linja Gwida BĊE/2012/27 (*2) u ma' ftehim bilaterali bejn is-sistema anċillari u l-BĊ relevanti tal-Eurosistema;

(b)

L-Artikolu 34 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-paragrafu 6 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“6.   Jekk detentur ta' kont PM jiġi sospiż mit-TARGET2-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], għal raġunijiet li mhumiex dawk speċifikati fil-paragrafu 1(a), il-ħlasijiet kollha li jidħlulu u l-ordnijiet għall-ħlas kollha li joħorġu minnu għandhom jinħażnu u jiddaħħlu fl-entry disposition wara li jkunu ġew aċċettati espliċitament mill-BĊ tad-detentur ta' kont PM sospiż biss.”;

(ii)

il-paragrafu 7 li ġej huwa miżjud:

“7.   Jekk detentur ta' kont PM huwa sospiż mit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-pajjiż/BĊ] għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1(a), kull ordni ta' ħlas li toħroġ minn dak id-detentur ta' kont tal-PM għandha tkun ipproċessata biss fuq l-istruzzjonijiet tar-rappreżentanti tiegħu, inklużi dawk maħtura minn awtorità kompetenti jew qorti, bħall-amministratur tal-insolvenza tad-detentur ta' kont PM, jew bis-saħħa ta' deċiżjoni infurzabbli ta' awtorità kompetenti jew qorti li tipprovdi struzzjonijiet dwar kif il-pagamenti għandhom jiġu pproċessati. Il-ħlasijiet kollha li deħlin għandhom jiġu identifikati skont il-paragrafu 6.”;

(c)

L-Artikolu 38 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, il-parteċipant jaqbel li l-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista' jiżvela informazzjoni ta' ħlas, teknika jew organizzattiva rigward il-parteċipant, parteċipanti mill-istess grupp jew klijenti tal-parteċipant miksuba waqt l-operat tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] (a) BĊi oħra jew partijiet terzi li huma involuti fit-tħaddim tat-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], sakemm dan ikun meħtieġ għat-tħaddim effiċjenti tat-TARGET2 jew il-monitoraġġ ta' jew l-espożizzjoni tal-grupp tagħha; (b) BĊi oħra sabiex iwettqu l-analiżi meħtieġa għall-operazzjonijiet tas-suq, il-funzjonijiet tal-politika monetarja, l-istabbiltà finanzjarja jew l-integrazzjoni finanzjarja; jew (c) awtoritajiet superviżorji u ta' sorveljanza tal-Istati Membri u l-Unjoni, inklużi l-BĊi, sakemm dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti pubbliċi tagħhom, u sakemm l-iżvelar ma jkunx f'kunflitt mal-liġi applikabbli f'dawn il-każijiet kollha. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] m'għandux ikun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji u kummerċjali ta' dan l-iżvelar.”;

(ii)

il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 u sakemm dan ma jagħmilhiex possibbli, kemm jekk direttament kif ukoll indirettament, li jiġu identifikati l-parteċipant jew il-klijenti tal-parteċipant, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' juża, jiżvela jew jippubblika informazzjoni dwar ħlas li jirrigwarda lill-parteċipant jew lill-klijenti tal-parteċipant għal finijiet statistiċi, storiċi, xjentifiċi jew oħrajn fl-eżerċitar tal-funzjonijiet pubbliċi tagħhom jew ta' funzjonijiet ta' entitajiet pubbliċi oħra li lilhom tiġi żvelata l-informazzjoni.”;

(d)

fl-Appendiċi I, il-paragrafu 8(8)(c) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(c)

mill-kont PM sal-kont tekniku ġestit mis-sistema anċillari bl-użu tal-proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali; u”;

(e)

L-Appendiċi IV huwa emendat kif gej:

(i)

il-paragrafu 6(a) huwa mibdul b'li ġej:

“(a)

Jekk jidhirlu li jkun meħtieġ li jsir hekk, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jibda l-ipproċessar ta' kontinġenza ta' ordnijiet ta' ħlas fil-Modulu ta' Kontinġenza tal-SSP jew mezzi oħra. F'dawn il-każijiet, il-parteċipanti għandhom jingħataw biss livell ta' servizz minimu. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinforma lill-parteċipanti tiegħu bil-bidu tal-ipproċessar ta' kontinġenza permess ta' kull mezz disponibbli ta' komunikazzjoni.”;

(ii)

il-paragrafu 8(b) jinbidel b'li gej:

“(b)

Fil-każ ta' ħsara ta' [daħħal l-isem tal-BĊ], il-funzjonijiet tekniċi kollha tiegħu, jew xi wħud minnhom, fir-rigward tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] jistgħu jitwettqu minn BĊi oħra tal-Eurosistema jew mill-SSP.”

(f)

fl-Appendiċi V, it-tabella fil-paragrafu 3 hija mibdula b'li ġej:

“Ħin:

Deskrizzjoni

6.45-7.00

Pawża ta' negozju għall-preparazzjoni tal-operazzjonijiet ta' bi nhar (*3)

7.00-18.00

L-ipproċessar ta' bi nhar

17.00

Il-cut-off time għal ħlasijiet tal-klijenti (jiġifieri ħlasijiet meta l-oriġinatur u/jew il-benefiċjarju ta' xi ħlas mhuwiex parteċipant dirett jew indirett kif identifikat fis-sistema bl-użu ta' messaġġ MT 103 or MT 103+

18.00

Il-cut-off time għal ħlasijiet ta' bejn il-banek (interbank payments) jiġifieri ħlasijiet oħra minbarra dawk tal-klijenti

18.00-18.45 (*4)

Proċessar ta' tmiem il-jum

18.15 (*4)

Il-cut-off time ġenerali għall-użu ta' faċilitajiet permanenti

(Ftit wara)

18.30 (*5)

Id-dejta għall-aġġornament tas-sistemi ta' kontabilità hija disponibbli għall-BĊi

18.45-19.30 (*5)

L-ipproċessar tal-bidu tal-jum (jum ġdid tan-negozju)

19.00 (*5)-19.30 (*4)

Għoti ta' likwidità fil-kont PM

19.30 (*5)

Messaġġ “tal-bidu tal-proċedura” u saldu tal-ordnijiet permanenti biex tiġi ttrasferita l-likwidità mill-kontijiet PM għas-subkont(ijiet)/kont mera (saldu relatat mas-sistema anċillari)

19.30 (*5)-22.00

Eżekuzzjoni ta' trasferimenti ta' likwidità addizzjonali permezz tal-ICM għall-proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali; l-eżekuzzjoni ta' trasferimenti ta' likwidità addizzjonali permezz tal-ICM qabel ma s-sistema anċillari tibgħat il-messaġġi “bidu taċ-ċiklu” għall-proċedura ta' saldu 6 interfaced; perjodu ta' saldu ta' operazzjonijiet ta' sistemi anċillari ta' matul il-lejl (għall-proċedura ta' saldu ta' sistema anċillari ta' saldu 6 f'ħin reali u proċedura ta' saldu 6 interfaced biss)

22.00-1.00

Perijodu ta' manutenzjoni teknika

1.00-7.00

Proċedura ta' saldu ta' operazzjonijiet ta' sistema anċillari ta' matul il-lejl (għall-proċedura 6 ta' saldu ta' sistema anċillari f'ħin reali u proċedura ta' saldu 6 interfaced)

(g)

Fl-Appendiċi VI, il-paragrafu 14 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“14.

Fil-każ ta' parteċipanti diretti, japplikaw ir-regoli li ġejjin dwar il-ħruġ ta' fatturi. Il-parteċipant dirett (il-grupp AL jew maniġer ta' grupp CAI f'każ li jintużaw il-modi AL jew CAI) għandu jirċievi l-fatturi relevanti għax-xahar ta' qabel li jispeċifikaw it-tariffi li għandhom jitħallsu, sa mhux aktar tard mid-disa' jum tan-negozju tax-xahar ta' wara. Il-ħlas għandu jsir sa mhux aktar tard mill-14-il jum ta' xogħol lill-kont speċifikat minn [daħħal l-isem tal-BĊ] u għandu jiġi ddebitat mill-kont PM ta' dak il-parteċipant.”

2.

L-Anness IIa huwa emendat kif gej:

(a)

L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-paragrafu 6 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“6.   Jekk detentur ta' DCA jiġi sospiż mit-TARGET2-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], għal raġunijiet li mhumiex dawk speċifikati fil-paragrafu 1(a), il-ħlasijiet kollha li jidħlulu u l-ordnijiet għall-ħlas kollha li joħorġu minnu għandhom jiġu ppreżentati għas-saldu biss wara li jkunu ġew aċċettati espliċitament mill-BĊ tad-detentur tad-DCA.”;

(ii)

il-paragrafu 7 li ġej huwa miżjud:

“7.   Jekk detentur tad-DCA jiġi sospiż mit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1(a), kull ordni ta' ħlas li toħroġ minn dak id-detentur tad-DCA għandha tkun ipproċessata biss fuq struzzjonijiet tar-rappreżentati tiegħu, inkluż dawk maħtura minn awtorità kompetenti jew qorti, bħall-amministratur tal-insolvenza tad-detentur tad-DCA, jew skont deċiżjoni infurzabbli ta' awtorità kompetenti jew qorti li tipprovdi struzzjonijiet dwar kif għandhom jiġu pproċessati l-ħlasijiet. Il-ħlasijiet kollha li deħlin għandhom jiġu identifikati skont il-paragrafu 6.”;

(b)

L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, id-detentur tad-DCA jaqbel li l-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista' jiżvela ordni ta' ħlas, informazzjoni teknika jew organizzattiva rigward id-detentur tad-DCA, DCAs oħra miżmuma minn detenturi tad-DCA tal-istess grupp, jew il-klijenti tad-detentur tad-DCA miksuba fil-kors tat-tħaddim tat-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għal (a) BĊi oħra jew partijiet terzi li huma involuti fl-operat tat-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], sa fejn dan ikun meħtieġ għall-funzjonament effiċjenti tat-TARGET2, jew il-monitoraġġ tal-iskopertura tad-detentur tad-DCA jew tal-grupp tiegħu (b) BĊi oħra sabiex iwettqu l-analiżijiet meħtieġa għal operazzjonijiet tas-suq, funzjonijiet tal-politika monetarja, l-istabbiltà finanzjarja jew l-integrazzjoni finanzjarja jew (ċ) awtoritajiet superviżorji u ta' sorveljanza tal-Istati Membri u tal-Unjoni, inklużi l-BĊi, sal-punt li dan huwa meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti pubbliċi tagħhom, u sakemm f'dawn il-każijiet kollha l-iżvelar ma jkunx f'kunflitt mal-liġi applikabbli. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] m'għandux ikun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji u kummerċjali ta' dan l-iżvelar.”;

(ii)

il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 u sakemm dan ma jagħmilhiex possibbli, kemm jekk direttament kif ukoll indirettament, li jiġu identifikati d-detentur DCA jew il-klijenti tad-detentur DCA, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' juża, jiżvela jew jippubblika informazzjoni dwar ħlas li jirrigwarda lill-parteċipant jew lill-klijenti tal-parteċipant għal finijiet statistiċi, storiċi, xjentifiċi jew oħrajn fl-eżerċitar tal-funzjonijiet pubbliċi tagħhom jew ta' funzjonijiet ta' entitajiet pubbliċi oħra li lilhom tiġi żvelata l-informazzjoni.”

3.

L-Anness V huwa emendat skont kif ġej:

(i)

fl-Appendiċi IA, il-paragrafu 8(8)(c) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(c)

mill-kont PM sal-kont tekniku ġestit mis-sistema anċillari bl-użu tal-proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali.”

(ii)

Fl-Appendiċi IIA, il-paragrafu 4 huwa mibdul b'dan li ġej:

“4.

Fil-każ ta' parteċipanti diretti, japplikaw ir-regoli li ġejjin dwar il-ħruġ ta' fatturi. Il-parteċipant dirett għandu jirċievi l-fatturi relevanti għax-xahar ta' qabel li jispeċifikaw it-tariffi li għandhom jitħallsu, sa mhux aktar tard mid-disa' jum tan-negozju tax-xahar ta' wara. Il-ħlas għandu jsir sa mhux aktar tard mill-14-il jum ta' xogħol lill-kont speċifikat minn [daħħal l-isem tal-BĊ] u għandu jiġi ddebitat mill-kont PM ta' dak il-parteċipant.”


(*1)  Il-politika attwali tal-Eurosistema għal fejn jinsabu infrastrutturi hija stabbilita fid-dikjarazzjonijiet li ġejjin, li huma kollha ppubblikati fil-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu: (a) id-dikjarazzjoni tal-Politika dwar sistemi ta' ħlas u saldu tal-euro li jinsabu barra ż-żona tal-euro tat-3 ta' Novembru 1998; (b) Il-linja tal-politika tal-Eurosistema fir-rigward tal-konsolidazzjoni fl-ikklerjar tal-kontropartijiet ċentrali tas-27 ta' Settembru 2001; (c) Il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema dwar fejn jinsabu u t-tħaddim ta' infrastrutturi għas-saldu ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas iddenominati f'euro tad-19 ta' Lulju 2007; (d) Il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema dwar il-post u t-tħaddim ta' infrastrutturi għas-saldu ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas iddenominati f'euro: speċifikazzjoni ta' ‘sitwati legalment u operazzjonalment fiż-żona tal-euro’ tal-20 ta' Novembru 2008; (e) Il-politika tal-qafas ta' sorveljanza tal-Eurosistema ta' Lulju 2011, bla ħsara għas-sentenza tal-4 ta' Marzu 2015, Ir-Renju Unit vs Il-Bank Ċentrali Ewropew, T-496/11, ECLI:EU:T:2015:496.;

(*2)  Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).”;

(*3)  ‘Operazzjonijiet ta' bi nhar’ tfisser l-ipproċessar ta' bi nhar u l-ipproċessar ta' tmiem il-jum.

(*4)  Tispiċċa 15-il minuta aktar tard fl-aħħar jum tal-perijodu ta' manutenzjoni ta' riżerva tal-Eurosistema.

(*5)  Jibda 15-il minuta aktar tard fl-aħħar jum tal-perijodu ta' manutenzjoni ta' riżerva tal-Eurosistema.”


ANNESS II

L-Anness IV għal-Linja Gwida BĊE/2012/27 huwa sostitwit minn dan li ġej:

ANNESS IV

PROĊEDURI TA' SALDU GĦAL SISTEMI ANĊILLARI

1.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan l-Anness u b'riferenza għad-definizzjonijiet fl-Artikolu 2:

(1)

“struzzjoni ta' kreditu” tfisser struzzjoni ta' ħlas mogħtija minn AS u indirizzata lil ASCB biex jiġi ddebitat wieħed mill-kontijiet miżmuma u/jew immaniġġjati mill-AS fil-PM, u biex jiġi kkreditat kont PM jew subkont ta' bank tas-saldu bl-ammont speċifikat fih,

(2)

“struzzjoni ta' debitu” tfisser struzzjoni ta' ħlas indirizzata lil SCB u mibgħuta minn AS biex jiġi ddebitat kont PM jew subkont ta' bank tas-saldu bl-ammont speċifikat, fuq il-bażi ta' mandat ta' debitu, u biex jiġi kkreditat jew wieħed mill-kontijiet tal-sistema anċillari fil-PM, jew kont PM jew subkont ieħor tal-bank tas-saldu,

(3)

“struzzjoni ta' ħlas” jew “struzzjoni ta' ħlas sistema anċillari” tfisser struzzjoni ta' kreditu jew struzzjoni ta' debitu,

(4)

“bank ċentrali tas-sistema anċillari (ASCB)” tfisser BĊ tal-Eurosistema li miegħu s-sistema anċillari rilevanti għandha arranġament bilaterali għas-saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas fil-PM,

(5)

“bank ċentrali tas-saldu (SBC)” tfisser BĊ tal-Eurosistema li jkollu kont PM ta' bank tas-saldu,

(6)

“bank tas-saldu” tfisser parteċipant li l-kont PM jew subkont tiegħu jintuża għas-saldu ta' struzzjonijiet ta' pagament tas-sistema anċillari,

(7)

“Modulu ta' Informazzjoni u Kontroll (ICM)” tfisser il-modulu SSP li jħalli lil detenturi ta' kont PM jiksbu informazzjoni on-line u li jagħtihom il-possibbiltà li jibagħtu ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità, jiġġestixxu l-likwidità u jagħtu bidu għal ordnijiet ta' ħlas f'sitwazzjonijiet ta' kontinġenza;

(8)

“messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM” tfisser informazzjoni li ssir disponibbli fl-istess ħin lid-detenturi tal-kontijiet PM kollha jew grupp magħżul minnhom, permezz tal-ICM,

(9)

“mandat ta' debitu” tfisser awtorizzazzjoni minn bank tas-saldu fil-forma pprovduta mill-BĊi tal-Eurosistema fil-formoli tad-dejta statika indirizzati kemm lis-sistema anċillari kif ukoll lill-SCB tiegħu, li tintitola lis-sistema anċillari tibgħat struzzjonijiet ta' debitu, u tagħti struzzjonijiet lill-SBC biex jiddebita l-kont PM jew is-subkont tal-bank tas-saldu b'riżultat ta' struzzjonijiet ta' debitu,

(10)

“qasir” tfisser li jkunu dovuti flus lil ħaddieħor matul is-saldu ta' struzzjonijiet tas-sistema anċillari ta' ħlas,

(11)

“twil” tfisser li jkunu dovuti flus lil ħaddieħor matul is-saldu ta' struzzjonijiet tas-sistema anċillari ta' ħlas,

(12)

“saldu trans-sistema” tfisser is-saldu fi żmien reali ta' struzzjonijiet ta' debitu li taħthom pagamenti jiġu eżegwiti minn bank tas-saldu ta' sistema anċillari waħda li tuża l-proċedura tas-saldu 6 lil bank tas-saldu ieħor ta' sistema anċillari oħra li tuża l-proċedura tas-saldu 6,

(13)

“Static Data (Management) Module” tfisser il-modulu SSP fejn dejta statika tinġabar u tiġu rrekordjata,

(14)

“kont tekniku” tfisser kont speċifiku miżmum fil-PM b'sistema anċillari jew miżmum mill-ASCB f'isem sistema anċillari fis-sistema komponent tat-TARGET2 tiegħu għall-użu mis-sistema anċillari.

2.   Rwol tal-SCBs

Kull BĊ tal-Eurosistema għandu jaġixxi bħala l-SCB fir-rigward ta' kull bank tas-saldu li għalih huwa għandu kont PM.

3.   L-immaniġġjar tar-relazzjoni bejn il-BĊi, is-sistemi anċillari u l-banek tas-saldu

(1)

L-ASCBs għandhom jiżguraw li s-sistemi anċillari, li magħhom għandhom arranġamenti bilaterali, jipprovdu lista ta' banek tas-saldu li jkollha d-dettalji tal-kont PM tal-banek tas-saldu, li l-ASCB għandu jaħżen fl-iStatic Data (Management) Module tal-SSP. Kull sistema anċillari jista' jkollha aċċess għal-lista tal-banek tas-saldu rispettivi tagħha permezz tal-ICM.

(2)

L-ASCBs għandhom jiżguraw li s-sistemi anċillari, li magħhom għandhom arranġamenti bilaterali, jinfurmawhom mingħajr dewmien b'kull tibdil fir-rigward tal-lista tal-banek tas-saldu. L-ASCBs għandhom jinfurmaw lill-SCB rilevanti dwar dan it-tibdil permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.

(3)

L-ASCBs għandhom jiżguraw li s-sistemi anċillari, li magħhom għandhom arranġamenti bilaterali, jiġbru l-mandati ta' debitu u dokumenti rilevanti oħra mill-banek tas-saldu tagħhom u jibagħtuhom lill-ASCB. Dawn id-dokumenti għandhom jingħataw bl-Ingliż u/jew il-lingwa(i) nazzjonali rilevanti tal-ASCB. Jekk il-lingwa jew lingwi nazzjonali tal-ASCB ma jkunux identiċi mal-lingwa jew lingwi nazzjonali tal-SCB, id-dokumenti meħtieġa għandhom jingħataw biss bl-Ingliż jew kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-lingwa jew lingwi nazzjonali rilevanti tal-ASCB. Fil-każ tas-sistemi anċillari li jwettqu saldu permezz tat-TARGET2-BĊE, id-dokumenti għandhom jingħataw bl-Ingliż.

(4)

Jekk bank tas-saldu ikun parteċipant fis-sistema komponent tat-TARGET2 tal-ASCB rilevanti, l-ASCB għandu jivverifika l-validità tal-mandat ta' debitu mogħti mill-bank tas-saldu u jagħmel kull entrata meħtieġa fl-iStatic Data (Management) Module. Jekk bank tas-saldu mhuwiex wieħed parteċipanti fis-sistema komponent tat-TARGET2 tal-ASCB rilevanti, l-ASCB għandu jibgħat il-mandat ta' debitu (jew kopja elettronika tiegħu, jekk ikun hemm qbil bejn l-ASCB u l-SCB) lill-SCBs rilevanti għall-verifika tal-validità tiegħu. L-SCBs għandhom iwettqu din il-verifika u għandhom jinformaw lill-ASCB rilevanti bir-riżultat tal-verifika fi żmien ħamest ijiem tan-negozju wara li jirċievi dik it-talba. Wara l-verifika, l-ASCB għandu jaġġorna l-lista ta' banek tas-saldu fl-ICM.

(5)

Il-verifika magħmula mill-ASCB għandha tkun bla ħsara għar-responsabbiltà tas-sistema anċillari li tirrestrinġi l-istruzzjonijiet ta' ħlas għal-lista ta' banek tas-saldu msemmija fis-subparagrafu 1.

(6)

Sakemm ma jkunux l-istess, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar kull każ sinifikanti matul il-proċess tas-saldu.

(7)

L-ASCBs għandhom jiżguraw li s-sistemi anċillari li magħhom għandhom arranġamenti bilaterali jipprovdu l-isem u l-BIC tas-sistema anċillari li bihom biħsiebhom jeżegwixxu saldu trans-sistema u d-data minn meta s-saldu trans-sistema b'sistema anċillari partikolari għandu jibda jew jispiċċa. Din l-informazzjoni għandha tiġi rrekordjata fl-iStatic Data (Management) Module.

4.   Bidu ta' struzzjonijiet ta' ħlas permezz tal-ASI

(1)

L-istruzzjonijiet ta' ħlas kollha mibgħuta minn sistema anċillari permezz tal-ASI għandhom ikunu fil-forma ta' messaġġi XML.

(2)

L-istruzzjonijiet kollha ta' ħlas mibgħuta minn sistema anċillari permezz tal-ASI għandhom jiġu kkunsidrati bħala ‘urġenti ħafna’ u għandu jkun hemm saldu tagħhom skont l-Anness II.

(3)

Struzzjoni ta' ħlas għandha titqies li ġiet aċċettata jekk:

(a)

l-istruzzjoni ta' ħlas tikkonforma mar-regoli stabbiliti mill-fornitur tas-servizz tan-netwerk tat-TARGET2;

(b)

l-istruzzjoni ta' ħlas tikkonforma mar-regoli u l-kundizzjonijiet tal-ifformattjar tas-sistema komponenti tat-TARGET2 tal-ASCB;

(c)

il-bank tas-saldu huwa fil-lista ta' banek ta' saldu msemmijin fil-paragrafu 3(1);

(d)

fil-każ ta' saldu trans-sistema, is-sistema anċillari rilevanti hija fil-lista ta' sistemi anċillari li bihom jista' jiġi eżegwit is-saldu trans-sistema;

(e)

fil-każ li l-parteċipazzjoni tal-bank tas-saldu fit-TARGET2 ikun ġie sospiż, ikun inkiseb il-kunsens espliċitu tal-SCB tal-bank tas-saldu sospiż.

5.   Dħul ta' struzzjonijiet ta' ħlas fis-sistema u l-irrevokabbiltà tagħhom

(1)

L-istruzzjonijiet ta' kreditu għandhom jitqiesu bħala mdaħħla fis-sistema komponent tat-TARGET2 rilevanti fil-mument li huma aċċettati mill-ASCB u għandhom ikunu irrevokabbli minn dak il-mument. Struzzjonijiet ta' debitu għandhom jitqiesu li ddaħħlu fis-sistema komponent rilevanti tat-TARGET2 fil-mument li jiġu aċċetati mill-SCB u għandhom ikunu irrevokabbli minn dak il-mument.

(2)

L-applikazzjoni tas-subparagrafu 1 m'għandha jkollha ebda effett fuq kwalunkwe regola tas-sistemi anċillari li tistipula mument ta' dħul fis-sistema anċillari u/jew l-irrevokabbiltà ta' ordnijiet ta' trasferiment mibgħuta lil din is-sistema anċillari f'ħin qabel il-mument ta' dħul tal-istruzzjoni ta' ħlas rispettiva fis-sistema komponent rilevanti tat-TARGET2.

6.   Proċeduri ta' saldu

(1)

Jekk sistema anċillari titlob l-użu ta' proċedura ta' saldu, l-ASCB ikkonċernat għandu joffri proċedura ta' saldu waħda jew iżjed speċfikati hawn isfel.

(a)

Proċedura ta' saldu 2

(Saldu f'ħin reali),

(b)

Proċedura ta' saldu 3

(saldu bilaterali),

(c)

Proċedura ta' saldu 4

(saldu multilaterali standard),

(d)

Proċedura ta' saldu 5

(saldu multilaterali simultanju),

(e)

Proċedura ta' saldu 6

(likwidità dedikata, saldu f'ħin reali u trans-sistema).

(2)

Proċedura ta' saldu 1 (trasferiment ta' likwidita) m'għadhiex tiġi offruta.

(3)

L-SCBs għandhom jappoġġaw is-saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas tas-sistemi anċillari skont l-għażla ta' proċeduri ta' saldu msemmija fis-subparagrafu 1 billi, fost l-oħrajn, iwettqu saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas fil-kontijiet jew subkontijiet PM tal-banek tas-saldu.

(4)

Aktar dettalji dwar il-proċeduri ta' saldu msemmija fis-subparagrafu 1 jinsabu fil-paragrafi 10 sa 14.

7.   L-ebda obbligu biex jinfetaħ kont PM

Sistemi anċillari m'għandhomx ikunu obbligati li jsiru parteċipanti diretti f'sistema komponent tat-TARGET2 jew li jżommu kont PM waqt li jużaw l-ASI.

8.   Kontijiet biex jappoġġaw proċeduri ta' saldu

(1)

Minbarra l-kontijiet PM, it-tipi ta' kontijiet li ġejjin jistgħu jinfetħu fil-PM u jintużaw mill-ASCBs, is-sistemi anċillari u l-banek ta' saldu għall-proċeduri ta' saldu msemmija fil-paragrafu 6(1):

(a)

kontijiet tekniċi;

(b)

kontijiet ta' fond ta' garanzija;

(c)

subkontijiet.

(2)

Meta ASCB joffri l-proċeduri ta' saldu 4, 5 jew 6 għal mudelli interfaced, huwa għandu jiftaħ kont tekniku fis-sistema komponent tiegħu tat-TARGET2 għas-sistemi anċillari ikkonċernati. Dawn il-kontijiet jistgħu jiġu offruti mill-ASCB bħala opzjoni għall-proċeduri ta' saldu 2 u 3. Għandhom jinfetħu kontijiet tekniċi separati fir-rigward tal-proċedura ta' saldu 4 u 5. Għal proċedura ta' saldu 3, 4, 5 jew 6 għal mudelli interfaced, il-bilanċ fuq il-kontijiet tekniċi għandu jkun żero jew pożittiv fl-aħħar tal-proċess ta' saldu tas-sistema anċillari rilevanti u l-bilanċ ta' tmiem il-jum għandu jkun żero. Il-kontijiet tekniċi huma identifikati jew mill-BIC tas-sistema anċillari jew il-BIC rilevanti ta' ASCB.

(3)

Meta joffri l-proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali, ASCB għandu jiftaħ konti tekniċi fis-sistema komponent tiegħu tat-TARGET2. Il-kontijiet tekniċi għall-proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali jista' jkollhom biss bilanċ żero jew pożittiv bi nhar u jistgħu jżommu bilanċ pożittiv matul il-lejl. Kull bilanċ ta' matul il-lejl fuq il-kont għandu jkun suġġett għall-istess regoli ta' rimunerazzjoni li japplikaw għall-Fondi ta' Garanzija taħt l-Artikolu 11 ta' din il-Linja Gwida.

(4)

Meta joffri l-proċedura ta' saldu 4 jew 5, ASCB jista' jiftaħ kont ta' fondi ta' garanzija fis-sistema komponent tiegħu tat-TARGET2 għal sistemi anċillari. Il-bilanċi ta' dawn il-kontijiet għandhom jintużaw biex ikun hemm saldu tal-istruzzjonijiet ta' ħlas tas-sistema anċillari fil-każ li ma jkunx hemm likwidità disponibbli fil-kont PM tal-bank tas-saldu. Detenturi ta' kont ta' fond ta' garanzija jistgħu jkunu ASCBs, sistemi anċillari jew garanti. Kontijiet ta' fond ta' garanzija huma identifikati mill-BIC tad-detentur tal-kontijiet rilevanti.

(5)

Meta ASCB joffri proċedura ta' saldu 6 għal mudelli interfaced, l-SCBs għandhom jiftħu subkont wieħed jew iżjed fis-sistemi ta' komponent TARGET2 għall-banek ta' saldu, li jiġi użat għal-likwidità ddedikata u, jekk ikun rilevanti, għas-saldu trans-sistema. Is-subkontijiet għandhom jiġu identifikati bil-BIC tal-kont PM li miegħu għandhom x'jaqsmu, flimkien ma' numru ta' kont li huwa speċifiku għas-subkont rilevanti. In-numru tal-kont huwa kompost mill-kodiċi tal-pajjiż flimkien ma' mhux aktar minn 32 karattru (skont l-istruttura tal-kont bankarju nazzjonali rilevanti).

(6)

Il-kontijiet msemmijin fis-subparagrafi 1(a) sa (d) m'għandhomx jiġu ppubblikati fid-direttorju tat-TARGET2. Jekk jitlob hekk id-detentur tal-kont PM, il-prospetti ta' kontijiet rilevanti (MT 940 u MT 950) għal dawk il-kontijiet kollha għandhom ikunu disponibbli għad-detentur tal-kont fl-aħħar ta' kull jum tax-xogħol.

(7)

Ir-regoli ddettaljati fuq il-ftuħ ta' tipi ta' kontijiet msemmijin f'dan l-Artikolu u fuq l-applikazzjoni tagħhom meta jappoġġaw il-proċeduri ta' pagament jistgħu jiġu speċifikati ulterjorment fl-arranġamenti bilaterali bejn is-sistemi anċillari u l-ASCBs.

9.   Proċedura ta' saldu 1 — Trasferiment ta' likwidità

Din il-proċedura m'għadhiex tiġi offruta.

10.   Proċedura ta' saldu 2 — Saldu f'ħin reali

(1)

Meta joffru proċedura ta' saldu 2, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw is-saldu tal-parti kontanti tat-tranżazzjonijiet tas-sistema anċillari billi jwettqu saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas mibgħuta mis-sistema anċillari fuq bażi individwalizzata, minflok f'biċċiet. Jekk struzzjoni ta' ħlas biex jiġi ddebitat kont PM tal-bank tas-saldu qasir jitqiegħed fi kju skont l-Anness II, l-SCB rispettiv għandu jinforma lill-bank tas-saldu permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.

(2)

Proċedura ta' saldu 2 tista' tiġi offruta wkoll lis-sistema anċillari għas-saldu ta' bilanċi multilaterali u f'dawn il-każijiet l-ASCB għandu jiftaħ kont tekniku għal din s-sistema anċillari. Barra minn dan, l-ASCB m'għandux joffri lis-sistema anċillari is-servizzi tal-immaniġġjar xieraq tas-sekwenza ta' ħlasijiet dovuti minn oħrajn (incoming) u dovuti lil oħrajn (outgoing) kif jista' jkun meħtieġ għal dan is-saldu multilaterali. Is-sistema anċillari nnifisha għandha tassumi r-responsabbiltà għas-sekwenzjar meħtieġ.

(3)

L-ASCBs jistgħu joffru s-saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas f'ċerti limiti ta' żmien li jiġu ddefiniti mis-sistema anċillari, kif imsemmi fil-paragrafu 15(2) u (3).

(4)

Il-banek tas-saldu u s-sistemi anċillari għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. Is-sistemi anċillari għand1hom ikunu notifikati bit-tlestija jew in-nuqqas tas-saldu permezz ta' messaġġ fuq l-ICM. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu li jaċċessaw it-TARGET2 permezz ta' fornitur tas-servizz ta' netwerk tat-TARGET2 għandhom ikunu nnotifikati b'saldu li rnexxa permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Detenturi ta' kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM.

11.   Proċedura ta' saldu 3 — Saldu bilaterali

(1)

Meta joffru l-proċedura ta' saldu 3, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw is-saldu tal-parti kontanti tat-tranżazzjonijiet ta' sistema anċillari billi jwettqu saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas li s-sistema anċillari tibgħat f'batch mode. Jekk struzzjoni ta' ħlas biex jiġi ddebitat kont PM tal-bank tas-saldu qasir titqiegħed fi kju skont l-Anness II, l-SCB rispettiv għandu jinforma lill-bank tas-saldu permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.

(2)

Il-proċedura ta' saldu 3 tista' tiġi offruta wkoll lis-sistema anċillari għas-saldu ta' bilanċi multilaterali. Il-paragrafu 10(2) għandu japplika mutatis mutandis, bla ħsara għall-modifiki li ġejjin:

(a)

struzzjonijiet ta' ħlas: (i) biex jiġu ddebitati il-kontijiet PM ta' banek tas-saldu qasir u jiġi kkreditat il-kont tekniku tas-sistema anċillari; u (ii) jiġi boex ddebitat il-kont tekniku tas-sistema anċillari u jiġu kkreditati l-kontijiet PM ta' banek tas-saldu qasir, għandhom jintbagħtu f'fajls separati; u

(b)

il-kontijiet PM tal-banek tas-saldu twil għandhom jiġu kkreditati biss wara li l-kontijiet PM kollha tal-banek tas-saldu qasir jiġu ddebitati.

(3)

Jekk is-saldu multilaterali jfalli (pereżempju, għaliex mhux il-ġbir kollu mill-kontijiet tal-banek tas-saldu qasir ikun ta' suċċess), is-sistema anċillari għandħa tibgħat struzzjonijiet ta' ħlas biex treġġa' lura tranżazzjonijiet ta' debitu li diġà ġew saldati.

(4)

L-ASCBs jistgħu joffru:

(a)

is-saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas f'ċerti limiti ta' żmien iddefiniti mis-sistema anċillari, kif imsemmi fil-paragrafu 15(3); u/jew

(b)

il-funzjonalità tal-“perjodu ta' informazzjoni”, kif imsemmi fil-paragrafu 15(1).

(5)

Il-banek tas-saldu u s-sistemi anċillari għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. Is-sistemi anċillari għandhom ikunu nnotifikati bit-tlestija jew in-nuqqas ta' saldu abbazi tal-opzjoni magħzula — notifika waħda jew globali. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b'saldu li rnexxa permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Detenturi ta' kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM.

12.   Proċedura ta' saldu 4 — Saldu multilaterali standard

(1)

Meta joffru l-proċedura ta' saldu 4, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw is-saldu tal-bilanċi ta' kontanti multilaterali tat-tranżazzjonijiet tas-sistema anċillari billi jwettqu saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas mibgħuta mis-sistema anċillari f'batch mode. L-ASCBs għandhom jiftħu kont tekniku speċifiku għal din is-sistema anċillari.

(2)

L-ASCBs u l-SCBs għandhom jiżguraw is-segwenza meħtieġa ta' struzzjonijiet ta' ħlas. Għandhom jibbukkjaw biss il-krediti jekk id-debiti kollha jkunu nġabru b'suċċess. Struzzjonijiet ta' ħlas: (a) biex jiġu ddebitati l-kontijiet PM tal-banek tas-saldu qasir u jiġi kkreditat il-kont tekniku tal-AS; u (b) biex jiġu kkreditati kontijiet ta' banek tas-saldu twil u jiġi ddebitat il-kont tekniku tal-AS, għandhom jintbagħtu f'fajl wieħed.

(3)

Għandu l-ewwel ikun hemm saldu tal-istruzzjonijiet ta' ħlas biex jiġi ddebitat il-kont PM tal-banek tas-saldu qasir u biex jiġi kkreditat il-kont tekniku tas-sistema anċillari; mas-saldu ta' dawn l-istruzzjonijiet ta' ħlas kollha biss (inkluż l-iffinanzjar possibbli tal-kont tekniku b'mekkaniżmu ta' fond iggarantit) għandhom jiġu kkreditati l-kontijiet PM tal-banek tas-saldu twil.

(4)

Jekk struzzjoni ta' ħlas biex jiġi ddebitat kont PM tal-bank tas-saldu qasir titqiegħed fi kju skont l-Anness II, l-SCBs għandhom jinformaw lill-bank tas-saldu permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.

(5)

Jekk bank tas-saldu qasir m'għandux fondi biżżejjed fil-kont PM tiegħu, il-mekkaniżmu ta' fond iggarantit għandu jiġi attivat mill-ASCB jekk dan huwa maħsub fl-arranġament bilaterali bejn l-ASCB u s-sistema anċillari.

(6)

Jekk l-ebda mekkaniżmu ta' fond iggarantit ma hu ipprovdut u s-saldu sħiħ ifalli, allura l-ASCBs u l-SCBs għandhom jitqiesu li jkunu ngħataw struzzjonijiet biex jirritornaw l-istruzzjonijiet kollha ta' ħlas fil-fajl, u għandhom ireġġgħu lura l-istruzzjonijiet ta' ħlas li jkunu diġà tħallsu.

(7)

L-ASCBs għandhom jinfurmaw lill-banek tas-saldu b'nuqqas ta' saldu permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.

(8)

L-ASCBs jistgħu joffru:

(a)

is-saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas f'ċerti limiti ta' żmien iddefiniti mis-sistema anċillari, kif imsemmi fil-paragrafu 15(3);

(b)

il-funzjonalità tal-'perjodu ta' informazzjoni', kif imsemmi fil-paragrafu 15(1);

(c)

mekkaniżmu ta' fond iggarantit, kif imsemmi fil-paragrafu 15(4).

(9)

Il-banek tas-saldu u s-sistemi anċillari għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. Is-sistemi anċillari għandhom ikunu nnotifikati mat-tlestija jew il-falliment tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b'saldu li rnexxa permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Detenturi ta' kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM.

13.   Proċedura ta' saldu 5 — Saldu multilaterali simultanju

(1)

Meta joffru l-proċedura ta' saldu 5, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw is-saldu tal-bilanċi ta' kontanti multilaterali tat-tranżazzjonijiet tas-sistema anċillari billi jwettqu saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas mibgħuta mis-sistema anċillari f'batch mode. Sabiex isir is-saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas rilevanti għandu jintuża l-Algoritmu 4 (ara l-Appendiċi I tal-Anness II). Kuntrarjament għall-proċedura ta' saldu 4, il-proċedura ta' saldu 5 taħdem fuq il-bażi ta' “kollox jew xejn”. F'din il-proċedura l-iddebitar ta' kontijiet PM ta' banek tas-saldu qasir u l-ikkreditar ta' kontijiet PM ta' banek tas-saldu twil għandu jsir b'mod simultanju (aktar milli b'mod segwenzjali bħal fil-każ tal-proċedura ta' saldu 4). Il-paragrafu 12 għandu japplika mutatis mutandis bla ħsara għall-modifika li ġejja. Jekk struzzjoni waħda jew aktar ta' ħlas ma jistgħux jiġu saldati, l-istruzzjonijiet kollha ta' ħlas għandhom jitqiegħdu fi kju, u l-Algoritmu 4, kif deskritt fil-paragrafu 16(1), għandu jiġi rrepetut sabiex l-istruzzjonijiet ta' ħlas tas-sistema anċillari fil-kju jiġu saldati.

(2)

L-ASCBs jistgħu joffru:

(a)

is-saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas f'ċerti limiti ta' żmien iddefiniti mis-sistema anċillari, kif imsemmi fil-paragrafu 15(3);

(b)

il-funzjonalità tal-'perjodu ta' informazzjoni', kif imsemmi fil-paragrafu 15(1);

(c)

mekkaniżmu ta' fond iggarantit, kif imsemmi fil-paragrafu 15(4).

(3)

Il-banek tas-saldu u s-sistemi anċillari għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. Is-sistemi anċillari għandhom ikunu nnotifikati dwar it-tlestija jew in-nuqqas tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b'saldu li rnexxa permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Detenturi ta' kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM.

(4)

Jekk struzzjoni ta' ħlas biex jiġi ddebitat kont PM tal-bank tas-saldu qasir jitqiegħed fi kju skont l-Anness II, l-SCB rispettiv għandu jinforma lill-banek tas-saldu permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.

14.   Proċedura ta' saldu 6 — Likwidità ddedikata u saldu trans-sistema

(1)

Il-proċedura ta' saldu 6 tista' tintuża kemm għall-mudell interfaced u dak f'ħin reali, kif deskritt fis-subparagrafi 4 sa 12 u 13 sa 16 hawn isfel, rispettivament. Fil-każ tal-mudell f'ħin reali, is-sistema anċillari rilevanti għandha tuża kont tekniku biex jiġbor il-likwidità meħtieġa mwarrba mill-banek tiegħu tas-saldu għall-finanzjament tal-pożizzjonijiet tagħhom. Fil-każ tal-mudell interfaced, il-bank tas-saldu għandu jiftaħ mill-anqas subkont wieħed dwar sistema anċillari speċifika.

(2)

Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu nnotifikati permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910 u d-detenturi tal-kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM dwar l-ikkreditar u d-debitar tal-kontijiet PM tagħhom u, fejn applikabbli, tas-subkontijiet tagħhom.

(3)

Meta joffru saldu trans-sistema taħt il-proċedura ta' saldu 6, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw ħlasijiet ta' saldu trans-sistema, jekk jinbdew mis-sistemi anċillari rilevanti. Għall-proċedura ta' saldu 6 interfaced sistema anċillari tista' tibda saldu trans-sistema biss matul iċ-ċiklu tal-ipproċessar tiegħu, u l-proċedura ta' saldu 6 għandha tkun qed taħdem fis-sistema anċillari li tirċievi l-istruzzjoni ta' ħlas. Għall-proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali, sistema anċillari tista' tibda soluzzjoni ta' trans-sistema f'kull ħin matul l-ipproċessar ta' matul il-jum tat-TARGET2 u s-saldu ta' operazzjonijiet tas-sistema anċillari ta' matul il-lejl. Il-possibbiltà li jitwettaq saldu trans-sistema bejn żewġ sistemi anċillari individwali għandha tiġi rreġistrata fil-Modulu (ta' Ġestjoni) ta' Dejta Statika.

(A)    Mudell interfaced

(4)

Meta joffru l-proċedura ta' saldu 6 interfaced, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw is-saldu ta' bilanċi ta' kontanti bilaterali u/jew multilaterali ta' tranżazzjonijiet tas-sistema anċillari billi:

(a)

jippermettu li bank tas-saldu jiffinanzja minn qabel l-obbligu tas-saldu prospettiv tiegħu permezz ta' trasferimenti ta' likwidità mill-kont PM tiegħu għal ġewwa s-subkont tiegħu (il-“likwidità ddedikata”) qabel l-ipproċessar tas-sistema anċillari; u

(b)

is-saldu tal-istruzzjonijiet ta' ħlas tas-sistema anċillari wara t-tlestija tal-ipproċessar tas-sistema anċillari: fir-rigward tal-banek tas-saldu qasir billi s-subkontijiet tagħhom jiġu ddebitati (fil-limiti tal-fondi pprovduti f'dawk il-kontijiet) u billi jiġi kkreditat il-kont tekniku tal-AS, u fir-rigward tal-banek tas-saldu twil billi jiġu kkreditati s-subkontijiet tagħhom u jiġi ddebitat il-kont tekniku tas-sistema anċillari.

(5)

Meta joffru l-proċedura ta' saldu 6 interfaced:

(a)

l-SCBs għandhom jiftħu mill-anqas subkont wieħed fir-rigward ta' sistema anċillari waħda għal kull bank tas-saldu; u

(b)

l-ASCB għandu jiftaħ kont tekniku għas-sistema anċillari biex: (i) jiġu kkreditati fondi miġbura mis-subkontijiet tal-banek tas-saldu qasir; u (ii) jiġu ddebitati fondi meta jsiru krediti fis-subkontijiet iddedikati tal-banek tas-saldu twil.

(6)

Il-proċedura ta' saldu 6 interfaced għandha tiġi offruta f'kull ħin matul l-ipproċessar ta' matul il-jum tat-TARGET2 u s-saldu ta' operazzjonijiet tas-sistema anċillari ta' matul il-lejl. Il-jum ġdid tan-negozju għandu jibda minnufih malli jiġu sodisfatti l-obbligi tar-riżervi minimi; kull debitu jew kreditu magħmul fil-kontijiet rilevanti wara għandhom jitqiesu għall-valur tal-jum ġdid tan-negozju.

(7)

Fil-proċedura ta' saldu 6 interfaced, l-ASCBs u l-SCBs għandhom joffru t-tipi li ġejjin ta' servizz ta' trasferiment ta' likwidità fis-subkont u minnu:

(a)

standing orders li banek tas-saldu jistgħu jibagħtu jew jimmodifikaw f'kull ħin matul jum tan-negozju permezz tal-ICM (meta jkun disponibbli). Standing orders mibgħuta wara li jintbagħat messaġġ ta' ‘bidu-ta'-proċedura’ f'jum ta' negozju partikolari għandhom ikunu validi biss għall-jum tan-negozju li jmiss. Jekk ikun hemm diversi standing orders biex jikkreditaw subkontijiet differenti u/jew il-kont tekniku tas-sistema anċillari, dawn għandu jiġu saldati fl-ordni skont l-ammont tagħhom, billi jibdew bl-ogħla. Matul l-operazzjonijiet ta' bil-lejl ta' AS, jekk ikun hemm standing orders li għalihom ma jkunx hemm fondi biżżejjed fil-kont PM, dawk l-ordnijiet għandhom jiġu saldati wara tnaqqis pro-rata tal-ordnijiet kollha;

(b)

ordnijiet attwali, li jistgħu jintbagħtu biss jew minn bank tas-saldu (permezz tal-ICM) jew tas-sistema anċillari rilevanti permezz ta' messaġġ XML matul it-tħaddim tal-proċedura ta' saldu 6 interfaced (identifikata bl-intervall ta' bejn il-messaġġ ta' “bidu-ta'-proċedura” sa dak ta' “tmiem-ta'-proċedura”) u li jkollhom saldu biss sakemm iċ-ċiklu tal-ipproċessar tas-sistema anċillari ma tkunx għadha bdiet. Jekk is-sistema anċillari tibgħat ordni attwali li għaliha ma jkunx hemm fondi biżżejjed fil-kont PM, din l-ordni għandha tiġi saldata parzjalment;

(c)

Ordnijiet SWIFT li jmorru permezz ta' messaġġ MT 202 jew immappjar awtomatiku għal MT 202 mill-iskrins għall-detenturi ta' kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet, li jista' jiġi mibgħut biss matul il-proċedura 6 tas-saldu interfaced u biss matul ipproċessar li jsir mal-jum. Dawn l-ordnijiet għandhom jiġu saldati immedjatament.

(8)

Il-proċedura ta' saldu 6 interfaced għandha tibda permezz ta' messaġġ ta' ‘bidu-ta'-proċedura’ u tintemm permezz ta' messaġġ ta' “tmiem-ta'-proċedura”, li jintbagħtu mis-sistema anċillari (jew l-ASCB f'isimha). Messaġġi ta' “bidu-ta'-proċedura” għandhom jibdew is-saldu ta' standing orders għat-trasferiment ta' likwidità fis-subkontijiet. Il-messaġġ ta' “tmiem-ta'-proċedura” iwassal għal trasferiment mill-ġdid awtomatiku ta' likwidità mis-subkont għall-kont PM.

(9)

Taħt il-proċedura ta' saldu 6 interfaced, il-likwidità dedikata fuq is-subkontijiet għandha tiġi ffriżata sakemm iċ-ċiklu tal-ipproċessar tas-sistema anċillari ikun qed jaħdem (li jibda bil-messaġġ “start-of-cycle” u jispiċċa bil-messaġġ “end-of-cycle”. It-tnejn għandhom jintbagħtu mis-sistema anċillari) u jiġu rrilaxxati wara dan. Il-bilanċ iffriżat jista' jinbidel matul iċ-ċiklu tal-ipproċessar bħala riżultat tal-ħlasijiet tas-saldu trans-sistema jew jekk bank ta' saldu jittrasferixxi l-likwidità mill-kont PM tiegħu. L-ASCB għandu jinnotifika lis-sistema anċillari bit-tnaqqis jew żieda tal-likwidità fuq is-subkont bħala riżultat tal-ħlasijiet tas-saldu trans-sistema. Jekk s-sistema anċillari titlob hekk, l-ASCB għandha tinnotifikaha wkoll biż-żieda fil-likwidità fuq is-subkont bħala riżultat tat-trasferiment tal-likwidità mill-bank tas-saldu.

(10)

F'kull ċiklu tal-ipproċessar tas-sistema anċillari taħt il-proċedura ta' saldu 6 interfaced, l-istruzzjonijiet ta' ħlas għandhom jiġu saldati mil-likwidità ddedikata fejn bħala regola għandu jintuża l-Algoritmu 5 (kif imsemmi fl-Appendiċi I tal-Anness II).

(11)

F'kull ċiklu tal-ipproċessar ta' sistema anċillari taħt il-proċedura ta' saldu 6 interfaced, il-likwidità ddedikata ta' bank tas-saldu tista' tiżdied permezz tal-ikkreditar ta' ċerti ħlasijiet dovuti minn ħaddieħor li jidħlu direttament fis-subkontijiet tiegħu, jiġifieri kupuni u ħlasijiet ta' fidi. F'dawn il-każijiet, il-likwidità l-ewwel għandha tiġi kkreditata fil-kont tekniku, imbagħad iddebitata minn dan il-kont qabel ma l-likwidità tiġi kkreditata fis-subkont (jew fil-kont PM).

(12)

Saldu trans-sistema bejn żewġ sistemi anċillari interfaced jista' jinbeda biss minn sistema anċillari (jew l-ASCB tagħha f'isimha) li s-subkont tal-parteċipant tagħha jiġi ddebitat. L-istruzzjoni ta' ħlas isir bl-iddebitar tal-ammont indikat fl-istruzzjoni tal-ħlas mis-subkont ta' parteċipant tas-sistema anċillari li jibda l-istruzzjoni tal-ħlas u l-ikkreditar tas-subkont ta' parteċipant ta' sistema anċillari oħra.

Is-sistema anċillari li tibda l-istruzzjoni għall-ħlas u s-sistema anċillari l-oħra għandhom ikunu nnotifikati mat-tlestija tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b'saldu li rnexxa permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Detenturi ta' kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM.

(B)    Mudell f'ħin reali

(13)

Meta joffru l-proċedura ta' saldu 6 għall-mudelli f'ħin reali, l-ASCBs jew l-SCBs għandhom jappoġġaw dak is-saldu.

(14)

Fil-proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali, l-ASCBs u l-SCBs għandhom joffru t-tipi li ġejjin ta' servizz ta' trasferiment ta' likwidità f'kont tekniku u minnu:

(a)

standing orders (għal operazzjonijiet ta' bil-lejl tas-sistemi anċillari), li l-banek tas-saldu jistgħu jibagħtu jew jimmodifikaw f'kull ħin matul jum tan-negozju permezz tal-ICM (meta jkun disponibbli). Standing orders wara l-ipproċessar tal-bidu-tal-jum għandhom ikunu validi biss għall-jum ta' negozju li jmiss. Jekk ikun hemm diversi standing orders biex jikkreditaw subkontijiet differenti, dawn għandhom jiġu saldati fl-ordni skont l-ammont tagħhom, jibdew bl-ogħla. Matul l-operazzjonijiet ta' bil-lejl ta' AS, jekk ikun hemm standing orders li għalihom ma jkunx hemm fondi biżżejjed fil-kont PM, dawk l-ordnijiet għandhom jiġu saldati wara tnaqqis pro-rata tal-ordnijiet kollha;

(b)

ordnijiet kurrenti biex jiġi kkreditat il-kont tekniku, li jistgħu jiġu sottomessi biss jew minn bank ta' saldu (permezz tal-ICM) jew mis-sistema anċillari rilevanti f'ismu (permezz ta' messaġġ XML). Jekk ikun hemm ordni kurrenti sottomessa mis-sistema anċillari relevanti f'isem il-bank tas-saldu li għaliha ma jkunx hemm fondi biżżejjed fil-kont PM, din l-ordni għandha tiġi saldata parzjalment;

(c)

ordnijiet kurrenti biex jiġi ddebitat il-kont tekniku, li jistgħu jiġu sottomessi biss mis-sistema anċillari relevanti (permezz ta' messaġġ XML);

(d)

ordnijiet SWIFT li jmorru permezz ta' messaġġ MT 202 li jistgħu jintbagħtu biss minn bank ta' saldu waqt l-ipproċessar ta' bi nhar. Dawn l-ordnijiet għandhom jiġu saldati immedjatament.

(15)

Il-“bidu tal-proċedura” u “tmiem tal-proċedura” iseħħu awtomatikament meta jitlesta l- “Ipproċessar tal-'bidu tal-jum” u l-bidu tal-“Ipproċessar ta' tmiem il-jum” rispettivament.

(16)

Saldu trans-sistema bejn żewġ sistemi anċillari bl-użu ta' mudell f'ħin reali iseħħ mingħajr intervent mis-sistema anċillari li l-kont tekniku tiegħu jiġi kkreditat. Ikun hemm saldu tal-istruzzjoni ta' ħlas bl-iddebitar tal-ammont indikat fl-istruzzjoni tal-ħlas mis-subkont tekniku tas-sistema anċillari li jibda l-istruzzjoni tal-ħlas u l-ikkreditar tas-subkont tekniku użat minn sistema anċillari oħra. L-istruzzjoni ta' ħlas ma tistax tinbeda mis-sistema anċillari li l-kont tekniku tagħha ser jiġi kkreditat.

Is-sistema anċillari li tibda l-istruzzjoni għall-ħlas u s-sistema anċillari l-oħra għandhom ikunu nnotifikati mat-tlestija tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b'saldu li rnexxa permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Detenturi ta' kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM.

15.   Mekkaniżmi konnessi fakultattivi

(1)

Il-mekkaniżmu konness fakultattiv ta' “perjodu ta' informazzjoni” jista' jiġi offrut mill-ASCB għall-proċeduri ta' saldu 3, 4 u 5. Jekk is-sistema anċillari (jew l-ASCB f'ismu) tkun speċifikat ħin fakultattiv għall-“perijodu ta' informazzjoni”, il-bank tas-saldu għandu jirċievi messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM li jindika l-ħin sa meta l-bank tas-saldu jista' jitlob li titreġġa' lura l-istruzzjoni rilevanti ta' ħlas. Din it-talba għandha tiġi kkunsidrata biss mill-SCB jekk tiġi kkomunikata permezz tas-sistema anċillari u approvata minnha. Is-saldu għandu jibda jekk l-SCB ma jirċevix din it-talba sal-ħin li fih jiskadi l-“Perijodu ta' Informazzjoni”. Malli l-SCB jirċievi din it-talba fil-“Perijodu ta' Informazzjoni”:

(a)

meta l-proċedura ta' saldu 3 tintuża għas-saldu bilaterali, l-istruzzjoni ta' ħlas rilevanti għandha titreġġa' lura; u

(b)

meta l-proċedura ta' saldu 3 tintuża għas-saldu ta' bilanċi multilaterali, jew jekk fil-proċedura ta' saldu 4, is-saldu sħiħ ifalli, l-istruzzjonijiet ta' ħlas kollha rilevanti għandhom jitreġġgħu lura, u l-banek tas-saldu kollha u l-AS għandhom jiġu infurmati permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.

(2)

Jekk is-sistema anċillari tibgħat l-istruzzjonijiet tas-saldu qabel il-ħin skedat tas-saldu (“minn”), l-istruzzjonijiet jinħażnu sakemm isir il-ħin skedat. F'dan il-każ, l-istruzzjonijiet ta' ħlas jiddaħħlu fl-entry disposition biss meta jsir il-ħin “minn”. Dan il-mekkaniżmu fakultattiv jista' jintuża fil-proċedura tas-saldu 2.

(3)

Il-perijodu ta' saldu (“sa”) jagħmilha possibbli li jiġi allokat għal żmien limitat għas-saldu ta' sistema anċillari sabiex ma jiġix ipprevenut jew imdewwem is-saldu ta' tranżazzjonijiet relatati ma' sistema anċillari oħra jew TARGET2 oħrajn. Jekk ma jkunx hemm saldu tal-istruzzjoni ta' ħlas saż-żmien “sa” jew fil-perijodu definit ta' saldu, dawn l-istruzzjonijiet ta' ħlas jew jiġu rritornati jew, fil-każ tal-proċeduri ta' saldu 4 u 5, il-mekkaniżmu tal-fond ta' garanzija jista' jiġi attivat. Il-perijodu ta' saldu (“sa”) jista' jiġi speċifikat għall-proċeduri ta' saldu 2 sa 5.

(4)

Il-mekaniżmu ta' fond iggarantit jista' jintuża jekk il-likwidità ta' bank tas-saldu ma tkunx biżżejjed biex tkopri l-obbligi kollha tiegħu li jinbtu mis-saldu ta' sistema anċillari. Sabiex jitħalla jsir is-saldu tal-istruzzjonijiet kollha ta' ħlas involuti f'saldu tas-sistema anċillari, dan il-mekkaniżmu jintuża biex jipprovdi l-likwidità addizzjonali meħtieġa. Dan il-mekkaniżmu jista' jintuża fil-proċedura tas-saldu 1 u 2. Jekk għandu jintuża l-mekkaniżmu ta' fond iggarantit, ikun meħtieġ li jinżamm kont speċjali ta' fond ta' garanzija fejn tinżamm disponibbli, jew issir disponibbli fuq talba, “likwidità ta' emerġenza”.

16.   Algoritmi użati

(1)

l-algoritmu 4 jappoġġa l-proċedura ta' saldu 5. Biex is-saldu jiġi ffaċilitat u biex titnaqqas il-likwidità meħtieġa, l-ordnijiet kollha ta' ħlas tas-sistema anċillari huma inklużi (irrispettivament mill-prijorità tagħhom). L-istruzzjonijiet ta' ħlas tas-sistema anċillari li għandhom jiġu saldati wara l-proċedura ta' saldu 5 jaqbżu l-entry disposition u jinżammu fil-PM separatament sat-tmiem tal-proċess attwali ta' ottimizzazzjoni. Bosta sistemi anċillari li jużaw proċedura ta' saldu 5 se jiġu inklużi fl-istess tħaddim tal-Algoritmu 4 jekk ikollhom l-intenzjoni li jagħmlu saldu fl-istess ħin.

(2)

Fil-proċedura ta' saldu 6 interfaced, il-bank tas-saldu jista' jiddedika ammont ta' likwidità biex jagħmel saldu ta' bilanċi li jiġu minn sistema anċillari speċifika. Id-dedika ssir billi titwarrab il-likwidità meħtieġa f'subkont speċifiku (mudell interfaced). L-Algoritmu 5 jintuża kemm għal operazzjonijiet ta' bil-lejl tas-sistema anċillari kif ukoll għal ipproċessar ta' bi nhar. Il-proċess ta' saldu jseħħ billi jiġu ddebitati s-subkontijiet tal-banek tas-saldu qasir favur il-kont tekniku tas-sistema anċillari, u mbagħad il-kont tekniku tas-sistema anċillari jiġi ddebitat favur is-subkontijiet tal-banek tas-saldu twil. Fil-każ ta' bilanċi ta' kreditu, il-booking jista' jsir direttament — jekk indikat mis-sistema anċillari fit-tranżazzjoni rilevanti — fil-kont PM tal-bank tas-saldu. Jekk is-saldu ta' struzzjoni ta' debitu waħda jew iżjed ma jirnexxix (jiġifieri b'riżultat ta' żball tas-sistema anċillari), il-ħlas rispettiv jitqiegħed fi kju fis-subkont. Il-proċedura ta' saldu 6 interfaced tista' tagħmel użu mill-Algoritmu 5 li jaħdem fis-sub-kontijiet. Barra minn dan, l-Algoritmu 5 m'għandu għalfejn iqis ebda limitu jew riżerva. Għal kull bank tas-saldu l-pożizzjoni totali hija kkalkulata u jekk il-pożizzjonijiet totali kollha huma koperti, ikun hemm saldu tat-tranżazzjonijiet kollha. It-tranżazzjonijiet li mhumiex koperti jitqiegħdu lura fil-kju.

17.   Effett tas-sospensjoni jew tmiem

Jekk is-sospensjoni jew it-tmiem tal-użu tal-ASI minn sistema anċillari jidħlu fis-seħħ matul iċ-ċiklu tas-saldu tal-istruzzjonijiet ta' ħlas tas-sistema anċillari, l-ASCB għandu jitqies li jkun awtorizzat biex ikompli ċ-ċiklu tas-saldu f'isem is-sistema anċillari.

18.   Skeda tad-drittijiet u fatturar

(1)

Sistema anċillari li tuża l-ASI jew l-Interfaċċa tal-Parteċipant, irrispettivament min-numru ta' kontijiet li jista' jkollha mal-ASCB u/jew l-SCB, għandha tkun soġġetta għal skeda ta' tariffi li tikkonsisti fl-elementi li ġejjin.

(a)

Ħlas fiss kull xahar ta' EUR 1 000 li għandu jiġi impost fuq kull sistema anċillari (“Tariffa Fissa I”).

(b)

It-tieni tariffa fissa ta' kull xahar ta' bejn EUR 417 u EUR 8 334, f'proporzjon mal-valur gross bażiku tat-tranżazzjonijiet tas-saldu tal-flus kontanti f'euro tas-sistema anċillari (“Tariffa Fissa II”):

Faxxa

Minn (EUR miljun/jum)

(EUR miljun jum)

Tariffa annwali (EUR)i

Tariffa kull xahar (EUR)

1

0

inqas minn 1 000

5 000

417

2

1 000

inqas minn 2 500

10 000

833

3

2 500

inqas minn 5 000

20 000

1 667

4

5 000

inqas minn 10 000

30 000

2 500

5

10 000

inqas minn 50 000

40 000

3 333

6

50 000

inqas minn 500 000

50 000

4 167

7

500 000 u 'il fuq

100 000

8 334

Il-valur gross tat-tranżazzjonijiet ta' saldu ta' flus kontanti tal-euro tas-sistema anċillari għandu jiġi kkalkulat mill-ASCB darba fis-sena fuq il-bażi ta' dak il-valur gross matul is-sena preċedenti u l-valur gross ikkalkulat għandu jiġi applikat għall-kalkolu tat-tariffa mill-1 ta' Jannar ta' kull sena kalendarja. Il-valur gross għandu jeskludi tranżazzjonijiet saldati fuq DCAs.

(c)

Tariffa ta' tranżazzjoni kkalkulata fuq l-istess bażi bħall-iskeda stabbilita għad-detenturi ta' kont PM fl-Appendiċi VI tal-Anness II. Is-sistema anċillari tista' tagħżel waħda miż-żewġ għażliet: jew tħallas tariffa fissa ta' EUR 0.80 għal kull struzzjoni ta' ħlas (Għażla A) jew titħallas tariffa kkalkulata fuq bażi digressiva (Għażla B), bla ħsara għall-modifiki li ġejjin:

(i)

għall-Għażla B, il-limiti tal-faxex dwar il-volum ta' struzzjonijiet ta' ħlas huma maqsumin fi tnejn; u

(ii)

għandha titħallas tariffa fissa ta' kull xahar ta' EUR 150 (taħt l-Għażla A) jew EUR 1 875 (taħt l-Għażla B) flimkien mat-Tariffa Fissa I u t-Tariffa Fissa II.

(d)

Minbarra t-tariffi stabbiliti f'(a) sa (c), sistema anċillari li tuża l-ASI jew l-Interfaċċa tal-Parteċipant għandha tkun suġġetta wkoll għat-tariffi li ġejjin:

(i)

jekk is-sistema anċillari tagħmel użu mis-servizzi tal-valur miżjud tat-TARGET2 għal T2S, it-tariffa ta' kull xahar għall-użu tas-servizzi b'valur miżjud għandha tkun ta' EUR 50 għal dawk is-sistemi li għażlu l-għażla A u EUR 625 għal dawk is-sistemi li għażlu l-għażla B. Din it-tariffa għandha tiġi imposta għal kull kont miżmum mis-sistema anċillari li tuża s-servizzi;

(ii)

jekk is-sistema anċillari żżomm kont Prinċipali tal-PM marbut ma' DCA wieħed jew aktar, it-tariffa ta' kull xahar għandha tkun ta' EUR 250 għal kull DCA konness; u

(iii)

is-sistema anċillari bħala d-detentur tal-kont prinċipali tal-PM għandha tħallas it-tariffi li ġejjin għas-servizzi T2S konnessi mad-DCA(s) marbuta. Għandu jinħareġ kont separat għal dawn l-elementi:

Elementi tat-tariffa

Prezz (ċenteżmi ta' euro)

Spjegazzjoni

Servizzi ta' saldu

Ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità DCA lil DCA

9

kull trasferiment

Moviment intrabilanċ (jiġifieri, imblokkar, sblokkar, riżerva ta' likwidità, eċċ)

6

kull tranżazzjoni

Servizzi ta' informazzjoni

Rapporti A2 A

0,4

Għal kull element ta' negozju f'kull rapport A2 A ġġenerat

mistoqsijiet A2 A

0,7

Għal kull partita ta' negozju f'kull mistoqsija A2 A ġġenerata

mistoqsijiet U2 A

10

Għal kull funzjoni ta' tiftix eżegwita

mistoqsijiet U2 A mniżżla

0,7

Għal kull partita ta' negozju f'kull rapport A2 A ġġenerat u mniżżel

Messaġġi miġbura f'fajl

0,4

Għal kull messaġġ f'fajl

Trażmissjonijiet

1,2

Kull trażmissjoni

(2)

Kull tariffa pagabbli fir-rigward ta' struzzjoni ta' ħlas mibgħuta jew ħlas riċevut minn sistema anċillari, jew permezz tal-Interface tal-Parteċipant jew tal-ASI, għandha tkun imposta esklużivament fuq din is-sistema anċillari. Il-Kunsill Governattiv jista' jistabbilixxi regoli aktar dettaljati għall-identifikazzjoni ta' transazzjonijiet fatturabbli li jiġu saldati permezz tal-ASI.

(3)

Kull sistema anċillari għandha tirċievi fattura mill-ASCB tagħha għax-xahar ta' qabel, ibbażata fuq it-tariffi msemmija fis-subparagrafu 1, sa mhux aktar tard mid-disa' jum tan-negozju tax-xahar ta' wara. Ħlasijiet għandhom isiru sa mhux aktar tarf mill-14-il jum tan-negozju ta' dan ix-xahar lill-kont speċifikat mill-ASCB jew għandhom ikunu debitati minn kont speċifikat mis-sistema anċillari.

(4)

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, kull sistema anċillari li tkun ġiet identifikata skont id-Direttiva 98/26/KE għandha tiġi ttrattata separatament, anke jekk ikun hemm tnejn minnhom jew aktar li jkunu mħaddmin mill-istess entità legali. L-istess regola għandha tapplika għas-sistemi anċillari li ma jkunux ġew indikati skont id-Direttiva 98/26/KE, f'liema każijiet is-sistema anċillari għandha tkun identifikata b'referenza għall-kriterji li ġejjin: (a) arranġament formali, ibbażat fuq strument kuntrattwali jew leġiżlattiv, eż. ftehim bejn il-parteċipanti u l-operatur tas-sistema; (b) bi sħubiji multipli; (ċ) b'regoli komuni u arranġamenti standardizzati; u (d) għall-ikklerjar, netting u/jew saldu ta' ħlasijiet u/jew titoli bejn il-parteċipanti.


Top