EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011O0014

2011/817/UE: Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (riformulazzjoni) (BĊE/2011/14)

OJ L 331, 14.12.2011, p. 1–95 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 10 Volume 005 P. 194 - 288

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2015; Imħassar b' 32014O0060

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2011/817/oj

14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/1


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-20 ta’ Settembru 2011

dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema

(riformulazzjoni)

(BĊE/2011/14)

(2011/817/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Centrali u tal-Bank Centrali Ewropew, partikolarment l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikoli 12.1, 14.3 u 18.2, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Linja Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu 2000 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1) ġiet emendata sostanzjalment bosta drabi (2). Peress illi jridu jsiru aktar emendi, hija għandha tkun riformulata fl-interessi taċ-ċarezza.

(2)

Il-kisba ta’ politika monetarja waħdanija tinvolvi d-definizzjoni tal-istrumenti u l-proċeduri li jridu jintużaw mill-Eurosistema sabiex tiġi implimentata tali politika b’mod uniformi fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

(3)

L-obbligu tal-verifika għandu japplika biss għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostanzjali meta mqabblin mal-Linja Gwida BĊE/2000/7,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Prinċipji, strumenti, proċeduri u kriterji għall-implimentazzjoni tal- politika monetarja waħdanija tal-Eurosistema

Il-politika monetarja waħdanija għandha tkun implimentata skont il-prinċipji, strumenti, proċeduri u kriterji speċifikati f’Annessi I u II għal din il-Linja Gwida. Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex iwettqu l-operazzjonijiet ta’ politika monetarja skont il-prinċipji, strumenti, proċeduri u kriterji speċifikati f’Annessi I u II għal din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Verifika

Il-BĊNi għandhom jgħaddu lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) sal-11 ta’ Ottubru 2011 id-dettalji tat-testi u l-mezzi li permezz tagħhom huma bi ħsiebhom jikkonformaw ma dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Linja Gwida li jirrappreżentaw bidliet sostanzjali meta mqabblin mal-Linja Gwida BĊE/2000/7.

Artikolu 3

Revoka

1.   Il-Linja Gwida BĊE/2000/7 hija mħassra mill-1 ta’ Jannar 2012.

2.   Referenzi għal-Linja Gwida revokata għandhom jinftehmu bħala referenzi għal din il-Linja ta’ Gwida.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet finali

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara l-adozzjoni tagħha.

2.   Din il-Linja Gwida għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Artikolu 5

Indirizzati

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-20 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1.

(2)  Ara l-Anness III.


ANNESS I

L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITKA MONETARJA FIŻ-ŻONA TAL-EURO

Dokumentazzjoni ġenerali fuq l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema

WERREJ

INTRODUZZJONI

KAPITOLU 1 —   DESKRIZZJONI FIL-QOSOR TAL-QAFAS TAL-POLITIKA MONETARJA

1.1.

Is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali

1.2.

L-għanijiet tal-Eurosistema

1.3.

L-istrumenti tal-politika monetarja tal-Eurosistema

1.3.1.

Operazzjonijiet ta’ suq miftuħ

1.3.2.

Faċilitajiet permanenti

1.3.3.

Riżervi minimi

1.4.

Kontropartijiet

1.5.

Assi sottostanti

1.6.

Modifiki għall-qafas politiku monetarju

KAPITOLU 2 —   KONTROPARTIJIET ELIĠIBBLI

2.1.

Kriterji ġenerali ta’ eligibbiltà

2.2.

Għażla ta’ kontropartijiet għal sejħiet għal offerti mgħaġġla u operazzjonijiet bilaterali

2.3.

Sanzjonijiet f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ obbligi ta’ kontroparti

2.4.

Miżuri possibbli fuq il-bażi ta' prudenza jew wara każ ta' inadempjenza

2.4.1.

Miżuri fuq il-bażi ta’ prudenza

2.4.2.

Miżuri wara l-każ ta’ inadempjenza

2.4.3.

Applikazzjoni proporzjonata u mhux diskriminatorja ta’ miżuri diskrezzjonali

KAPITOLU 3 —   OPERAZZJONIJIET TA’ SUQ MIFTUĦ

3.1.

Tranżazzjonijiet irriversjati

3.1.1.

Konsiderazzjonijiet ġenerali

3.1.2.

Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin

3.1.3.

Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal

3.1.4.

Operazzjonijiet irriversjati ta’ irfinar

3.1.5.

Operazzjonijiet irriversjati strutturali

3.2.

Tranżazzjonijiet diretti

3.2.1.

Tip ta’ strument

3.2.2.

Natura legali

3.2.3.

Kundizzjonijiet tal-prezzijiet

3.2.4.

Karatteristiċi operattivi oħrajn

3.3.

Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE

3.3.1.

Tip ta’ strument

3.3.2.

Natura legali

3.3.3.

Termini tal-imgħax

3.3.4.

Karatteristiċi operattivi oħrajn

3.4.

Swaps tal-kambju barrani

3.4.1.

Tip ta’ strument

3.4.2.

Natura legali

3.4.3.

Valuta u termini tar-rata tal-kambju

3.4.4.

Karatteristiċi operattivi oħrajn

3.5.

Ġbir ta’ depożiti b’terminu fiss

3.5.1.

Tip ta’ strument

3.5.2.

Natura legali

3.5.3.

Termini tal-imgħax

3.5.4.

Karatteristiċi operattivi oħrajn

KAPITOLU 4 —   FAĊILITAJIET PERMANENTI

4.1.

Il-faċilità ta’ self marġinali

4.1.1.

Tip ta’ strument

4.1.2.

Natura legali

4.1.3.

Kundizzjonijiet ta’ aċċess

4.1.4.

Maturità u termini tal-imgħax

4.1.5.

Sospensjoni tal-faċilità

4.2.

Il-faċilità ta’ depożitu

4.2.1.

Tip ta’ strument

4.2.2.

Natura legali

4.2.3.

Kundizzjonijiet tal-aċċess

4.2.4.

Maturità u termini tal-iimgħax

4.2.5.

Sospensjoni tal-faċilità

KAPITOLU 5 —   PROĊEDURI

5.1.

Proċeduri ta’ sejħiet għal offerti

5.1.1.

Konsiderazzjonijiet ġenerali

5.1.2.

Kalendarju ta’ operazzjonijiet tas-sejħiet għal offerti

5.1.3.

Tħabbir ta’ operazzjonijiet ta’ sejħiet għal offerti

5.1.4.

Preparazzjoni u sottomissjoni ta’ offerti mill-kontropartijiet

5.1.5.

Proċeduri ta’ allokazzjoni ta’ sejħiet għal offerti

5.1.6.

Tħabbir tar-riżultati tas-sejħiet għal offerti

5.2.

Proċeduri għall-operazzjonijiet bilaterali

5.2.1.

Konsiderazzjonijiet ġenerali

5.2.2.

Kuntatt dirett mal-kontropartijiet

5.2.3.

Operazzjonijiet eżegwiti permezz ta’ boroż u aġenti tas-suq

5.2.4.

Tħabbir ta’ operazzjonijiet ta’ sejħiet għal offerti

5.2.5.

Jiem ta’ operazzjoni

5.3.

Proċeduri ta’ saldu

5.3.1

Konsiderazzjonijiet Ġenerali

5.3.2

Saldu ta’ operazzjonijiet ta’ suq miftuħ

5.3.3

Proċeduri tat-tmiem il-jum

KAPITOLU 6 —   ASSI ELIĠIBBLI

6.1.

Konsiderazzjonijiet ġenerali

6.2.

Speċifikazzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-assi sottostanti

6.2.1.

Kriterji ta’ eliġibbiltà għal assi negozjabbli

6.2.2.

Kriterji ta’ eliġibbiltà għal assi mhux negozjabbli

6.2.3.

Ħtiġijiet addizzjonali għall-użu ta’ assi eliġibbli

6.3.

Qafas tal-valutazzjoni ta’ kreditu tal-Eurosistema

6.3.1.

Ambitu u elementi

6.3.2.

Twaqqif ta’ standards ta’ kreditu għoljin għal assi negozjabbli

6.3.3.

Twaqqif ta’ standards ta’ kreditu għoljin għal assi negozjabbli

6.3.4.

Kriterji ta’ aċċettazzjoni għal sistemi ta’ valutazzjoni ta’ kreditu

6.3.5.

Monitoraġġ tal-prestazzjoni ta’ sistemi ta’ valutazzjoni ta’ kreditu

6.4.

Mizuri ghall-kontroll tar-riskju

6.4.1.

Prinċipji ġenerali

6.4.2.

Miżuri ta’ kontroll ta’ riskju għal assi negozjabbli

6.4.3.

Miżuri ta’ kontroll ta’ riskju għal assi mhux negozjabbli

6.5.

Prinċipji ta’ valutazzjoni ta’ assi sottostanti

6.5.1.

Assi negozjabbli

6.5.2.

Assi mhux negozzjabbli

6.6.

Użu transkonfinali ta’ assi eliġibbli

6.6.1.

Mudell tas-sistema bankarja ċentrali korrispondenti

6.6.2.

Rabtiet bejn sistemi ta’ saldu ta’ titoli

6.7.

Aċċettazzjoni ta’ kollateral mhux iddenominat f’euro f’kontinġenzi

KAPITOLU 7 —   RIŻERVI MINIMI

7.1.

Konsiderazzjonijiet ġenerali

7.2.

Istituzzjonijiet suġġetti għall-obbligu tar-riżerva minima

7.3.

Determinazzjoni ta’ riżervi minimi

7.3.1.

Bażi tar-riżerva u proporzjonijiet tar-riżerva

7.3.2.

Kalkoli tal-ħtiġijiet ta’ riżerva

7.4

Żamma ta’ investimenti ta’ riżerva

7.4.1.

Perjodu ta’ żamma

7.4.2.

Investimenti ta’ riżerva

7.4.3.

Remunerazzjoni ta’ investimenti f’riżervi

7.5.

Rappurtar, rikonoxximent u verifika tal-bażi tar-riżerva

7.6.

Nonkonformità mal-obbigu tar-riżerva minima

APPENDIĊI 1 —

Eżempji ta’ Operazzjonijiet tal-Politika Monetarja u Proċeduri

APPENDIĊI 2 —

Glossarju

APPENDIĊI 3 —

Għażla ta’ kontropartijiet għall-operazzjonijiet ta’ intervent ta’ kambju barrani u swaps tal-kambju barrani għal finijiet ta’ politika monetarja

APPENDIĊI 4 —

Il-qafas ta’ rappurtar għall-istatistika tal-flus u bankarja tal-Bank Ċentrali Ewropew

APPENDIĊI 5 —

Is-Siti Elettroniċi tal-Eurosistema

APPENDIĊI 6 —

Proċeduri u sanzjonijiet li jiġu applikati fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi tal-kontroparti

APPENDIĊI 7 —

Ħolqien ta’ garanzija valida fuq klejms ta’ kreditu

Abbrevjazzjonijiet

CCBM

Mudell ta’ kummerċ bankarju korrispondenti

CET

Ħin tal-Ewropa Ċentrali

CIs

Istituzzjoni ta’ Kreditu

CRD

Direttiva dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital

CSD

Depożitorju tat-titoli ċentrali

KE

Il-Komunità Ewropea

ECAF

Qafas tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-Eurosistema

ECAI

Istituzzjoni tal-valutazzjoni ta’ kreditu estern

BĊE

Bank Ċentrali Ewropew

ŻEE

Żona Ekonomika Ewropea

KEE

Komunità Ekonomika Ewropea

ESA 95

Sistema Ewropea tal-Kontijiet 1995

SEBĊ

Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali

UE

Unjoni Ewropea

ICAS

Sistema ta’ valutazzjoni ta’ kreditu in-house

ICSD

Depożitorju tat-titoli ċentrali internazzjonali

IDC

Kreditu intraday

IRB

Sistema bbażata fuq klassifika interna

ISIN

Numru ta’ Identifikazzjoni ta’ Titoli Internazzjonali

MFI

Istituzzjoni finanzjarja monetarja

MMF

Fond tas-suq tal-flus

BĊN

Bank ċentrali nazzjonali

PD

Probabbiltà ta’ inadempjenza

PSE

Korp tas-settur pubbliku

RMBD

Strument ta’ dejn appoġġat minn ipoteka bl-imnut

RoW

Bqija tad-dinja

RT

Għodda ta’ klassifika

RTGS

Sistema ta’ saldu f’ħin reali

SSS

Sistema ta’ saldu ta’ titoli

TARGET

Is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer, kif imfissra fil-Linja ta’ Gwida BĊE/2005/16

TARGET2

Is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer, kif imfissra fil-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2

UCITS

Impenn għall-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli

Introduzzjoni

Dan id-dokument jippreżenta l-qafas operattiv magħżul mill-Eurosistema għall-politika monetarja waħdanija fiż-żona tal-euro. Id-dokument, li jifforma parti mill-qafas legali tal-Eurosistema għall-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja, huwa intiż biex iservi bħala “Dokumentazzjoni Ġenerali” fuq l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema, u huwa mmirat, b’mod partikolari, biex il-kontropartijiet jiġu provduti b’informazzjoni li jkollhom bżonn fir-rigward tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

Id-Dokumentazzjoni Ġenerali fiha nnifisha la tagħti drittijiet u lanqas timponi obbligi fuq il-kontropartijiet. Ir-relazzjoni legali bejn l-Eurosistema u l-kontropartijiet tagħha hija stabbilita f’arranġamenti kontrattwali jew regolatorji xierqa.

Dan d-dokument huwa maqsum f’seba’ kapitoli. Il-Kapitolu 1 jagħti deskrizzjoni fil-qosor tal-qafas operattiv għall-politka monetarja tal-Eurosistema. Fil-Kapitolu 2, il-kriterji tal-eliġibbiltà għall-kontropartijiet li jieħdu sehem fl-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema jiġu speċifikati. Il-Kapitolu 3 jiddeskrivi operazzjonijiet ta’ suq miftuħ, filwaqt li l-Kapitolu 4 jippreżenta l-faċilitajiet permanenti disponibbli għall-kontropartijiet. Il-Kapitolu 5 jispeċifika l-proċeduri applikati fl-eżekuzzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ politika monetarja. Fil-Kapitolu 6, il-kriterji tal-eliġibbiltà għall-assi sottostanti fl-operazzjonijiet ta’ politika monetarja jiġu definiti. Il-Kapitolu 7 jippreżenta s-sistema ta’ riżerva minima tal-Eurosistema.

L-appendiċijiet fihom eżempji ta’ operazzjonijiet ta’ politka monetarja, glossarju, kriterji għall-għażla tal-kontropartijiet għall-operazzjonijiet ta’ intervent tal-kambju barrani tal-Eurosistema, preżentazzjoni tal-qafas ta’ rappurtar għall-istatistika tal-flus u bankarja tal-Bank Ċentrali Ewropew, lista ta’ siti elettroniċi tal-Eurosistema, deskrizzjoni tal-proċeduri u sanżjonijiet li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi tal-kontroparti u rekwiżiti legali addizzjonali għall-ħolqien ta’ garanzija valida fuq klejms ta’ kreditu meta dawn jintużaw bħala kollateral mal-Eurosistema.

KAPITOLU 1

DESKRIZZJONI FIL-QOSOR TAL-QAFAS TAL-POLITIKA MONETARJA

1.1.   Is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali

Is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) hija magħmula mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE (1). L-attivitajiet tas-SEBĊ jitwettqu skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-Istatut tas-SEBĊ). Is-SEBĊ hija rregolata mill-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-BĊE. F’dan ir-rigward il-Kunsill Governattiv tal-BĊE huwa responsabli għall-formulazzjoni tal-politika monetarja, waqt li l-Bord Eżekuttiv għandu s-setgħa li jimplimenta l-politika monetarja skont id-deċiżjonijiet meħuda u l-linji ta’ gwida preskritti mill-Kunsill Governattiv. Sa fejn huwa meqjus possibbli u xieraq u bil-ħsieb li tiġi żgurata effiċjenza operattiva, il-BĊE jirrikorri lejn il-BĊNi biex iwettaq l-operazzjonijiet li jiffumaw parti mill-kompiti tal-Eurosistema (2). Il-BĊNi jistgħu, jekk ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-politika monetarja, jaqsmu fost il-membri tal-Eurosistema informazzjoni individwali, bħal dejta operattiva, b’rabta mal-kontropartijiet li jipparteċipaw fl-operazzjonijiet tal-Eurosistema (3). L-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema huma eżegwiti taħt termini u kundizzjonijiet uniformi fl-Istati Membri kollha (4).

1.2.   L-għanijiet tal-Eurosistema

L-għan ewlieni tal-Eurosistema huwa li żżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet, kif definit fl-Artikolu 127(1) tat-Trattat. Mingħajr preġudizzju għall-għan ewlieni tal-istabbiltà tal-prezzijiet, l-Eurosistema għandha ssostni l-politika ekonomika ġenerali fl-Unjoni. Fit-twettiq tal-għanijiet tagħha, l-Eurosistema għandha taġixxi skont il-prinċipju ta’ ekonomija ta’ suq miftuħ b’kompetizzjoni ħielsa, li jiffavorixxi l-allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi.

1.3.   L-istrumenti tal-politika monetarja tal-Eurosistema

Biex tikseb l-għanijiet tagħha, l-Eurosistema għandha għad-dispożizzjoni tagħha sett ta’ strumenti ta’ politika monetarja; l-Eurosistema tmexxi operazzjonijiet ta’ suq miftuħ, toffri faċilitajiet permanenti u teħtieġ li istituzzjonijiet ta’ kreditu jkollhom riżervi minimi fuq kontijiet mal-Eurosistema.

1.3.1.   Operazzjonijiet ta’ suq miftuħ

Operazzjonijiet ta’ suq miftuħ għandhom rwol importanti fil-politika monetarja tal-Eurosistema għall-finijiet tat-tmexxija ta’ rati ta’ imgħax, il-ġestjoni tas-sitwazzjoni ta’ likwidità fis-suq u l-indikazzjoni tal-pożizzjoni tal-politika monetarja. Hemm ħames tipi ta’ strumenti disponibbli għall-Eurosistema għat-tmexxija ta’ operazzjonijiet ta’ suq miftuħ. L-aktar strument importanti huwa t-tranżazzjoni rriversjata (applikabbli fuq il-bażi ta’ ftehim ta’ xiri mill-ġdid jew self kollateralizzat). L-Eurosistema tista’ wkoll tuża tranżazzjonijiet diretti, il-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE, swaps ta’ kambju barrani u l-ġbir ta’ depożiti b’terminu fiss. Operazzjonijiet ta’ suq miftuħ huma mibdija mill-BĊE, li jiddeċiedi wkoll dwar l-istrument li għandu jintuża u t-termini u l-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni tiegħu. Jistgħu jiġu eżegwiti fuq il-bażi ta’ sejħiet għal offerti standard, sejħiet għal offerti mgħaġġla jew proċeduri bilaterali (5). Fir-rigward tal-miri, ir-regolarità u l-proċeduri tagħhom, l-operazzjonijiet ta’ suq miftuħ tal-Eurosistema jistgħu jinqasmu fl-erba’ kategoriji li ġejjin (ara wkoll it-Tabella 1):

(a)

L-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin huma tranżazzjonijiet irriversjati regolari li jipprovdu l-likwidità ta’ kull ġimgħa u li normalment għandhom maturità ta’ ġimgħa. Dawn l-operazzjonijiet jiġu eżegwiti mill-BĊNi fuq il-bażi ta’ sejħiet għal offerti standard. L-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin għandhom rwol ċentrali fl-insegwiment tal-oġġettivi tal-operazzjonijiet ta’ suq miftuħ tal-Eurosistema.

(b)

L-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal huma tranżazzjonijiet irriversjati li jipprovdu l-likwidità ta’ kull xahar u li normalment għandhom maturità ta’ tliet xhur. Dawn l-operazzjonijiet huma mmirati biex jipprovdu lill-kontropartijiet b’finanzjament fuq żmien itwal addizzjonali u huma jiġu eżegwiti mill-BĊNi fuq il-bażi ta’ sejħiet għal offerti standard. F’dawn l-operazzjonijiet, l-Eurosistema m’għandhiex il-ħsieb, bħala regola, li tibgħat sinjali lis-suq u għalhekk normalment taġixxi bħala dik li tieħu r-rata.

(c)

Operazzjonijiet ta’ rfinar huma eżegwiti fuq bażi ad hoc bil-għan li tiġi ġestita s-sitwazzjoni tal-likwidità fis-suq u t-tmexxija tar-rati ta’ imgħax, b’mod partikolari sabiex jitwittew l-effetti fuq ir-rati tal-imgħax li jinqalgħu minn varjazzjonijiet mhux mistennija tal-likwidità fis-suq. L-operazzjonijiet ta’ rfinar jistgħu jitwettqu fl-aħħar jum ta’ perijodu ta’ żamma ta’ riżerva biex jagħmlu tajjeb għall-iżbilanċi ta’ likwidità li setgħu akkumulaw mill-allokazzjoni tal-aħħar operazzjoni ta’ rifinanzjament ewlenija. Operazzjonijiet ta’ rfinar huma eżegwiti primarjament bħala tranżazzjonijiet irriversjati iżda jistgħu wkoll jieħdu l-forma jew ta’ swaps tal-kambju barrani jew ta’ ġbir ta’ depożiti b’terminu fiss. L-istrumenti u l-proċeduri applikati fit- twettiq ta’ operazzjonjiet ta’ rfinar huma adattati għat-tipi ta’ tranżazzjonijiet u l-għanijiet speċifiċi segwiti fl-operazzjonijiet. Operazzjonijiet ta’ rfinar huma normalment eżegwiti mill-BĊNi permezz ta’ sejħiet għal offerti mgħaġġla jew proċeduri bilaterali. Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jiddeċiedi jekk, taħt cirkustanzi eċċezzjonali, operazzjonijiet bilaterali ta’ rfinar jistgħux jiġu eżegwiti mill-BĊE nnifsu.

(d)

Barra minn dan, l-Eurosistema tista’ twettaq operazzjonijiet strutturali permezz tal-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE, tranżazzjonijiet irriversjati u tranżazzjonijiet diretti. Dawn l-operazzjonijiet huma eżegwiti kull meta l-BĊE jixtieq jaġġusta l-pożizzjoni strutturali tal-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju (fuq bażi regolari jew mhux regolari). Operazzjonijiet strutturali fil-forma ta’ tranżazzjonijiet irriversjati u l-ħruġ ta’ strumenti ta’ dejn huma mwettqa mill-BĊNi permezz ta’ sejħiet għal offerti standard. Operazzjonijiet strutturali fil-forma ta’ tranżazzjonijiet diretti huma normalment eżegwiti mill-BĊNi permezz ta’ proċeduri bilaterali. Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE għandu jiddeċiedi li, taħt cirkustanzi eċċezzjonali, operazzjonijiet strutturali jistgħu jiġu eżegwiti mill-BĊE nnifsu.

1.3.2.   Faċilitajiet permanenti

Il-faċilitajiet permanenti jimmiraw li jipprovdu u jassorbu likwidità overnight, jagħtu x-xejra ġenerali tal-politika monetarja u rati ta’ imgħax tas-suq overnight marbutin. Żewġ faċilitajiet permanenti huma disponibbli għal kontropartijiet eliġibbli fuq l-inizjattiva tagħhom stess, bla ħsara għat-twettiq ta’ ċerti kundizzjonijiet operattivi ta’ aċċess (ara wkoll it-Tabella 1):

(a)

Il-kontropartijiet jistgħu jużaw il-faċilità ta’ self marġinali biex jiksbu likwidità overnight mill-BĊNi kontra assi eliġibbli. F’cirkustanzi normali, ma hemm ebda limitu ta’ kreditu jew restrizzjonijiet oħra fuq l-aċċess ta’ kontropartijiet għall-faċilità minbarra l-ħtieġa li jiġu ppreżentati assi sottostanti suffiċjenti. Ir-rata ta’ imgħax fuq il-faċilità ta’ self marġinali normalment tipprovdi limitu għar-rata ta’ imgħax tas-suq overnight.

(b)

Il-kontropartijiet jistgħu jużaw il-faċilità ta’ depożitu biex jagħmlu depożiti overnight mal-BĊNi. F’cirkustanzi normali, ma hemm ebda limitu ta’ depożitu jew restrizzjonijiet oħra għall-aċċess tal-kontropartijiet għall-faċilità. Ir-rata ta’ imgħax fuq il-faċilità tad-depożitu normalment tipprovdi l-limitu l-baxx għar-rata ta’ imgħax tas-suq overnight.

Il-faċilitajiet permanenti huma amministrati b’mod deċentralizzat mill-BĊNi.

1.3.3.   Riżervi minimi

Is-sistema tar-riżervi minimi tal-Eurosistema tapplika għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro u primarjament għandha l-għan li jiġu stabbilizzati r-rati tal-imgħax tas-swieq tal-flus u li toħoloq (jew tkabbar) nuqqas ta’ likwidità strutturali. Il-ħtieġa tar-riżerva ta’ kull istituzzjoni hija stabbilita fir-rigward tal-elementi tal-karta tal-bilanċ tagħha. Sabiex tintlaħaq il-mira tal-istabbilizzazzjoni tar-rati tal-imgħax, is-sistema tar-riżerva minima tal-Eurosistema tippermetti li l-istituzzjonijiet jagħmlu użu minn dispożizzjonijiet li jwasslu għall-medja. Il-konformità mal-ħtieġa tar-riżervi hija stabbilita fuq il-bażi tal-medja ta’ kuljum tar-riżervi miżmuma tal-istituzzjoni matul il-perijodu ta’ żamma. Ir-riżervi meħtieġa li jinżammu mill-istituzzjonijiet huma remunerati bir-rata tal-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tal-Eurosistema.

Tabella 1

Operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema

Operazzjonijiet tal-politika monetarja

Tipi ta’ tranżazzjonijiet

Maturità

Frekwenza

Proċedura

Għoti ta’ likwidità

Assorbiment tal-likwidità

Operazzjonijiet ta’ suq miftuħ

Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin

Tranżazzjonijiet irriversjati

Ġimgħa

Kull ġimgħa

Sejħiet għal offerti standard

Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal

Tranżazzjonijiet irriversjati

Tliet xhur

Kull xahar

Sejħiet għal offerti standard

Operazzjonijiet ta’ rfinar

Tranżazzjonijiet irriversjati

Swaps tal-kambju barrani

Tranżazzjonijiet irriversjati

Ġbir ta’ depożiti b’terminu fiss

Swaps tal-kambju barrani

Mhux standardizzat

Mhux regolari

Sejħiet għal offerti mgħaġġla:

Proċeduri bilaterali

Operazzjonijiet strutturali

Tranżazzjonijiet irriversjati

Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE

Standardizzat/mhux standardizzat

Regolari u mhux regolari

Sejħiet għal offerti standard

Xiri assolut

Bejgħ assolut

Mhux regolari

Proċeduri bilaterali

Faċilitajiet permanenti

Faċilità ta’ self marġinali

Tranżazzjonijiet irriversjati

Overnight

Aċċess fid-diskrezzjoni tal-kontropartijiet

Faċilità ta’ depożitu

Depożiti

Overnight

Aċċess fid-diskrezzjoni tal-kontropartijiet

1.4.   Kontropartijiet

Il-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema huwa fformulat bil-ħsieb li jiżgura l-parteċipazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ kontropartijiet. Istituzzjonijiet suġġetti għal ħtiġijiet ta’ riżervi minimi skont l-Artikolu 19.1 tal-Istatut tas-SEBĊ jistgħu jkollhom aċċess għall-faċilitajiet permanenti u jipparteċipaw f’operazzjonijiet ta’ suq miftuħ ibbażati fuq sejħiet għal offerti standard kif ukoll tranżazzjonijiet diretti. L-Eurosistema tista’ tagħżel numru limitat ta’ kontropartijiet biex jipparteċipaw fl-operazzjonijiet ta’ rfinar. Għal swaps tal-kambju barrani mwettqa għal għanijiet tal-politika monetarja, jintużaw il-parteċipanti attivi fis-suq tal-kambju barrani. Is-sett ta’ kontropartijiet għal dawn l-operazzjonijiet huwa limitat għal dawk l-istituzzjonijiet magħżula għall-operazzjonijiet ta’ intervent tal-kambju barrani tal-Eurosistema li huma stabbiliti fiż-żona tal-euro.

Il-kontropartijiet għandhom jitqiesu li huma konsapevoli ta’, u ser jikkonformaw ma’, l-obbligi kollha imposti fuqhom mil-leġiżlazzjoni dwar il-ħasil tal-flus u l-finanzjament kontra t-terroriżmu.

1.5.   Assi sottostanti

Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, l-operazzjonijiet kollha ta’ kreditu tal-Eurosistema (jiġifieri operazzjonijiet ta’ politika monetarja li jipprovdu l-likwidità u kreditu intraday) għandhom ikunu bbażati fuq kollateral adegwat. L-Eurosistema taċċetta firxa wiesgħa ta’ assi biex isostnu l-operazzjonijiet tagħha. L-Eurosistema żviluppat qafas waħdieni għal kollateral eliġibbli komuni għall-operazzjonijiet ta’ kreditu kollha tal-Eurosistema (imsejjaħ ukoll bħala l-“Lista Waħda”). Fl-1 ta’ Jannar 2007, dan il-qafas waħdieni ħa post is-sistema b’żewġ saffi li kienet fis-seħħ sa mill-bidu tat-tielet stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja. Il-qafas waħdieni jkopri assi negozjabbli u mhux negozjabbli li jissodisfaw kriterji ta’ eliġibbiltà uniformi maż-żona tal-euro kollha speċifikati mill-Eurosistema. Ma ssir ebda distinzjoni bejn assi negozjabbli u dawk mhux negozjabbli fir-rigward tal-kwalità tal-assi u l-eligibbiltà tagħhom għat-tipi varji ta’ operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, ħlief li assi mhux negozjabbli ma jintużawx mill-Eurosistema għal tranżazzjonijiet diretti. L-assi eliġibbli kollha jistgħu jintużaw fuq bażi transkonfinali permezz tal-mudell ta’ kummerċ bankarju ċentrali korrispondenti (CCBM) u, fil-każ ta’ assi negozjabbli, permezz ta’ rabtiet eliġibbli bejn is-sistemi ta’ saldu ta’ titoli (SSSs) tal-Unjoni.

1.6.   Modifiki għall-qafas politiku monetarju

Il-Kunsill Governattiv tal-EĊB jista’, f’kull żmien, jibdel l-istrumenti, il-kundizzjonijiet, il-kriterji u l-proċeduri għall-eżekuzzjoni tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

KAPITOLU 2

KONTROPARTIJIET ELIĠIBBLI

2.1.   Kriterji ġenerali ta’ eligibbiltà

Il-kontropartijiet għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw ma’ ċerti kriterji ta’ eligibbiltà (6). Dawn il-kriterji huma definiti bil-ħsieb li jagħtu aċċess għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema lil firxa wiesgħa ta’ istituzzjonijiet, billi jtejbu t-trattament ugwali ta’ istituzzjonijiet fi ħdan iż-żona tal-euro u jassiguraw li l-kontropartijiet iwettqu ċerti ħtiġijiet operattivi u prudenzjali:

(a)

Huma biss l-istituzzjonijiet suġġetti għas-sistema ta’ riżervi minimi tal-Eurosistema skont l-Artikolu 19.1 tal-Istatut tas-SEBĊ li huma eliġibbli biex i kunu kontropartijiet. Istituzzjonijiet li huma eżenti mill-obbligi tagħhom taħt is-sistema ta’ riżervi minimi tal-Eurosistema (ara Taqsima 7.2) mhumiex eliġibbli li jkunu kontropartijiet għal faċilitajiet permanenti u operazzjonijiet ta’ suq miftuħ tal-Eurosistema;

(b)

Il-kontropartijiet għandhom ikunu finanzjarjament sodi. Għandhom ikunu suġġetti għal tal-anqas forma waħda ta’ superviżjoni armonizzata tal-Unjoni/ż-ŻEE mill-awtoritajiet nazzjonali (7). Minħabba n-natura istituzzjonali speċifika taħt id-dritt tal-Unjoni, istituzzjonijiet finanzjarjament sodi fit-tifsira tal-Artikolu 123(2) tat-Trattat li huma suġġetti għal superviżjoni ta’ standard paragunabbli mas-superviżjoni minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jiġu aċċettati bħala kontropartijiet. Istituzzjonijiet finanzjarjament sodi li huma suġġetti għas-superviżjoni mhux armonizzata mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ standard paragunabbli mas-superviżjoni armonizzata tal-Unjoni/-ŻEE jistgħu jiġu aċċettati wkoll bħala kontropartijiet, eż. fergħat stabbiliti fiż-żona tal-euro ta’ istituzzjonijiet inkorporati barra ż-ŻEE;

(c)

Il-kontropartijiet għandhom jissodisfaw kull kriterju operattiv speċifikat fl-arranġamenti relevanti kuntrattwali jew regolatorji applikabbli mill-BĊN rispettiv (jew il-BĊE), sabiex jiġi żgurat it-twettiq effiċjenti tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

Dawn il-kriterji ġenerali ta’ eligibbiltà huma uniformi maż-żona tal-euro kollha. Istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji ġenerali ta’ eligibbiltà jistgħu:

(a)

jkollhom aċċess għall-faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema; u

(b)

jipparteċipaw f’operazzjonijiet ta’ suq miftuħ tal-Eurosistema li huma bbażati fuq sejħiet għal offerti standard.

Istituzzjoni jista’ jkollha aċċess għall-faċilitajiet permanenti u l-operazzjonijiet ta’ suq miftuħ tal-Eurosistema bbażati fuq sejħiet għal offerti standard biss permezz tal-BĊN tal-Istat Membru fejn tkun inkorporata. Jekk istituzzjoni jkollha stabbilimenti (l-uffiċċju prinċipali tagħha jew fergħat) f’aktar minn Stat Membru wieħed, kull stabbiliment ikollu aċċess għal dawn l-operazzjonijiet permezz tal-BĊN tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit minkejja l-fatt li offerti għas-sejħiet għal offerti ta’ istituzzjoni jistgħu jintbagħtu biss minn stabbiliment wieħed (jew l-uffiċċju prinċipali jew fergħa nominata) f’kull Stat Membru.

2.2.   Għażla ta’ kontropartijiet għal sejħiet għal offerti mgħaġġla u operazzjonijiet bilaterali

Għal tranżazzjonijiet diretti, ma jitqiegħdu ebda restrizzjonijiet minn qabel fuq il-firxa ta’ kontropartijiet.

Għal swaps tal-kambju barrani eżegwiti għal għanijiet ta’ politika monetarja, il-kontropartijiet għandhom ikunu jistgħu jwettqu operazzjonijiet ta’ kambju barrani fuq volum kbir b’mod effiċjenti taħt il-kundizzjonijiet kollha tas-suq. Il-firxa ta’ kontropartijiet għal swaps ta’ kambju barrani tikkorrispondi mal-kontropartijiet stabbiliti fiż-żona tal-euro li jintgħażlu għal operazzjonijiet ta’ intervent ta’ kambju barrani tal-Eurosistema. Il-proċeduri u l-kriterji applikati għall-għażla ta’ kontropartijiet għal operazzjonijiet ta’ intervent ta’ kambju barrani huma ppreżentati fl-Appendiċi 3.

Għal operazzjonijiet oħra bbażati fuq sejħiet għal offerti mgħaġġla u proċeduri bilaterali (irfinar ta’ operazzjonijiet irriversjati u l-ġbir ta’ depożiti fuq terminu fiss), kull BĊN jagħżel sett ta’ kontropartijiet minn fost l-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Istat Membru tiegħu li jikkonformaw mal-kriterji ġenerali ta’ eligibbiltà ta’ kontroparti. F’dan ir-rigward, l-attività fis-suq tal-flus hija l-kriterju primarju tal-għażla. Kriterji oħra li jistgħu jitqiesu huma, per eżempju, l-effiċjenza tad-desk tan-negożju u l-potenzjal għall-offerti.

F’sejħiet għal offerti mgħaġġla u operazzjonijiet bilaterali, il-BĊNi jittrattaw mal-kontropartijiet li huma inklużi fis-sett rispettiv tagħhom ta’ kontropartijiet ta’ rfinar. Sejħiet għal offerti mgħaġġla u operazzjonijiet bilaterali jistgħu jiġu eżegwiti ma’ firxa wiesgħa ta’ kontropartijiet.

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jiddeċiedi jekk, taħt cirkustanzi eċċezzjonali, operazzjonijiet bilaterali ta’ rfinar jistgħux jiġu eżegwiti mill-BĊE nnifsu. Jekk il-BĊE jkollu jwettaq operazzjonijiet bilaterali, f’dawn il-każijiet l-għażla tal-kontropartijiet ikollha ssir mill-BĊE skont skema ta’ rotazzjoni fost dawk il-kontropartijiet fiż-żona tal-euro li huma eliġibbli għal sejħiet għal offerti mgħaġġla u operazzjonijiet bilaterali sabiex jiġi assigurat aċċess ekwu.

2.3.   Sanzjonijiet f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ obbligi ta’ kontroparti

L-BĊE għandu jimponi sanzjonijiet, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (8), ir-Regolament (KE) Nru 2157/1999/KE tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta’ Settembru 1999 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (BĊE/1999/4) (9), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew (10), u r-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi (BĊE/2003/9) (11), fuq istituzzjonijiet li ma jikkonformawx ma’ obbligi li joħorġu mir-Regolamenti u Deċiżjonijiet tal-BĊE li jirrigwardaw l-applikazzjoni tar-riżervi minimi. Is-sanzjonijiet rilevanti u r-regoli proċedurali għall-applikazzjoni tagħhom huma speċifikati fir-Regolamenti msemmijin aktar ’il fuq. Barra minn hekk, f’każ ta’ ksur serju tal-ħtiġijiet tar-riżervi minimi, l-Eurosistema tista’ tissospendi l-parteċipazzjoni tal-kontropartijiet f’operazzjonijiet ta’ suq miftuħ.

Skont id-dispożizzjonijiet fl-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN rispettiv (jew mill-BĊE), l-Eurosistema tista’ u għandha timponi penalitajiet finanzjarji fuq kontropartijiet jew tissospendi kontropartijiet mill-parteċipazzjoni f’operazzjonijiet ta’ suq miftuħ jekk il-kontropartijiet jonqsu li jikkonformaw mal-obbligi tagħhom taħt l-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊNi (jew mill-BĊE) kif stabbilit hawn taħt.

Dan jirrigwarda l-każijiet ta’ ksur ta’ (a) regoli tas-sejħiet għal offerti, jekk il-kontroparti tonqos milli tittrasferixxi ammont suffiċjenti ta’ assi sottostanti jew flus kontanti (12) biex isir il-ħlas (f’jum il-ħlas), jew għall-kollateralizzazzjoni, sal-maturità tal-operazzjoni permezz ta’ sejħiet ta’ marġni korrispondenti, l-ammont ta’ likwidità li ġie allokat lilha f’operazzjoni li tipprovdi likwidità, jew jekk tonqos milli tittrasferixxi ammont suffiċjenti ta’ flus kontanti biex tħallas is-somma li ġiet allokata f’operazzjoni ta’ assorbiment ta’ likwidità; u (b) regoli ta’ tranżazzjoni bilaterali, jekk kontroparti tonqos milli tittrasferixxi ammont suffiċjenti ta’ assi sottostanti eliġibbli, jew jekk tonqos milli tittrasferixxi ammont suffiċjenti ta’ flus kontanti biex jitħallas l-ammont miftiehem fi tranżazzjonijiet bilaterali, jew jekk tonqos milli tikkollateralizza tranżazzjoni bilaterali pendenti f’kull ħin sal-maturità tagħha permezz ta’ sejħiet ta’ marġni korrispondenti.

Dan japplika wkoll għall-każijiet ta’ nonkonformità minn kontroparti ma’: (a) ir-regoli għall-użu ta’ assi sottostanti (jekk kontroparti tkun tuża assi li huma jew li saru ineliġibbli, jew li ma jistgħux jintużaw mill-kontroparti, pereżempju minħabba rabtiet mill-qrib bejn, jew l-identità ta’ dak li jagħmel il-ħruġ/garanti u l-kontroparti); u (b) ir-regoli tal-proċeduri ta’ tmiem il-jum u l-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali (jekk kontroparti li jkollha bilanċ negattiv fil-kont tal-ħlas fi tmiem il-jum ma tħarisx il-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali).

Barra minn hekk, miżura ta’ sospensjoni meħuda fil-konfront tal-kontroparti li ma tikkonformax tista’ tiġi applikata għall-fergħat tal-istess istituzzjoni stabbiliti fi Stati Membri oħrajn. Fejn, bħala miżura eċċezzjonali, dan ikun meħtieġ minħabba s-serjetà ta’ każ ta’ nonkonformità, kif ippruvat mill-frekwenza tagħha jew mid-dewmien, pereżempju, kontroparti tista’ tiġi sospiża mill-operazzjonijiet futuri ta’ politika monetarja kollha għal ċertu perijodu ta’ żmien.

Penalitajiet finanzjarji imposti minn BĊNi fil-każ ta’ nonkonformità b’rabta ma’ ksur tar-regoli li jikkonċernaw operazzjonijiet ta’ sejħiet għal offerti, tranżazzjonijiet bilaterali, assi sottostanti, proċeduri ta’ tmiem il-jum jew il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali jiġu kalkolati b’rata ta’ penalità speċifikata minn qabel (kif stabbilit fl-Appendiċi 6).

2.4.   Miżuri possibbli fuq il-bażi ta’ prudenza jew wara każ ta’ inadempjenza

2.4.1.   Miżuri fuq il-bażi ta’ prudenza

L-Eurosistema tista’ tieħu l-miżuri li ġejjin fuq il-bażi ta’ prudenza:

(a)

skont l-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN rispettiv jew mill-BĊE, l-Eurosistema tista’ tissospendi, tillimita jew teskludi l-aċċess ta’ kontropartijiet individwali għal strumenti ta’ politika monetarja;

(b)

l-Eurosistema tista’ tirrifjuta jew tillimita l-użu ta’ jew tapplika haircuts supplimentari għal assi ppreżentati bħala kollateral fl-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema minn kontropartijiet speċifiċi.

2.4.2.   Miżuri wara l-każ ta’ inadempjenza

L-Eurosistema tista’ tissospendi, tillimita jew teskludi aċċess għal operazzjonijiet ta’ politika monetarja fir-rigward ta’ kontropartijiet li jkunu inadempjenti skont arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊNi.

2.4.3.   Applikazzjoni proporzjonata u mhux diskriminatorja ta’ miżuri diskrezzjonali

Il-miżuri diskrezzjonali kollha biex tiġi żgurata l-ġestjoni tar-riskju prodenti jiġu applikati u kkalibrati mill-Eurosistema b’mod proporzjonat u non-diskriminatorju. Kull miżura diskrezzjonali meħuda fil-konfront ta’ kontroparti individwali għandha tkun ġustifikata kif xieraq.

KAPITOLU 3

OPERAZZJONIJIET TA’ SUQ MIFTUĦ

Operazzjonijiet ta’ suq miftuħ għandhom rwol importanti fil-politika monetarja tal-Eurosistema. Dawn jintużaw għat-tmexxija ta’ rati ta’ imgħax, il-ġestjoni tas-sitwazzjoni tal-likwidità fis-suq u l-indikazzjoni tal-pożizzjoni tal-politika monetarja. Fir-rigward tal-miri, ir-regolarità u l-proceduri tagħhom, l-operazzjonijiet ta’ suq miftuħ tal-Eurosistema jistgħu jinqasmu f’erba’ kategoriji: operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin, operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal, operazzjonijiet ta’ rfinar u operazzjonijiet strutturali. Fir-rigward tal-istrumenti użati, tranżazzjonijiet irriversjati huma l-istrument ewlieni ta’ suq miftuħ tal-Eurosistema u jistgħu jintużaw fl-erba’ kategoriji kollha ta’ operazzjonijiet, filwaqt li ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE jistgħu jintużaw għal operazzjonijiet ta’ assorbiment strutturali. L-operazzjonijiet strutturali jistgħu jitwettqu wkoll permezz ta’ tranżazzjonijiet diretti jiġifieri xiri u bejgħ. Barra minn dan, l-Eurosistema għandha żewġ strumenti oħra disponibbli għat-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ rfinar: swaps ta’ kambju barrani u l-ġbir ta’ depożiti għal terminu fiss. Fit-taqsimiet li ġejjin, karatteristiċi speċifiċi tat-tipi differenti ta’ strumenti tas-suq miftuħ użati mill-Eurosistema huma ppreżentati fid-dettall.

3.1.   Tranżazzjonijiet irriversjati

3.1.1.   Konsiderazzjonijiet ġenerali

3.1.1.1.   Tip ta’ strument

Tranżazzjonijiet irriversjati jirreferu għal operazzjonijiet fejn l-Eurosistema tixtri jew tbiegħ assi eliġibbli taħt ftehim ta’ xiri mill-ġdid jew twettaq operazzjonijiet ta’ kreditu kontra assi eliġibbli bħala kollateral. Tranżazzjonijiet irriversjati jintużaw għal operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin u operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal. Barra minn hekk, l-Eurosistema tista’ tuża tranżazzjonijiet irriversjati għal operazzjonijiet strutturali u ta’ rfinar.

3.1.1.2.   Natura legali

Il-BĊNi jistgħu jeżegwixxu tranżazzjonijiet irriversjati jew fil-forma ta’ ftehim ta’ xiri mill-ġdid (jiġifieri l-proprjetà tal-assi tiġi trasferita lill-kreditur, waqt li l-partijiet jiftiehmu li jirriversjaw t-tranżazzjoni permezz ta’ trasferiment mill-ġdid tal-assi lid-debitur f’xi żmien fil-futur) jew bħala self kollateralizzat (jiġifieri imgħax ta’ garanzija eżeġwibbli jiġi pprovdut fuq l-assi iżda, filwaqt li jiġi assunt it-twettiq tal-obbligu tad-dejn, il-proprjetà tal-assi tinżamm mid-debitur). Aktar dispożizzjonijiet dwar tranżazzjonijiet irriversjati bbażati fuq ftehim ta’ xiri mill-ġdid huma speċifikati fl-arranġamenti kuntrattwali applikati mill-BĊN rispettiv (jew mill-BĊE). Arranġamenti għal tranżazzjonijiet irriversjati bbażati fuq self ikkollateralizzat iqisu l-proċeduri differenti u l-formalitajiet meħtieġa biex jippermettu l-istabbiliment u t-twettiq sussegwenti ta’ interess relevanti fil-kollateral (pereżempju rahan, assenjazzjoni jew piż) li japplikaw f’ġurisżdizzjonijiet differenti.

3.1.1.3.   Termini tal-imgħax

Id-differenza bejn il-prezz tax-xiri u l-prezz tax-xiri mill-ġdid fi ftehim ta’ xiri mill-ġdid tikkorrispondi għall-imgħax dovut fuq l-ammont ta’ flus misluf jew imsellef mal-maturità tal-operazzjoni, jiġifieri l-prezz tax-xiri mill-ġdid jinkludi l-imgħax rispettiv li għandu jitħallas. Ir-rata ta’ imgħax fuq tranżazzjoni irriversjata fil-forma ta’ self kollateralizzat hija stabbilita bl-applikazzjoni tar-rata speċifika ta’ imgħax fuq l-ammont ta’ kreditu fuq il-maturità tal-operazzjoni. Ir-rata ta’ imgħax applikata għal operazzjonijiet ta’suq miftuħ irriversjati tal-Eurosistema hija ta’ rata ta’ imgħax sempliċi bbażata fuq il-konvenzjoni tal-għadd ta’ kull jum “attwali/360”.

3.1.2.   Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin

L-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin huma l-operazzjonijiet ta’ suq miftuħ l-aktar importanti mwettqa mill-Eurosistema, li għandhom parti kruċjali biex jintlaħqu l-miri tal-gwida tar-rati ta’ imgħax, il-ġestjoni tas-sitwazzjoni ta’ likwidità fis-suq u l-indikazzjoni tal-pożizzjoni tal-politika monetarja.

Il-karatterisitiċi operattivi tal-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin jistgħu jingħadu fil-qosor kif ġej:

(a)

huma operazzjonijiet irriversjati li jipprovdu likwidità;

(b)

huma eżegwiti regolarment ta’ kull ġimgħa (13);

(c)

normalment ikollhom maturità ta’ ġimgħa (14);

(d)

huma eżegwiti b’mod deċentralizzat mill-BĊNi;

(e)

huma eżegwiti permezz ta’ sejħiet għal offerti standard (kif speċifikat fit-Taqsima 5.1);

(f)

il-kontropartijiet kollha li jissodisfaw il-kriterji ġenerali ta’ eliġibbiltà (kif speċifikat fit-Taqsima 2.1) jistgħu jagħmlu offerti għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin; u

(g)

assi negozjabbli u mhux negozjabbli (kif speċifikat fil-Kapitolu 6) huma eliġibbli bħala assi sottostanti għal operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin.

3.1.3.   Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal

L-Eurosistema teżegwixxi wkoll operazzjonijiet regolari ta’ rifinanzjament, normalment b’maturità ta’ tliet xhur, li huma mmirati li jipprovdu rifinanzjament addizzjonali fuq żmien itwal lis-settur finanzjarju. F’dawn l-operazzjonijiet, l-Eurosistema m’għandhiex il-ħsieb, bħala regola, li tibgħat sinjali lis-suq u għalhekk normalment taġixxi bħala dik li tieħu r-rata. Minħabba dan, operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal huma normalment eżegwiti fil-forma ta’ sejħiet għal offerti b’rata varjabbli u, minn żmien għal żmien, il-BĊE jindika il-volum ta’ operazzjonijiet li għandu jiġi allokat fis-sejħiet għal offerti li jkun imiss. F’cirkustanzi eċċezzjonali, l-Eurosistema tista’ teżegwixxi wkoll operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal permezz ta’ sejħiet għal offerti b’rati fissi.

Il-karatteristiċi operattivi ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin fuq żmien itwal jistgħu jingħadu fil-qosor kif ġej:

(a)

huma operazzjonijiet irriversjati li jipprovdu likwidità;

(b)

huma eżegwiti regolarment kull xahar (15);

(c)

normalment ikollhom maturità ta’ tliet xhur (16);

(d)

huma eżegwiti b’mod deċentralizzat mill-BĊNi;

(e)

huma eżegwiti permezz ta’ sejħiet għal offerti standard (kif speċifikat fit-Taqsima 5.1);

(f)

il-kontropartijiet kollha li jissodisfaw il-kriterji ġenerali ta’ eliġibbiltà (kif speċifikat fit-Taqsima 2.1) jistgħu jagħmlu offerti għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal; u

(g)

assi negozjabbli u mhux negozjabbli (kif speċifikat fil-Kapitolu 6) huma eliġibbli bħala assi sottostanti għal operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal.

3.1.4.   Operazzjonijiet irriversjati ta’ irfinar

L-Eurosistema tista’ teżegwixxi operazzjonijiet ta’ rfinar fil-forma ta’ tranżazzjonijiet irriversjati ta’ suq miftuħ. Operazzjonijiet ta’ rfinar huma intiżi għall-ġestjoni tas-sitwazzjoni tal-likwidità fis-suq u t-tmexxija tar-rati ta’ mgħax, b’mod partikolari sabiex jitwittew l-effetti fuq ir-rati tal-imgħax li jinqalgħu minn flutwazzjonijiet ta’ likwidità mhux mistennija fis-suq. L-operazzjonijiet ta’ rfinar jistgħu jitwettqu fl-aħħar jum ta’ perijodu ta’ żamma ta’ riżerva biex jagħmlu tajjeb għall-iżbilanċi ta’ likwidità li setgħu akkumulaw mill-allokazzjoni tal-aħħar operazzjoni ta’ rifinanzjament ewlenija. Il-ħtieġa potenzjali għal azzjoni mgħaġġla fil-każ ta’ żviluppi mhux mistennija tas-suq tqanqal ix-xewqa li jinżamm grad għoli ta’ flessibilità fl-għażla ta’ proċeduri u karatteristiċi operattivi fit-twettiq ta’ dawn l-operazzjonijiet:

Il-karatteristiċi operattivi ta’ operazzjonijiet ta’ rfinar irriversjati jistgħu jingħadu fil-qosor kif ġej:

(a)

huma jistgħu jieħdu l-forma ta’ operazzjonijiet li jipprovdu l-likwidità jew li jassorbu l-likwidità;

(b)

il-frekwenza tagħhom mhijiex standardizzata;

(c)

il-maturità tagħhom mhijiex standardizzata;

(d)

tranżazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar li jipprovdu likwidità huma normalment eżegwiti permezz ta’ sejħiet għal offerti mgħaġġla, għalkemm il-possibbiltà li jintużaw proċeduri bilaterali mhix eskluża (ara l-Kapitolu 5);

(e)

tranżazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar li jassorbu l-likwidità huma eżegwiti, bħala regola, permezz ta’ proċeduri bilaterali (kif speċifikat fit-Taqsima 5.2);

(f)

huma normalment eżegwiti b’mod deċentralizzat mill-BĊNi (il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jiddeċiedi illi, f’cirkustanzi eċċezzjonali, operazzjonijiet bilaterali irriversjati ta’ rfinar jistgħu jiġu eżegwiti mill-BĊE);

(g)

l-Eurosistema tista’ tagħżel, skont il-kriterji speċifikati fit-Taqsima 2.2, numru limitat ta’ kontropartijiet biex jipparteċipaw f’operazzjonijiet ta’ rfinar irriversjati; u

(h)

assi negozjabbli u mhux negozjabbli (kif speċifikat fil-Kapitolu 6) huma eliġibbli bħala assi sottostanti għal operazzjonijiet ta’ rfinar irriversjati.

3.1.5.   Operazzjonijiet irriversjati strutturali

L-Eurosistema tista’ teżegwixxi operazzjonijiet strutturali fil-forma ta’ tranżazzjonijiet irriversjati ta’ suq miftuħ immirati li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju.

Il-karatteristiċi operattivi ta’ dawn l-operazzjonijiet jistgħu jingħadu fil-qosor kif ġej:

(a)

huma operazzjonijiet li jipprovdu l-likwidità;

(b)

il-frekwenza tagħhom tista’ tkun regolari jew mhux regolari;

(c)

il-maturità tagħhom mhix standardizzata a priori;

(d)

huma eżegwiti permezz ta’ sejħiet għal offerti standard (kif speċifikat fit-Taqsima 5.1);

(e)

huma eżegwiti b’mod deċentralizzat mill-BĊNi;

(f)

il-kontropartijiet kollha li jissodisfaw il-kriterji ġenerali eliġibbli kollha (kif speċifikat fit-Taqsima 2.1) jistgħu jibagħtu offerti għal sejħiet għal offerti għal operazzjonijiet irriversjati strutturali; u

(g)

assi negozjabbli u mhux negozjabbli (kif speċifikat fil-Kapitolu 6) huma eliġibbli bħala assi sottostanti għal operazzjonijiet irriversjati strutturali.

3.2.   Tranżazzjonijiet diretti

3.2.1.   Tip ta’ strument

Tranżazzjonijiet diretti ta’ suq miftuħ tirreferi għal operazzjonijiet fejn l-Eurosistema tixtri jew tbiegħ assi eliġibbli direttament fis-suq. Dawn l-operazzjonijiet isiru għal skopijiet strutturali biss.

3.2.2.   Natura legali

Tranżazzjoni diretta timplika trasferiment sħiħ ta’ proprjetà mill-bejjiegħ lix-xerrej b’ebda trasferiment irriversjat konness ta’ proprjetà. It-tranżazzjonijiet huma eżegwiti skont il-konvenzjonijiet tas-suq għall-istrument tad-dejn użat fit-tranżazzjoni.

3.2.3.   Kundizzjonijiet tal-prezzijiet

Fil-kalkolazzjoni tal-prezzijiet, l-Eurosistema taġixxi skont il-konvenzjoni tas-suq l-aktar aċċettata għall-istrumenti tad-dejn użati fit-tranżazzjoni.

3.2.4.   Karatteristiċi operattivi oħrajn

Il-karatteristiċi operattivi ta’ tranżazzjonijiet diretti tal-Eurosistema jistgħu jingħadu fil-qosor kif ġej:

(a)

jistgħu jieħdu l-forma ta’ operazzjonijiet ta’ provvista ta’ likwidità (xiri dirett) jew ta’ assorbiment ta’ likwidita (bejgħ dirett);

(b)

il-frekwenza tagħhom mhijiex standardizzata;

(c)

huma eżegwiti permezz ta’ proċeduri bilaterali (kif speċifikat fit-Taqsima 5.2);

(d)

huma normalment eżegwiti b’mod deċentralizzat mill-BĊNi (il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jiddeċiedi jekk, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, tranżazzjonijiet diretti jistgħux jiġu eżegwiti mill-BĊE);

(e)

ebda restrizzjonijiet ma huma imqegħdin a priori fuq il-firxa ta’ kontropartijiet għal tranżazzjonijiet diretti; u

(f)

assi negozjabbli biss (kif speċifikat fil-Kapitolu 6) jintużaw bħala assi sottostanti fi tranżazzjonijiiet diretti.

3.3.   Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE

3.3.1.   Tip ta’ strument

Il-BĊE jista’ joħroġ ċertifikati tad-dejn bil-għan li jaġġusta l-pożizzjoni strutturali tal-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju sabiex joħloq (jew ikabbar) nuqqas ta’ likwidità fis-suq.

3.3.2.   Natura legali

Iċ-ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE jikkostitwixxu obbligu ta’ dejn tal-BĊE fil-konfront tad-detentur taċ-ċertifikat. Dawn jinħarġu u jinżammu fil-forma ta’ daħla fil-ktieb f’depożiti ta’ titoli fiż-żona tal-euro. Il-BĊE ma jimponi l-ebda restrizzjoni fuq it-trasferibbiltà taċ-ċertifikati. Aktar dispożizzjonijiet marbutin maċ-ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE għandhom jiddaħħlu fit-termini u l-kundizzjonijiet ta’ dawn iċ-ċertifikati.

3.3.3.   Termini tal-imgħax

Iċ-ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE jinħarġu bi skont, jiġifieri jinħarġu taħt l-ammont nominali u jinfdew mal-maturità fl-ammont nominali. Id-differenza bejn l-ammont tal-ħruġ bi skont u l-ammont tal-fidi hija ugwali għall-imgħax akkumulat fuq l-ammont tal-ħruġ bi skont, bir-rata miftiehma ta’ mgħax, fuq il-maturità taċ-ċertifikat. Ir-rata ta’ imgħax applikata hija rata ta’ imgħax sempliċi bbażata fuq il-konvenzjoni tal-għadd ta’ kull jum “attwali/360”. Il-kalkolu tal-ammont tal-ħruġ bi skont jidher fil-Kaxxa 1.

KAXXA 1

Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE

L-ammont tal-ħruġ bi skont huwa:

Formula

fejn:

N

=

ammont nominali taċ-ċertifikat tad-dejn tal-BĊE

rI

=

rata ta’ imgħax (f’%)

D

=

maturità taċ-ċertifikat tad-dejn tal-BĊE (f’jiem)

PT

=

ammont ta’ ħruġ bi skont taċ-ċertifikat tad-dejn tal-BĊE

3.3.4.   Karatteristiċi operattivi oħrajn

Il-karatteristiċi operattivi tal-ħruġ ta’ ċertifikat tad-dejn tal-BĊE jistgħu jingħadu fil-qosor kif ġej:

(a)

iċ-ċertifikati jinħarġu sabiex jassorbu l-likwidità mis-suq;

(b)

iċ-ċertifikati jistgħu jinħarġu fuq bażi regolari jew mhux regolari;

(c)

iċ-ċertifikati għandhom maturità ta’ anqas minn 12-il xahar;

(d)

iċ-ċertifikati jinħarġu permezz ta’ sejħiet għal offerti standard (kif speċifikat fit-Taqsima 5.1);

(e)

iċ-ċertifikati joħorġu b’sejħa għal offerti u jiġu rregolati b’mod deċentralizzat mill-BĊNi; u

(f)

il-kontropartijiet kollha li jikkonformaw mal-kriterji ġenerali ta’ eliġibbiltà (kif speċifikat fit-Taqsima 2.1) jistgħu jibagħtu offerti għall-abbonament fiċ-ċertifikati tad-dejn tal-BĊE.

3.4.   Swaps tal-kambju barrani

3.4.1.   Tip ta’ strument

Swaps tal-kambju barrani eżegwiti għall-finijiet ta’ politika monetarja jikkonsistu fi tranżazzjonijiet simultanji fil-mument u bil-quddiem fl-euro kontra valuta barranija. Huma użati għal finijiet ta’ rfinar, prinċipalment bil-għan li jiġġestixxu s-sitwazzjoni tal-likwidità fis-suq u fil-gwida ta’ rati tal-imgħax.

3.4.2.   Natura legali

Swaps tal-kambju barrani eżegwiti għall-finijiet ta’ politika monetarja jirreferu għal operazzjonijiet fejn l-Eurosistema tixtri (jew tbiegħ) euro fil-mument kontra valuta barranija u, fl-istess waqt, tbiegħ (jew tixtri) lura fi tranżazzjoni bil-quddiem f’data speċifikata ta’ xiri lura. Aktar dispożizzjonijiet għal swaps ta’ kambju barrani huma speċifikati fl-arranġamenti kuntrattwali applikati mill-BĊN rispettiv (jew mill-BĊE).

3.4.3.   Valuta u termini tar-rata tal-kambju

Bħala regola, l-Eurosistema topera biss f’valuti negozjati f’firxa wiesa’ u skont il-prattika tas-suq standard. F’kull operazzjoni ta’ swap tal-kambju barrani, l-Eurosistema u l-kontropartijiet jiftiehmu dwar il-punti ta’ swap għat-tranżazzjoni. Il-punti ta’ swap huma d-differenza bejn ir-rata tal-kambju tat-tranżazzjoni bil-quddiem u r-rata tal-kambju tat-tranżazzjoni fil-mument. Il-punti ta’ swap tal-euro fil-konfront tal-valuta barranija huma kkwotati skont konvenzjonijiet tas-suq ġenerali. It-termini tar-rata tal-kambju ta’ swaps tal-kambju huma speċifikati fil-Kaxxa 2.

3.4.4.   Karatteristiċi operattivi oħrajn

Il-karatteristiċi operativi ta’ swaps tal-kambju barrani jistgħu jingħadu fil-qosor kif ġej:

(a)

huma jistgħu jieħdu l-forma ta’ operazzjonijiet li jipprovdu l-likwidità jew li jassorbu l-likwidità;

(b)

il-frekwenza tagħhom mhijiex standardizzata;

(c)

il-maturità tagħhom mhijiex standardizzata;

(d)

huma eżegwiti permezz ta’ sejħiet għal offerti mgħaġġla jew proċeduri bilaterali (ara l-Kapitolu 5);

(e)

huma normalment eżegwiti b’mod deċentralizzat mill-BĊNi (il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jiddeċiedi jekk, f’cirkustanzi eċċezzjonali, swaps ta’ kambju barrani bilaterali jistgħux jiġu eżegwiti mill-BĊE);

(f)

l-Eurosistema tista’ tagħżel, skont il-kriterji speċifikati fit-Taqsima 2.2 u l-Appendiċi 3, numru limitat ta’ kontropartijiet biex jipparteċipaw fi swaps tal-kambju barrani.

KAXXA 2

Swaps tal-kambju barrani

S

=

fil-mument (spot) (fid-data tat-tranżazzjoni ta’ swap ta’ kambju barrani) tar-rata tal-kambju bejn l-euro (EUR) u valuta barranija ABC

Formula

FM

=

rata tal-kambju bil-quddiem bejn l-euro u l-valuta barranija ABC fuq id-data tax-xiri mill-ġdid ta’ swap (M)

Formula

ΔΜ

=

punti bil-quddiem bejn l-euro u l-valuta barranija ABC fid-data tax-xiri mill-ġdid ta’ swap (M)

Δ M = F M S

N(.)

=

valuta f’ammont fil-mument (spot); N(.)M huwa l-ammont tal-valuta bil-quddiem:

 

N (ABC) = N (EUR) × S jew Formula

 

N (ABC) M = N (EUR) M × F M jew Formula

3.5.   Ġbir ta’ depożiti b’terminu fiss

3.5.1.   Tip ta’ strument

L-Eurosistema tista’ tistieden kontropartijiet biex iqiegħdu depożiti ta’ terminu fiss remunerati mal-BĊN fl-Istat Membru li fih il-kontroparti tkun stabbilita. Il-ġbir ta’ depositi b’terminu fiss huwa maħsub biss għall-finijiet ta’ rfinar sabiex tiġi assorbita l-likwidità fis-suq.

3.5.2.   Natura legali

Id-depożiti aċċettati mill-kontopartijiet huma għal terminu fiss ta’ żmien u b’rata fissa ta’ imgħax. L-ebda kollateral ma jingħata mill-BĊN bi skambju għad-depożiti.

3.5.3.   Termini tal-imgħax

Ir-rata ta’ imgħax applikata għad-depożitu hija rata ta’ mgħax sempliċi bbażata fuq il-konvenzjoni tal-għadd ta’ kull jum “attwali/360”. L-imgħax jitħallas mal-maturità tad-depożitu.

3.5.4.   Karatteristiċi operattivi oħrajn

Il-karatteristiċi operattivi tal-ġbir tad-depożiti fuq terminu fiss ta’ żmien jistgħu jingħadu fil-qosor kif ġej:

(a)

id-depożiti jinġabru sabiex jassorbu l-likwidità;

(b)

il-frekwenza li biha jinġabru d-depożiti mhix standardizzata;

(c)

il-maturità tad-depożiti mhijiex standardizzata;

(d)

il-ġbir tad-depożiti huwa normalment eżegwit permezz ta’ sejħiet għal offerti mgħaġġla, għalkemm il-possibbiltà tal-użu ta’ proċeduri bilaterali mhix eskluża (ara l-Kapitolu 5);

(e)

il-ġbir tad-depożiti huwa normalment eżegwit b’mod deċentralizzat mill-BĊNi (il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jiddeċiedi jekk, f’cirkustanzi eċċezzjonali, il-ġbir bilaterali ta’ depożiti b’terminu fiss (17) jistax jiġi eżegwit mill-BĊE); u

(f)

l-Eurosistema tista’ tagħżel skont il-kriterji speċifikati fit-Taqsima 2.2, numru limitat ta’ kontropartijiet għall-ġbir ta’ depożiti b’terminu fiss.

KAPITOLU 4

FAĊILITAJIET PERMANENTI

4.1.   Il-faċilità ta’ self marġinali

4.1.1.   Tip ta’ strument

Il-kontropartijiet jistgħu jużaw il-faċilità ta’ self marġinali biex jiksbu likwidità overnight minn BĊNi b’rata ta’ mgħax speċifikata minn qabel kontra assi eliġibbli (kif stabbilit fil-Kapitolu 6). Il-faċilità hija maħsuba biex tissodisfa l-ħtiġijiet temporanji ta’ likwidità tal-kontropartijiet. F’cirkustanzi normali, ir-rata ta’ imgħax fuq il-faċilità tipprovdi għal limitu tar-rata ta’ mgħax tas-suq overnight. It-termini u l-kundizzjonijiet tal-faċilità huma identiċi maż-żona tal-euro kollha.

4.1.2.   Natura legali

Il-BĊNi jistgħu jipprovdu likwidità taħt il-faċilità ta’ self marġinali jew fil-forma ta’ ftehim ta’ xiri mill-ġdid overnight (jiġifieri l-proprjetà tal-assi tiġi ttrasferita lill-kreditur, waqt li l-partijiet jiftehmu li jirriversjaw it-tranżazzjoni permezz ta’ trasferiment mill-ġdid tal-assi lid-debitur fl-ewwel jum tan-negozju li jkun imiss) jew bħala self kollateralizzat overnight (jiġifieri mgħax ta’ garanzija eżegwibbli jiġi pprovdut fuq l-assi iżda, filwaqt li jiġi assunt l-obbligu tad-dejn, il-proprjetà tal-assi tinżamm mid-debitur). Aktar dispożizzjonijiet għall-ftehim ta’ xiri mill-ġdid huma speċifikati fl-arranġamenti kuntrattwali applikati mill-BĊN. Arranġamenti biex tiġi pprovduta likwidità fil-forma ta’ self kollateralizzat iqisu l-proċeduri differenti u formalitajiet meħtieġa biex jippermettu l-istabbiliment u r-realizzazzjoni sussegwenti tal-imgħax relevanti fil-kollateral (rahan, assenjazzjoni jew piż) li japplikaw f’ġurisżdizzjonijiet differenti.

4.1.3.   Kundizzjonijiet ta’ aċċess

Istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà tal-kontroparti ġenerali speċifikati fit-Taqsima 2.1 jista’ jkollhom aċċess għall-faċilità tas-self marġinali. L-aċċess għall-faċilità tas-self marġinali jingħata permezz tal-BĊN fl-Istat Membru li fih l-istituzzjoni hija stabbilita. L-aċċess għall-faċilità tas-self marġinali jingħata biss f’jiem meta t-TARGET2 (18) huwa operattiv (19). Fil-jiem meta l-SSSs mhumiex operattivi, l-aċċess għall-faċilitajiet tas-self marġinali jingħata skont l-assi sottostanti li jkunu diġà ġew iddepożitati minn qabel mal-BĊNi.

Fl-aħħar ta’ kull jum tax-xogħol, il-pożizzjonijiet tad-dejn tal-kontropartijiet fir-rigward tal-kont ta’ saldu mal-banek ċentrali nazzjonali jiġu kkunsidrati awtomatikament li huma talba għar-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali. Il-proċeduri għall-aċċess fi tmiem il-jum għall-faċilità marġinali ta’ self huma speċifikati fit-Taqsima 5.3.3.

Kontroparti tista’ tingħata wkoll aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali billi tintbagħat talba lill-BĊN fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-kontroparti. Biex il-BĊN ikun jista’ jipproċessa t-talba fl-istess jum fit-TARGET2, it-talba għandha tiġi rċevuta mill-bank ċentrali nazzjonali tal-anqas 15-il minuta wara l-ħin tal-għeluq tat-TARGET2 (20)  (21). Bħala regola ġenerali, it-TARGET2 jagħlaq fis-6 p.m. ħin tal-BĊE (CET). L-iskadenza biex jintalab l-aċċess għall-faċilità tas-self marġinali hija posposta bi 15-il minuta fl-aħħar jum tax-xogħol tal-Eurosistema ta’ perijodu ta’ żamma ta’ riżerva. It-talba għandha tispeċifika l-ammont ta’ kreditu u, jekk l-assi sottostanti għat-tranżazzjoni għadhom ma ġewx iddepożitati minn qabel mal-BĊN, l-assi sottostanti li għandhom jiġu kkunsinjati għat-tranżazzjoni.

Minbarra l-ħtieġa li jiġu ppreżentati assi eliġibbli sottostanti suffiċjenti, ma hemm l-ebda limitu għall-ammont ta’ fondi li għandu jiġi avanzat taħt il-faċilità ta’ self marġinali.

4.1.4.   Maturità u termini tal-imgħax

Il-maturità ta’ kreditu estiż taħt il-faċilità hija overnight. Għal kontropartijiet li jipparteċipaw direttament fit-TARGET2, il-kreditu jitħallas lura l-jum ta’ wara meta t-TARGET2; u (ii) l-SSSs rilevanti huma operattivi, fil-ħin li fih dawk is-sistemi jiftħu.

Ir-rata ta’ imgħax titħabbar bil-quddiem mill-Eurosistema u hija kkalkulata bħala imgħax sempliċi bbażata fuq il-konvenzjoni tal-għadd ta’ kull jum “attwali/360”. Il-BĊE jista’ jibdel ir-rata ta’ imgħax f’kull żmien, b’effett, l-aktar kmieni, mill-jum tax-xogħol tal-Eurosistema li jmiss (22)  (23). L-imgħax taħt il-faċilità jitħallas mal-ħlas lura tal-kreditu.

4.1.5.   Sospensjoni tal-faċilità

L-aċċess għall-faċilità jingħata biss skont l-għanijiet u l-konsiderazzjonijiet tal-politika monetarja ġenerali tal-BĊE. Il-BĊE jista’ jadatta l-kundizzjonijiet tal-faċilità jew jissospendiha f’kull żmien.

4.2.   Il-faċilità ta’ depożitu

4.2.1.   Tip ta’ strument

Il-kontropartijiet jistgħu jużaw il-faċilità ta’ depożitu biex jagħmlu depożiti overnight mal-BĊNi. Id-depożiti huma remunerati b’rata ta’ imgħax speċifikata minn qabel. F’cirkustanzi normali, ir-rata ta’ imgħax fuq il-faċilità tipprovdi l-limitu l-aktar baxx għal rata ta’ imgħax tas-suq overnight. It-termini u l-kundizzjonijiet tal-faċilità ta’ depożitu huma identiċi fiż-żona tal-euro kollha (24).

4.2.2.   Natura legali

Id-depożiti overnight aċċettati mill-partijiet huma remunerati b’rata ta’ imgħax fissa. L-ebda kollateral ma jingħata lill-kontroparti bi skambju mad-depożiti.

4.2.3.   Kundizzjonijiet tal-aċċess  (25)

Istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà tal-kontroparti ġenerali speċifikati fit-Taqsima 2.1 jista’ jkollhom aċċess għall-faċilità ta’ depożitu. L-aċċess għall-faċilità ta’ depożitu jingħata permezz tal-BĊN fl-Istat Membru fejn l-istituzzjoni hija stabbilita. Aċċess għal faċilità ta’ depożitu jingħata biss fil-jiem meta t-TARGET2 ikun miftuħ (26)

Biex kontroparti tingħata aċċess għall-faċilità ta’ depożitu, il-kontroparti għandha tibgħat talba lill-BĊN fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-kontroparti. Biex il-BĊN jkun jista’ jipproċessa t-talba fl-istess jum fit-TARGET2, it-talba għandha tiġi rċevuta mill-BĊN tal-anqas 15-il minuta wara l-ħin tal-għeluq tat-TARGET2, li, bħala regola ġenerali, jkun fis-6 p.m. ħin tal-BĊE (CET) (27), (28). L-iskadenza biex jintalab l-aċċess għall-faċilità tas-self marġinali hija posposta bi 15-il minuta addizzjonali fl-aħħar jum tax-xogħol tal-Eurosistema ta’ perijodu ta’ żamma ta’ riżerva. It-talba għandha tispeċifika l-ammont li għandu jiġi ddepożitat taħt din il-faċilità.

Ma hemmx limitu għall-ammont li kontroparti tista’ tiddepożita taħt il-faċilità.

4.2.4.   Maturità u termini tal-imgħax

Il-maturità ta’ depożiti taħt il-faċilità hija overnight. Għal kontropartijiet li jipparteċipaw direttament fit-TARGET2, id-depożiti miżmumin fil-faċilità jimmaturaw l-għada meta t-TARGET2 jkun operattiv, fil-ħin meta din is-sistema tiftaħ.

Ir-rata ta’ imgħax titħabbar bil-quddiem mill-Eurosistema u hija kkalkolata bħala rata ta’ mgħax sempliċi bbażata fuq il-konvenzjoni tal-għadd ta’ kull jum “attwali/360”. Il-BĊE jista’ jibdel ir-rata ta’ imgħax f’kull żmien, b’effett, l-aktar kmieni, mill-jum tax-xogħol tal-Eurosistema li jmiss (29). L-imgħax fuq id-depożiti jitħallas mal-maturità tad-depożitu.

4.2.5.   Sospensjoni tal-faċilità

L-aċċess għall-faċilità jingħata biss skont l-għanijiet u l-konsiderazzjonijiet tal-politika monetarja ġenerali tal-BĊE. Il-BĊE jista’ jadatta l-kundizzjonijiet tal-faċilità jew jissospendiha f’kull żmien.

KAPITOLU 5

PROĊEDURI

5.1.   Proċeduri ta’ sejħiet għal offerti

5.1.1.   Konsiderazzjonijiet ġenerali

Operazzjonijiet ta’ suq miftuħ tal-Eurosistema huma normalment eżegwiti f’forma ta’ sejħiet għal offerti. Il-proċeduri għal sejħiet għal offerti tal-Eurosistema isiru f’sitt passi operattivi kif speċifikat fil-Kaxxa 3.

L-Eurosistema tiddistingwi bejn iż-żewġ tipi differenti ta’ proċeduri għal sejħiet għal offerti: sejħiet għal offerti standard u sejħiet għal offerti mgħaġġla. Il-proċeduri għal sejħiet għal offerti mgħaġġla u standard huma identiċi ħlief għall-perijodu ta’ żmien u l-firxa tal-kontropartijiet.

5.1.1.1.   Sejħiet għal offerti standard

Għal sejħiet għal offerti standard, jgħaddu massimu ta’ 24 siegħa mit-tħabbir tas-sejħa għal offerti għaċ-ċertifikazzjoni tar-riżultat tal-allokazzjoni (fejn iż-żmien bejn l-iskadenza għas-sottmissjoni u t-tħabbir tar-riżultat tal-allokazzjoni huwa ta’ bejn wieħed u ieħor sagħtejn). Ċart 1 tagħti ħarsa ħafifa lejn l-iskeda normali ta’ żmien għall-passi operattivi għal sejħiet għal offerti standard. Il-BĊE jista’ jiddeċiedi li jaġġusta l-iskeda taż-żmien f’operazzjonijiet individwali, jekk jitqies xieraq.

L-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin, l-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal u operazzjonijiet strutturali (bl-eċċezzjoni ta’ tranżazzjonijiet diretti) huma eżegwiti dejjem f’forma ta’ sejħiet għal offerti standard. Il-kontropartijiet li jikkonformaw mal-kriterji ġenerali ta’ eliġibbiltà speċifikati fl-Artikolu 2.1 jistgħu jipparteċipaw f’sejħiet għal offerti standard.

5.1.1.2.   Sejħiet għal offerti mgħaġġla

Sejħiet għal offerti mgħaġġla huma eżegwiti normalment fi żmien 90 minuta mit-tħabbir tas-sejħa għal offerti, biċ-ċertifikazzjoni ssir minnufih wara li jitħabbar ir-riżultat tal-allokazzjoni. L-iskeda taż-żmien normali għall-passi operattivi għal sejħiet għal offerti mgħaġġla hija speċifikata f’Ċart 2. Il-BĊE jista’ jiddeċiedi li jaġġusta l-iskeda taż-żmien f’operazzjonijiet individwali, jekk jitqies xieraq. Sejħiet għal offerti mgħaġġla jintużaw biss għall-eżekuzzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ rfinar. L-Eurosistema tista’ tagħżel, skont il-kriterji u l-proċeduri speċifikati fit-Taqsima 2.2, numru limitat ta’ kontropartijiet biex jipparteċipaw fis-sejħiet għal offerti mgħaġġla.

5.1.1.3.   Sejħiet għal offerti b’rata fissa u b’rata varjabbli

L-Eurosistema għandha l-għażla li tagħmel jew sejħiet għal offerti b’rata fissa (volum) jew b’rata varjabbli (imgħax). F’sejħa għal offerti b’rata fissa, il-BĊE jispeċifika r-rata ta’ imgħax bil-quddiem u l-kontropartijiet li jipparteċipaw joffru l-ammont ta’ flus li jridu jinnegozjaw bir-rata fissa ta’ imgħax (30). F’sejħa għal offerti b’rata varjabbli, il-kontropartijiet joffru l-ammonti ta’ flus u r-rati ta’ imgħax li bihom jixtiequ li jidħlu fi tranżazzjonijiet mal-BĊNi (31).

KAXXA 3

Passi operattivi għall-proċeduri ta’ sejħiet għal offerti

Pass 1   Tħabbir ta’ sejħa għal offerti

a.

Tħabbir mill-BĊE permezz ta’ mezzi tal-aħbarijiet pubbliċi u s-sit elettroniku tal-BĊE

b.

Tħabbir mill-BĊNi permezz tas-servizzi nazzjonali tal-aħbarijiet u direttament lill-kontropartijiet individwali (jekk jitqies meħtieġ)

Pass 2   Preparazzjoni tal-kontropartijiet u sottomissjoni ta’ offerti

Pass 3   Ġbir tal-offerti mill-Eurosistema

Pass 4   Allokazzjoni tal-offerti u t-tħabbir tar-riżultati tal-offerti

a.

Deċiżjoni ta’ allokazzjoni tal-BĊE

b.

Tħabbir tar-riżultati tal-allokazzjoni permezz ta’ mezzi tal-aħbarijiet pubbliċi u s-sit elettroniku tal-BĊE

Pass 5   Ċertifikazzjoni tar-riżultati tal-allokazzjoni individwali

Pass 6   Saldu tat-tranżazzjonijiet (ara t-Taqsima 5.3)

5.1.2.   Kalendarju ta’ operazzjonijiet tas-sejħiet għal offerti

5.1.2.1.   Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin u fuq żmien itwal

L-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin u fuq żmien itwal huwa eżegwiti skont kalendarju indikattiv ippubblikat mill-Eurosistema (32). Il-kalendarju jiġi ppublikat tal-anqas tliet xhur qabel il-bidu tas-sena li għaliha jkun validu. Il-jiem normali tal-kummerċ għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin u fuq żmien itwal huma speċifikati fit-Tabella 2. Il-BĊE jimmira li jassigura li l-kontropartijiet fl-Istati Membri kollha jistgħu jipparteċipaw fl-operazzjonijiet operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin u fuq żmien itwal. Għalhekk, meta jiġi kompilat il-kalendarju għal dawn l-operazzjonijiet, il-BĊE jagħmel aġġustamenti xierqa għall-iskeda normali sabiex jitqiesu l-btajjel tal-banek fl-Istati Membri individwali.

5.1.2.2.   Operazzjonijiet strutturali

Operazzjonijiet strutturali permezz ta’ sejħiet għal offerti standard mhumiex eżegwiti skont kwalunkwe kalendarju speċifikat minn qabel. Iżda, dawn normalment jitwettqu u jitlestew biss fil-jiem li huma jiem tan-negozju tal-BĊN (33) fl-Istati Membri kollha.

5.1.2.3.   Operazzjonijiet ta’ rfinar

Operazzjonijiet ta’ rfinar ma jiġux eżegwiti skont xi kalendarju speċifikat minn qabel. Il-BĊE jista’ jiddeċiedi li jwettaq operazzjonijiet ta’ rfinar f’kull jum tan-negozju tal-Eurosistema. Il-BĊNi biss tal-Istati Membri fejn il-jum tal-kummerċ, il-jum li fih isir is-saldu u l-jum li fih isir r-rimborż huma jiem tan-negozju tal-BĊN jipparteċipaw f’dawk l-operazzjonijiet.

Ċart 1

Perijodu ta’ żmien normali għall-passi operattivi f’sejħiet għal offerti standard

(ħinijiet kif jissemmew fil-ħin tal-BĊE (CET))

Image

Ċart 2

Perijodu ta’ żmien normali għall-passi operattivi fis-sejħiet għal offerti mgħaġġla

Image

Tabella 2

Jiem tal-kummerċ normali għal operazzjonijiet ewlenin u ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal

Tip ta’ operazzjoni

Jum tal-kummerċ normali (T)

Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin

Kull nhar ta’ Tlieta

Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal

L-aħħar Erbgħa ta’ kull xahar kalendarju (34)

5.1.3.   Tħabbir ta’ operazzjonijiet ta’ sejħiet għal offerti

Sejħiet għal offerti standard tal-Eurosistema jitħabbru pubblikament permezz ta’ servizzi tal-aħbarijiet u s-sit elettroniku tal-BĊE. Barra minn hekk, il-BĊNi jistgħu jħabbru l-operazzjoni ta’ sejħa għal offerti direttament lill-kontropartijiet mingħajr aċċess għas-servizzi tal-aħbarijiet. Il-messaġġ li jħabbar is-sejħa pubblika għal offerti normalment ikun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-numru ta’ referenza tal-operazzjoni tas-sejħa għal offerti;

(b)

id-data tal-operazzjoni tas-sejħa għal offerti;

(c)

it-tip ta’ operazzjoni (provvista jew assorbiment ta’ likwidità u t-tip ta’ strument ta’ politika monetarja li għandu jintuża);

(d)

il-maturità tal-operazzjoni;

(e)

it-tip ta’ rkant (sejħa għal offerti b’rata fissa jew b’rata varjabbli);

(f)

il-metodu ta’ allokazzjoni (irkant “Olandiż” jew “Amerikan”, kif definit fit-Taqsima 5.1.5);

(g)

il-volum ta’ operazzjoni maħsub (normalment fil-każijiet biss ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal);

(h)

il-punt ta’ rata/prezz/swap tal-imgħax tas-sejħa għal offerti (fil-każ ta’ sejħiet għal offerti b’rata fissa);

(i)

il-punt ta’ rata/prezz/swap tal-imgħax aċċettat minimu/massimu tas-sejħa għal offerti (jekk applikabbli);

(j)

id-data tal-bidu u d-data tal-maturità tal-operazzjoni (jekk applikabbli) jew id-data tal-valur u d-data tal-maturità tal-istrument (fil-każ tal-ħruġ ta’ ċertifikati tad-dejn tal-BĊE);

(k)

il-valuti involuti u l-valuta, li l-ammont tagħha jinżamm fiss (fil-każ ta’ swaps ta’ kambju barrani);

(l)

ir-rata tal-kambju ta’ referenza fil-mument li għandha tintuża għall-kalkolu tal-offerti (fil-każ ta’ swaps tal-kambju barrani);

(m)

il-limitu massimu tal-offerta (jekk ikun hemm);

(n)

l-ammont minimu individwali tal-allokazzjoni (jekk ikun hemm);

(o)

il-proporzjon minimu ta’ allokazzjoni (jekk ikun hemm);

(p)

l-iskeda taż-żmien għas-sottomissjoni tal-offerti;

(q)

id-denominazzjoni taċ-ċertifikati (fil-każ ta’ ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE); u

(r)

il-kodiċi ISIN tal-ħruġ (fil-każ tal-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE).

Bil-ħsieb li tittejjeb it-trasparenza fl-operazzjonijiet ta’ rfinar tagħha, l-Eurosistema normalment tħabbar pubblikament bil-quddiem sejħiet għal offerti mgħaġġla. Madankollu, f’cirkostanzi eċċezzjonali, il-BĊE jista’ jiddeċiedi li ma jħabbarx pubblikament bil-quddiem sejħiet għal offerti mgħaġġla. It-tħabbir ta’ sejħiet għal offerti mgħaġġla isegwi l-istess proċeduri bħal dawk għal sejħiet għal offerti standard. F’sejħa għal offerti mgħaġġla li normalment ma titħabbarx pubblikament bil-quddiem, il-kontropartijiet magħżula jiġu kkuntattjati direttament mill-BĊNi. F’sejħa għal offerti mgħaġġla, li titħabbar pubblikament, il-BĊN jista’ jikkuntattja l-kontropartijiet magħżula direttament.

5.1.4.   Preparazzjoni u sottomissjoni ta’ offerti mill-kontropartijiet

L-offerti tal-kontropartijiet għandhom ikunu f’forma li ssegwi l-eżempju ta’ pro forma provduta mill-BĊNi għall-operazzjoni relevanti. L-offerti għandhom jintbagħtu lill-BĊN tal-Istat Membru li fih l-istituzzjoni jkollha stabbiliment (uffiċċju prinċipali jew fergħa). L-offerti ta’ istituzzjoni jistgħu jintbagħtu biss minn stabbiliment wieħed (jew l-uffiċċju prinċipali jew fergħa nominata) f’kull Stat Membru.

F’sejħiet għal offerti b’rata fissa, il-kontropartijiet għandhom fl-offerti tagħhom jiddikjaraw l-ammont ta’ flus li huma lesti jinnegozjaw mal-BĊNi (35).

F’sejħiet għal offerti b’rata varjabbli, il-kontropartijiet jistgħu jibagħtu offerti sa 10 livelli differenti ta’ rati ta’ imgħax/prezzijiet/punti ta’ swaps. F’ċirkustanzi eċċezzjonali l-Eurosistema tista’ timponi limitu fuq in-numru ta’ offerti li jistgħu jiġu sottomessi fir-rigward tas-sejħiet b’rata varjabbli. F’kull offerta, il-kontropartijiet għandhom jiddikjaraw l-ammont ta’ flus li huma lesti jinnegozjaw mal-BĊNi u r-rata ta’ imgħax rilevanti (36), (37). L-offerta tar-rati ta’ imgħax għandha tiġi espressa f’multipli ta’ punti ta’ perċentwali ta’ 0,01. Fil-każ ta’ sejħa għal offerti ta’ swaps ta’ kambju barrani b’rata varjabbli, il-punti tas-swaps għandhom ikunu kkwotati skont il-konvenzjonijiet standard tas-suq u l-offerti għandhom ikunu espressi bħala multipli ta’ 0,01 ta’ punti ta’ swaps.

Għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin, l-ammont minimu ta’ offerta huwa EUR 1 000 000. Offerti li jeċċedu dan l-ammont għandhom jiġu espressi bħala multipli ta’ EUR 100 000. L-istess offerta minima u ammonti multipli huma applikati fl-operazzjonijiet ta’ rfinar u operazzjonijiet strutturali. L-ammont minimu tal-offerta huwa applikat għal kull rata ta’ imgħax/prezz/punt ta’ swap individwali.

Għal operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal, kull BĊN jiddefinixxi ammont ta’ offerta minima ta’ firxa bejn EUR 10 000 sa EUR 1 000 000. Offerti li jeċċedu l-ammont minimu tal-offerta għandhom ikunu espressi bħala multipli ta’ EUR 10 000. L-ammont minimu tal-offerta huwa applikat għal kull livell ta’ rata individwali ta’ imgħax.

Il-BĊE jista’ jimponi limitu massimu tal-offerta sabiex jipprevjeni offerti sproporzjonament kbar. Kull limitu għal offerta massima bħal dak għandu dejjem jiġi speċifikat fil-messaġġ ta’ tħabbir tas-sejħa għal offerti pubblika.

Il-kontropartijiet huma dejjem mistennija li jkunu f’pożizzjoni li jkopru l-ammonti allokati lilhom b’ammont suffiċjenti ta’ assi eliġibbli sottostanti (38). L-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN rilevanti jippermettu l-impożizzjoni ta’ pieni jekk kontroparti tonqos milli tittrasferixxi ammont suffiċjenti ta’ assi sottostanti jew flus kontanti biex jitħallas l-ammont li tkun ġiet allokata f’operazzjoni tas-sejħa għal offerti.

L-offerti huma revokabbli sal-iskadenza tas-sottomissjoni tas-sejħa għal offerti. Offerti mibgħutin wara l-iskadenza speċifikata fil-messaġġ ta’ tħabbir tas-sejħa għal offerti huma invalidi. L-osservanza tal-iskadenza hija ġġudikata mill-BĊNi. Il-BĊNi jiskartaw l-offerti kollha ta’ kontroparti jekk l-ammont aggregat ta’ offerta jeċċedi kwalunkwe limitu massimu stabbilit ta’ offerta stabbilit mill-BĊE. Il-BĊNi jiskartaw ukoll kull offerta li tkun taħt l-ammont minimu tal-offerta jew li tkun taħt xi minimu jew ’il fuq minn xi massimu aċċettat ta’ rata ta’ imgħax/prezz/punt ta’ swap. Barra minn hekk, il-BĊNi jistgħu jiskartaw offerti li huma inkompleti jew li ma jsegwux l-eżempju tal-pro forma. Jekk offerta tiġi skartata, il-BĊN rispettiv jinforma lill-kontroparti dwar id-deċiżjoni tiegħu qabel l-allokazzjoni tas-sejħa għal offerti.

5.1.5.   Proċeduri ta’ allokazzjoni ta’ sejħiet għal offerti

5.1.5.1.   Operazzjonijiet ta’ sejħa għal offerti b’rata fissa

Fl-allokazzjoni ta’ sejħa għal offerti b’rata fissa, l-offerti riċevuti mill-kontropartijiet jiżdiedu flimkien. Jekk l-ammont aggregat tal-offerta jeċċedi l-ammont totali ta’ likwidità li għandu jiġi allokat, l-offerti mibgħuta jiġu sodisfatti pro rata, skont il-proporzjon tal-ammont li għandu jiġi allokat tal-offerta tal-ammont aggregat (ara l-Kaxxa 4). L-ammont allokat lil kull kontroparti jiġi aġġustat sal-eqreb euro. Iżda, il-BĊE jista’ jiddeċiedi li jalloka ammont/proporzjon minimu li kull min jagħmel offerta f’sejħiet għal offerti b’rata fissa.

KAXXA 4

Allokazzjoni ta’ sejħiet għal offerti b’rata fissa

Il-persentaġġ tal-allokazzjoni huwa:

Formula

L-ammont allokat lill-kontroparti ith huwa:

alli = all % × (ai )

fejn:

A

=

l-ammont totali allokat

n

=

nunmru totali ta’ kontropartijiet

ai

=

ammont tal-offerta tal-kontroparti ith

all%

=

persentaġġ tal-allokazzjoni

alli

=

ammont totali allokat lill-kontroparti ith

5.1.5.2.   Sejħiet għal offerti b’rata varjabbli f’euro

Fl-allokazzjoni ta’ sejħiet għal offerti b’rata varjabbli li jipprovdu likwidità fl-euro, l-offerti huma elenkati f’ordni dixxendenti ta’ rati ta’ imgħax offruti. Offerti bil-livelli l-aktar għoljin ta’ rati ta’ imgħax jiġu sodisfatti l-ewwel u offerti sussegwenti b’rati iktar baxxi ta’ imgħax suċċessiv huma aċċettati sakemm il-likwidità totali li għandha tiġi assorbita tiġi eżawrita. Jekk, fil-livell tal-inqas rata ta’ imgħax aċċettat (jiġifieri r-rata ta’ imgħax marġinali), l-ammont aggregat totali tal-offerta jeċċedi l-ammont li jibqa’ li għandu jiġi allokat, l-ammont li jibqa’ għandu jiġi allokat pro rata fost l-offerti skont il-proporzjon tal-ammont li jibqa’ li għandu jiġi allokat għall-offerta tal-ammont totali bir-rata ta’ imgħax marġinali (ara l-Kaxxa 5). L-ammont allokat lil kull kontroparti jiġi aġġustat sal-eqreb euro.

Fl-allokazzjoni ta’ sejħiet għal offerti b’rata varjabbli li jassorbu l-likwidità (li jistgħu jintużaw għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE u l-ġbir ta’ depożiti għal terminu fiss), l-offerti huma elenkati f’ordni axxendenti ta’ rati ta’ imgħax offruti (jew f’ordni dixxendenti ta’ prezzijiet offruti). Offerti bil-livelli l-aktar baxxi ta’ rata ta’ imgħax (l-ogħla prezz) jiġu sodisfatti l-ewwel u offerti sussegwenti b’rati ogħla ta’ imgħax suċċessiv (offerti bi prezzijiet aktar baxxi) huma aċċettati sakemm il-likwidità totali li għandha tiġi assorbita tiġi eżawrita. Jekk, fil-livell tal-ogħla rata ta’ imgħax aċċettat (l-aktar prezz baxx) (jiġifieri r-rata/prezz ta’ imgħax marġinali), l-ammont aggregat totali tal-offerta jeċċedi l-ammont li jibqa’ li għandu jiġi allokat, l-ammont li jibqa’ għandu jiġi allokat pro rata fost l-offerti skont il-proporzjon tal-ammont li jibqa’ li għandu jiġi allokat għall-ammont totali tal-offerta b’rata/prezz ta’ imgħax marġinali (ara l-Kaxxa 5). Għall-ħruġ taċ-ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE, l-ammont allokat lil kull kontroparti jiġi aġġustat sal-eqreb multiplu tad-denominazzjoni taċ-ċertifikati tad-dejn tal-BĊE. Għal operazzjonijiet oħra li jassorbu l-likwidità, l-ammont allokat lil kull kontroparti jiġi aġġustat sal-eqreb euro.

Il-BĊE jista’ jiddeċiedi li jalloka ammont minimu lil kull oblatur li jirbaħ fis-sejħiet għal offerti b’rata varjabbli.

KAXXA 5

Allokazzjoni ta’ sejħiet għal offerti b’rata varjabbi f’euro

(l-eżempju jirrferi għal offerti kkwotati fil-forma ta’ rati ta’ imgħax)

Il-persentaġġ tal-allokazzjoni bir-rata ta’ imgħax marġinali huwa:

Formula

L-allokazzjoni lill-kontroparti ith bir-rata ta’ imgħax marġinali huwa:

all (rm ) i = all%(rm ) × a(rm)i

L-ammont totali allokat lill-kontroparti ith huwa:

Formula

fejn:

A

=

ammont totali allokat

r s

=

offerta tar-rata ta’ imgħax sth mill-kontropartijiet.

n

=

numru totali ta’ kontropartijiet

a(r s ) i

=

offerta ta’ ammont bir-rata ta’ imgħax sth (r s ) mill-kontroparti ith

a(r s )

=

offerta tal-ammont totali bir-rata tal-imgħax sth (r s )

Formula

r m

=

rata ta’ imgħax marġinali:

 

r 1rs rm għal sejħa ta’ offerti li tipprovdi l-likwidità

 

rm rs r 1 għal sejħa ta’ offerti li tassorbi l-likwidità

r m-1

=

rata ta’ imgħax qabel ir-rata tal-imgħax marġinali (l-aħħar rata ta’ imgħax fejn l-offerti jiġu sodisfatti kompletament):

 

rm–1 > rm għal sejħa ta’ offerti li tipprovdi l-likwidità

 

rm > r m–1 għal sejħa ta’ offerti li tassorbi l-likwidità

all%(r m )

=

persentaġġ tal-allokazzjoni bir-rata ta’ imgħax marġinali

all(r s ) i

=

allokazzjoni lill-kontroparti ith bir-rata tal-imgħax sth

all i

=

ammont totali allokat lill-kontroparti ith

5.1.5.3.   Sejħiet għal offerti swap ta’ kambju barrani b’rata varjabbli

Fl-allokazzjoni ta’ sejħiet għal offerti swap ta’ kambju barrani b’rata varjabbli li jipprovdu likwidità, l-offerti huma elenkati f’ordni axxendenti tal-kwotazzjonijiet tal-punt ta’ swap (39). L-offerti bi kwotazzjonijiet l-aktar baxxi tal-punti ta’ swap huma sodisfatti l-ewwel u kwotazzjonijiet b’punt ta’ swap suċċessivament ogħla huma aċċettati sakemm l-ammont kollu ta’ valuta fissa li għandha tiġi allokata jittieħed. Jekk, fil-livell tal-ogħla punt ta’ swap aċċettat (jiġifieri il-kwotazzjoni tal-punt ta’ swap marġinali), l-ammont aggregat totali tal-offerta jeċċedi l-ammont li jibqa’ li għandu jiġi allokat, l-ammont li jibqa’ għandu jiġi allokat pro rata fost l-offerti skont il-proporzjon tal-ammont li jibqa’ li għandu jiġi allokat għall-ammont totali tal-offerta tal-kwotazzjoni tal-punt ta’ swap marġinali (ara l-Kaxxa 6). L-ammont allokat lil kull kontroparti jiġi aġġustat sal-eqreb euro.

Fl-allokazzjoni ta’ sejħiet għal offerti ta’ kambju barrani b’rata varjabbli li jassorbu likwidità, l-offerti huma elenkati f’ordni dixxendenti ta’ kwotazzjonijiet tal-punt ta’ swap offruti. L-offerti bl-ogħla kwotazzjonijiet tal-punti ta’ swap huma sodisfatti l-ewwel u kwotazzjonijiet b’punt ta’ swap suċċessivament aktar baxxi huma aċċettati sakemm l-ammont kollu ta’ valuta fissa li għandha tiġi allokata jittieħed. Jekk, fil-livell tal-kwotazzjoni tal-punt aktar baxx ta’ swap aċċettat (jiġifieri l-kwotazzjoni tal-punt ta’ swap marġinali), l-ammont aggregat totali tal-offerta jeċċedi l-ammont li jibqa’ li għandu jiġi allokat, l-ammont li jibqa’ għandu jiġi allokat pro rata fost l-offerti skont il-proporzjon tal-ammont li jibqa’ li għandu jiġi allokat għall-ammont totali tal-offerta fil-kwotazzjoni tal-punt ta’ swap marġinali (ara l-Kaxxa 6). L-ammont allokat lil kull kontroparti jiġi aġġustat sal-eqreb euro.

5.1.5.4.   Tip ta’ rkant

Gal sejħiet għal offerti b’rata varjabbli, l-Eurosistema tista’ tapplika jew rata waħda jew rata multipla għall-proċeduri tal-irkant. F’irkant b’rata waħda (irkant Olandiż), l-allokazzjoni tar-rata ta’ imgħax/prezz/punt ta’ swap applikata għall-offerti kollha sodisfatti hija ugwali għar-rata marġinali ta’ imgħax/prezz/punt ta’ swap (jiġifieri dak fejn l-allokazzjoni totali tkun ttieħdet). F’irkant b’rata multipla (irkant Amerikan), l-allokazzjoni tar-rata ta’ imgħax/prezz/punt ta’ swap hija ugwali għar-rata ta’ imgħax/prezz punt ta’ swap offrut għal kull offerta individwali.

KAXXA 6

Allokazzjoni ta’ sejħiet għal offerti swap ta’ valuta barranija

Il-persentaġġ tal-allokazzjoni fil-kwotazzjoni tal-punt ta’ swap marġinali huwa:

Formula

L-allokazzjoni lill-kontroparti ith fil-kwotazzjoni tal-punt ta’ swap marġinali huwa:

all m ) i = all% (Δ m ) × a(Δm)i

L-ammont totali allokat lill-kontroparti ith huwa:

Formula

fejn:

A

=

ammont totali allokat

Δ s

=

offerta ta’ punt ta’ swap sth mil-kontropartijiet

n

=

numru totali tal-kontropartijiet

a(Δ s ) i

=

offerta ta’ ammont fil-kwotazzjoni tal-punt ta’ swap (Δs) mill-kontroparti ith

a(Δ s )

=

offerta ta’ ammont totali fil-kwotazzjoni tal-punt ta’ swap sth (Δs)

Formula

Δ m

=

kwotazzjoni tal-punt swap marinali:

 

Δ m ≥ Δ s ≥ Δ1 għal swap ta’ kambju barrani li jipprovdi likwidità

 

Δ1 ≥ Δ s ≥ Δ m għal swap ta’ kambju barrani li jipprovdi likwidità

Δ m-1

=

kwotazzjoni tal-punt ta’ swap qabel il-kwotazzjoni tal-punt ta’ swap marġinali (l-aħħar kwotazzjoni tal-punt ta’ swap fejn l-offerti jiġu sodisfatti għal kollox),

 

Δ m > Δ m–1 għal swap ta’ kambju barrani li jipprovdi likwidità

 

Δ m–1 > Δ m għal swap ta’ kambju barrani li jipprovdi likwidità

all%(Δ m )

=

persentaġġ ta’ allokazzjoni fil-kwotazzjoni tal-punt ta’ swap marġinali

all(Δ s ) i

=

allokazzjoni lill-kontroparti ith fil-kwotazzjoni tal-punt ta’ swap sth

all i

=

ammont totali allokat lill-kontroparti ith

5.1.6.   Tħabbir tar-riżultati tas-sejħiet għal offerti

Ir-riżultati tas-sejħiet għal offerti standard u mgħaġġla jitħabbru pubblikament permezz ta’ servizzi tal-aħbarijiet u s-sit elettroniku tal-BĊE. Barra minn hekk, il-BĊNi jistgħu jħabbru r-riżultat tal-allokazzjoni direttament lill-kontropartijiet mingħajr aċċess għas-servizzi tal-aħbarijiet. Il-messaġġ tar-riżultat tas-sejħa għal offerti pubblika normalment ikun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-numru ta’ referenza tal-operazzjoni tas-sejħa għal offerti;

(b)

id-data tal-operazzjoni tas-sejħa għal offerti;

(c)

it-tip ta’ operazzjoni;

(d)

il-maturità tal-operazzjoni;

(e)

l-ammont totali tal-offerta tal-kontropartijiet tal-Eurosistema;

(f)

in-numru ta’ oblaturi;

(g)

il-valuti involuti (fil-każ ta’ swaps tal-kambju barrani);

(h)

l-ammont totali allokat;

(i)

il-persentaġġ ta’ allokazzjoni (fil-każ ta’ sejħiet għal offerti b’rata fissa);

(j)

ir-rata tal-kambju tal-mument (fil-każ ta’ swaps tal-kambju barrani);

(k)

ir-rata ta’ imgħax marġinali/prezz/punt ta’ swap aċċettat u l-persentaġġ ta’ allokazzjoni fir-rata ta’ imgħax marġinali/prezz/punt ta’ swap (fil-każ ta’ sejħiet għal offerti b’rata varjabbli);

(l)

ir-rata minima tal-offerta, ir-rata massima tal-offerta u r-rata tal-allokazzjoni medja peżata (fil-każ ta’ rkantijiet b’rata multipla),

(m)

id-data tal-bidu u d-data tal-maturità tal-operazzjoni (jekk applikabbli) jew id-data tal-valur u d-data tal-maturità tal-istrument (fil-każ tal-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE);

(n)

l-ammont minimu individwali tal-allokazzjoni (jekk ikun hemm);

(o)

il-proporzjon ta’ allokazzjoni minimu (jekk ikun hemm);

(p)

id-denominazzjoni taċ-ċertifikati (fil-każ ta’ ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE); u

(q)

il-kodiċi ISIN tal-ħruġ (fil-każ tal-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE).

Il-BĊNi jiċċertifikaw direttament ir-riżultat tal-allokazzjoni individwali lill-kontropartijiet li jirbħu l-offerta.

5.2.   Proċeduri għall-operazzjonijiet bilaterali

5.2.1.   Konsiderazzjonijiet ġenerali

Il-BĊNi jistgħu jeżegwixxu operazzjonijiet fuq il-bażi ta’ proċeduri bilaterali. Dawn il-proċeduri bilaterali jistgħu jintużaw għal operazzjonijiet ta’ rfinar f’suq miftuħ u operazzjonijiet diretti strutturali (40). Dawn huma definiti f’sens wiesa’ bħala proċeduri fejn l-Eurosistema twettaq tranżazzjoni ma’ kontroparti waħda jew uħud minnhom mingħajr sejħa għal offerti. F’dan ir-rigward, żewġ tipi ta’ proċeduri bilaterali jistgħu jintagħrfu: operazzjonijiet fejn il-kontropartijiet jiġu kkuntattjati direttament mill-Eurosistema, u l-operazzjonijiet eżegwiti permezz ta’ boroż u aġenti tas-suq.

5.2.2.   Kuntatt dirett mal-kontropartijiet

F’din il-proċedura, l-BĊNi jikkuntattjaw direttament kontroparti waħda domestika jew uħud minnhom, li jintgħażlu skont il-kriterji speċifikati fit-Taqsima 2.2. Skont l-istruzzjonijiet preċiżi mogħtija mill-BĊE, il-BĊNi jiddeċiedu dwar jekk jidħlux f’negozju mal-kontropartijiet. It-tranżazzjonijiet jiġu ffinalizzati permezz tal-BĊNi.

Jekk il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jkollu jiddeċiedi li, f’cirkustanzi eċċezzjonali, operazzjonijiet bilaterali jistgħu jkunu eżegwiti wkoll mill-BĊE nnifsu (jew minn BĊN wieħed jew xi uħud mill-BĊNi li jaġixxu bħala l-fergħa operattiva tal-BĊE), il-proċeduri għal dawk l-operazzjonijiet għandhom ikunu adattati b’dan il-mod. F’dan il-każ, il-BĊE (jew il-/BĊN(i) li jaġixxi/u bħala l-fergħa operattiva tal-BĊE) jikkuntattjaw direttament kontroparti waħda jew uħud minnhom fiż-żona tal-euro, magħżula skont il-kriterji speċifikati fit-Taqsima 2.2. Il-BĊE (jew il-bank/BĊN(i) li jaġixxi/u bħala l-fergħa ta’ operazzjoni tal-BĊE) jiddeċiedu jekk jidħlux f’negozju mal-kontropartijiet. It-tranżazzjonijiet għandhom madanakollu jitlestew b’mod deċentralizzat permezz tal-BĊNi.

Operazzjonijiet bilaterali permezz ta’ kuntatt dirett ma’ kontropartijiet jistgħu jiġu applikati għal tranżazzjonijiet irriversjati, tranżazzjonijiet diretti, swaps tal-kambju barrani u l-ġbir ta’ depożiti b’terminu fiss.

5.2.3.   Operazzjonijiet eżegwiti permezz ta’ boroż u aġenti tas-suq

Il-BĊNi jistgħu jeżegwixxu tranżazzjonijiet diretti permezz ta’ boroż u aġenti tas-suq. Għal dawn l-operazzjonijiet, il-firxa tal-kontropartijiet mhijiex ristretta a priori u l-proċeduri huma adattati għal konvenzjonijiet tas-suq għall-istrumenti tad-dejn innegozjati.

5.2.4.   Tħabbir ta’ operazzjonijiet ta’ sejħiet għal offerti

Operazzjonijiet bilaterali m’humiex normalment imħabbra pubblikament bil-quddiem. Barra minn dan, il-BĊE jista’ jiddeċiedi li ma jħabbarx pubblikament ir-riżultati ta’ operazzjonijiet bilaterali.

5.2.5.   Jiem ta’ operazzjoni

Il-BĊE jista’ jiddeċiedi li jwettaq operazzjonijiet bilaterali ta’ rfinar f’kull jum tan-negozju tal-Eurosistema. Il-BĊNi biss tal-Istati Membri fejn il-jum tal-kummerċ, il-jum li fih isir is-saldu u l-jum li fih jsiru r-rimborżi huma jiem tan-negozju tal-BĊE jipparteċipaw f’dawk l-operazzjonijiet.

Operazzjonijiet bilaterali diretti għal finijiet strutturali huma normalment imwettqa u mitmuma biss fil-jiem li huma jiem tan-negozju tal-BĊN fl-Istati Membri kollha.

5.3.   Proċeduri ta’ saldu

5.3.1.   Konsiderazzjonijiet Ġenerali

Tranżazzjonijiet tal-flus dwar l-użu tal-faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema jew għall-parteċipazzjoni f’operazzjonijiet ta’ suq miftuħ jiġu mħallsa fil-kontijiet tal-kontropartijiet mal-BĊNi jew fil-kontijiet tal-banek tas-saldu li jipparteċipaw fit-TARGET2. Tranżazzjonijiet fi flus jiġu rregolati biss wara (jew fil-mument ta’) t-trasferiment finali tal-assi sottostanti l-operazzjoni. Dan jimplika li l-assi sottostanti jinħtieġu jew li jkunu ġew depożitati minn qabel f’kont ta’ kustodja sigura fil-BĊNi jew li jitħallsu fuq bażi ta’ intraday kunsinna-kontra-ħlas mal-banek ċentrali msemmijin. It-trasferiment tal-assi sottostanti huwa eżegwit permezz tal-kontijiet ta’ saldu ta’ titoli tal-kontropartijiet mal-SSSs li jissodisfaw l-istandards minimi tal-BĊE (41). Il-kontropartijiet mingħajr kont ta’ kustodja sigura ma’ BĊN jew ma’ kont ta’ saldu tat-titoli ma’ SSS li jissodisfa l-istandards minimi tal-BĊE jistgħu jirregolaw it-tranżazzjonijiet tal-assi sottostanti permezz tal-kont ta’ saldu ta’ titoli jew il-kont ta’ kustodja sigura ta’ istituzzjoni ta’ kreditu korrispondenti.

Aktar dispożizzjonijiet li jirrelataw ma’ proċeduri ta’ saldu huma definiti fl-arranġamenti kuntrattwali applikati mill-BĊNi (jew l-BĊE) għall-istrumenti speċifiċi ta’ politika monetarja. Il-proċeduri ta’ saldu jistgħu jkunu ftit differenti bejn il-BĊNi minħabba d-differenzi fil-liġi nazzjonali jew il-prattiċi operattivi.

Tabella 3

Dati normali għal saldu ta’ operazzjonijiet ta’ suq miftuħ tal-Eurosistema  (42)

Strument tal-politika monetarja

Data ta’ saldu għal operazzjonijiet ibbażati fuq sejħiet għal offerti standard

Data ta’ saldu għal operazzjonijiet ibbażati fuq sejħiet għal offerti mgħaġġla jew proċeduri bilaterali

Tranżazzjonijiet irriversjati

T + 1 (43)

T

Tranżazzjonijiet diretti

Skont il-konvenzjoni tas-suq għal assi sottostanti

Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE

T + 2

Swaps tal-kambju barrani

T, T + 1 or T + 2

Ġbir ta’ depożiti b’terminu fiss

T

5.3.2.   Saldu ta’ operazzjonijiet ta’ suq miftuħ

Operazzjonijiet ta’ suq miftuħ ibbażati fuq sejħiet għal offerti standard (jiġifieri l-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin, operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq perijodu itwal u operazzjonijiet strutturali) normalment jiġu regolati fl-ewwel jum li jiġi wara l-jum tal-kummerċ li fih it-TARGET2 u l-SSSs relevanti kollha huma miftuħin. Iżda, il-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE jiġi rregolat fit-tieni jum wara l-jum tal-kummerċ meta t-TARGET2 u l-SSSs rilevanti kollha jkunu miftuħin. Bħala punt ta’ prinċipju, l-Eurosistema timmira li tirregola t-tranżazzjonijiet kollha relatati mal-operazzjonijiet tagħha ta’ suq miftuħ fl-istess żmien fl-Istati Membri kollha mal-kontropartijiet kollha li jkunu pprovdew assi sottostanti suffiċjenti. Iżda, minħabba l-limiti operattivi u l-karatterisitiċi tekniċi tal-SSSs, il-ħin fil-jum tas-saldu ta’ operazzjonijiet ta’ suq miftuħ jista’ jvarja ġewwa ż-żona tal-euro. Il-ħin tas-saldu tal-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin u fuq perijodu itwal normalment jikkoinċidi mal-ħin tar-rimborż ta’ operazzjoni ta’ qabel ta’ maturità korrispondenti.

L-Eurosistema għandha l-għan li tirregola operazzjonijiet ta’ suq miftuħ ibbażati fuq sejħiet għal offerti mgħaġġla u proċeduri bilaterali fil-jum tal-kummerċ. Iżda, l-Eurosistema tista’ tapplika kultant għal raġunijiet operattivi dati ta’ saldu oħrajn għal dawn l-operazzjonijiet, partikolament għal tranżazzjonijiet diretti u swaps ta’ valuta barranija (ara t-Tabella 3).

5.3.3.   Proċeduri tat-tmiem il-jum

Il-proċeduri tat-tmiem il-jum huma speċifikati fid-dokumentazzjoni li għandhom x’jaqsmu mat-TARGET2. Bħala regola ġenerali, it-TARGET2 jagħlaq fis-6 p.m. ħin tal-BĊE (CET). L-ebda ordnijiet oħra ta’ ħlas ma jiġu aċċettati għall-ipproċessar fit-TARGET2 wara l-ħin tal-għeluq, għalkemm l-ordnijiet ta’ ħlas aċċettati qabel il-ħin tal-għeluq xorta jiġu pproċessati. It-talbiet tal-kontropartijiet għall-aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali jew għall-faċilità ta’ depożitu għandhom jintbagħtu lill-BĊN rispettiv mhux aktar tard minn 15-il minuta wara l-ħin tal-għeluq tat-TARGET2. L-iskadenza biex jintalab l-aċċess għall-faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema hija posposta bi 15-il minuta oħra fl-aħħar jum tan-negozju tal-Eurosistema ta’ perijodu ta’ żamma ta’ riżerva minima.

Kull bilanċ negattiv fil-kontijiet ta’ saldu fit-TARGET2 ta’ kontropartijiet eliġibbli li jibqgħu wara l-finalizzazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll tal-aħħar jum tax-xogħol jiġi awtomatikament ikkunsidrat bħala talba għar-rikors għal self marġinali (ara t-Taqsima 4.1).

KAPITOLU 6

ASSI ELIĠIBBLI

6.1.   Konsiderazzjonijiet ġenerali

L-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ jippermetti lill-BĊE u lill-BĊNi li jagħmlu tranżazzjonijiet fis-swieq finanzjarji billi jixtru u jbiegħu assi sottostanti direttament jew skont ftehim ta’ xiri mill-ġdid u jeħtieġ li l-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema jkunu bbażati fuq kollateral adegwat. Għaldaqstant, l-operazzjonijiet kollha tal-Eurosistema li jipprovdu likwidità huma bbażati fuq assi sottostanti provduti mill-kontropartijiet jew fil-forma ta’ trasferiment ta’ proprjetà tal-assi (fil-każ ta’ tranżazzjonijiet diretti jew ta’ ftehim ta’ xiri mill-ġdid) jew fil-forma ta’ rahan, assenjazzjoni jew piż mogħti fuq assi rilevanti (fil-każ ta’ self kollateralizzat) (44).

Bl-għanijiet li l-Eurosistema tiġi protetta milli tagħmel telf fl-operazzjjonijiet tal-politika monetarja tagħha, u jiġi assigurat trattament ugwali tal-kontropartijiet u titjieb fl-effiċjenza u t-trasparenza operattiva, l-assi sottostanti għandhom jikkonformaw ma’ ċerti kriterji sabiex ikunu eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. L-Eurosistema żviluppat qafas wieħed għal assi eliġibbli komuni għall-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema. Dan il-qafas wieħed, imsejjaħ ’lista Waħda’ wkoll, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007 u ħa post is-sistema b’żewġ saffi li kien ilu fis-seħħ mill-bidu tat-tielet stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja.

Il-qafas wieħed jikkomprendi żewġ klassijiet ta’ assi distinti, assi negozjabbli u assi mhux negozjabbli. Ma ssir ebda distinzjoni bejn iż-żewġ klassijiet ta’ assi fir-rigward tal-kwalità tal-assi u l-eliġibbiltà tagħhom għat-tipi varji ta’ operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, ħlief li assi mhux negozjabbli ma jintużawx mill-Eurosistema għal tranżazzjonijiet diretti. L-assi eliġibbli għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema jistgħu jintużaw ukoll bħala assi sottostanti għal kreditu intraday.

Il-kriterji tal-eliġibbiltà għaż-żewġ klassijiet ta’ assi huma uniformi fiż-żona tal-euro u jidhru fit-Taqsima 6.2 (45). Biex jiġi żgurat li ż-żewġ klassijiet ta’ assi jikkonformaw mal-istess standards ta’ kreditu, twaqqaf qafas ta’ valutazzjoni ta’ kreditu tal-Eurosistema (ECAF), li jiddependi minn sorsi ta’ valutazzjoni ta’ kreditu differenti. Il-proċeduri u r-regoli li jistabbilixxu u jikkontrollaw il-ħtieġa tal-Eurosistema ta’ “standards ta’ kreditu għoljin” għall-kollateral eliġibbli kollu huma mniżżlin fit-Taqsima 6.3. Il-miżuri ta’ kontroll ta’ riskju u l-prinċipji ta’ valutazzjoni gall-assi sottostanti huma stabbiliti fit-Taqsimiet 6.4 u 6.5. Il-kontropartijiet tal-Eurosistema jistgħu jużaw assi eliġibbli fuq bażi transkonfinali (ara t-Taqsima 6.6).

6.2.   Speċifikazzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-assi sottostanti

Il-BĊE jistabbilixxi, iżomm u jippubblika lista ta’ assi negozjabbli eliġibbli (46). L-Eurosistema għandha tagħti biss parir lill-kontropartijiet fir-rigward tal-eliġibbiltà bħala kollateral tal-Eurosistema, jekk assi negozjabbli li jkunu inħarġu diġà jew assi mhux negozjabbli pendenti jiġu sottomessi lill-Eurosistema bħala kollateral. Għaldaqstant m’għandu jkun hemm l-ebda parir ta’ qabel il-ħruġ;

6.2.1.   Kriterji ta’ eliġibbiltà għal assi negozjabbli

Ċertifikati ta’ dejn maħruġin mill-BĊE u ċertifikati ta’ dejn maħruġin mill-BĊNi qabel id-data tal-adozzjoni tal-euro fl-Istati Membru rispettiv huma eliġibbli.

Biex tiġi ddeterminata l-eliġibbiltà ta’ assi negozjabbli oħrajn, il-kriterji ta’ eliġibbiltà li ġejjin huma applikati (ara wkoll it-Tabella 4):

6.2.1.1.   Tip ta’ assi

Għandu jkun strument ta’ dejn li jkollu:

(a)

ammont prinċipali inkundizzjunat u fiss (47); u

(b)

kupun li ma jistax jirriżulta fi fluss tal-kontanti negattiv. Barra minn dan, il-kupun għandu jkun wieħed minn dawn: (i) kupun żero; (ii) kupun b’rata fissa; jew (iii) kupun b’rata mhux fissa marbuta ma’ referenza ta’ rata ta’ imgħax. Il-kupun jista’ jintrabat ma’ bidla fil-klassifika ta’ min joħorġu nnifsu. Barra minn dan, il-bonds indiċjati mal-inflazzjoni huma eliġibbli wkoll.

Dawn il-karatteristiċi għandhom jinżammu sakemm jinfeda l-obbligu. Strumenti ta’ dejn jistgħu ma jagħtux drittijiet lill-kapital u/jew l-imgħax li huma subordinati għad-drittijiet tad-detenturi ta’ strumenti ta’ dejn oħrajn tal-istess persuna li għamlet il-ħruġ.

Ir-rekwiżit (a) ma japplikax għal titoli sostnuti mill-assi bl-eċċezzjoni ta’ bonds maħruġin minn istituzzjoni ta’ kreditu skont il-kriterji stabbilti fl-Artikolu 52 tad-Direttiva tal-UCITS (48) (imsejħa “bonds tal-bank koperti”). L-Eurosistema tivvaluta l-eligibbiltà ta’ titoli sostnuti mill-assi ħlief għall-bonds tal-banek koperti skont il-kriterji li ġejjin.

L-assi li jiġġeneraw il-fluss tal-kontanti li jsostnu t-titoli sostnuti minn assi għandhom jissodisfaw dawn il-ħtiġijiet:

(a)

l-akkwist ta’ dawn l-assi għandu jkun regolat bil-liġi ta’ Stat Membru tal-UE;

(b)

għandhom jinkisbu mill-oriġinatur jew minn intermedjarju bit-titolizzazzjoni ta’ vettura b’għan speċjali b’mod li l-Eurosistema tikkonsidra bħala “bejgħ effettiv” li huwa eżegwibbli kontra kull terz, u li ma jintlaħaqx mill-oriġinatur u l-kredituri tiegħu, jew mill-intermedjarju u l-kredituri tiegħu, inkluż fil-każ tal-insolvenza tal-oriġinatur jew tal-intermedjarju;

(c)

għandhom ikunu oriġinati u mibjugħin lil emittent minn oriġinatur jew, jekk applikabbli, intermedjarju inkorporat fiż-ŻEE;

(d)

m’għandhomx jikkonsistu, kollha jew parzjalment, attwalment jew potenzjalment, minn tranches jew titoli sostnuti minn assi oħrajn (49). Barra minn dan, m’għandhomx jikkonsistu, kollha jew parzjalment, attwalment jew potenzjalment, minn noti marbuta ma’ kreditu, swaps jew strumenti derivattivi oħrajn (50), (51), jew titoli sintetiċi;

(e)

jekk huma klejms ta’ kreditu, id-debituri u l-kredituri għandhom ikunu inkorporati (jew, jekk huma persuni fiżiċi, residenti) fiż-ŻEE u, jekk rilevanti, it-titolu relatat għandu jkun fiż-ŻEE. Il-liġi li tirregola dawk il-klejms ta’ kreditu għandha tkun il-liġi ta’ pajjiż taż-ŻEE. Jekk huma bonds, l-emittent għandu jkun inkorporat fiż-ŻEE, għandhom jinħarġu f’pajjiż taż-ŻEE taħt il-liġi ta’ pajjiż taż-ŻEE u kull titolu relatat għandu jkun jinsab fiż-ŻEE (52).

F’każijiet meta l-oriġinaturi jew, jekk ikun applikabbli, l-intermedjarji, kienu inkorporati fiż-żona tal-euro, jew fir-Renju Unit, l-Eurosistema vverifikat li ma kien hemm l-ebda dispożizzjonijiet ta’ clawback severi f’dawk il-ġurisżdizzjonijiet. Jekk l-oriġinatur jew, jekk ikun applikabbli, l-intermedjarju, huwa inkorporat f’pajjiż ŻEE ieħor, it-titoli sostnuti minn assi jistgħu jiġu kkunsidrati eliġibbli biss jekk l-Eurosistema taċċerta li d-drittijiet tagħha jkunu protetti b’mod xieraq kontra d-dispożizzjonijiet clawback kkunsidrati rilevanti mill-Eurosistema taħt il-liġi tal-pajjiż ŻEE rilevanti. Għal dan il-għan, valutazzjoni legali indipendenti f’forma aċċettabbli għall-Eurosistema għandha tintbagħat fejn jintwerew ir-regoli clawback applikabbli fil-pajjiż, qabel ma t-titoli sostnuti minn assi jistgħu jiġu kkunsidrati eliġibbli (53). Biex jiġi deċiż jekk id-drittijiet tagħha humiex protetti b’mod adegwat kontra r-regoli clawback, l-Eurosistema tista’ teħtieġ dokumenti oħra, inkluż ċertifikat ta’ solvenza miċ-ċessjonarju, għall-perijodu suspettat. Regoli clawback li l-Eurosistema tikkonsidra li huma severi u għalhekk bħala mhux aċċettabbli jinkludu regoli fejn il-bejgħ ta’ assi sottostanti jista’ jiġi invalidat mill-istralċjarju biss fuq il-bażi li ġie konkluż f’ċertu perijodu (perijodu suspett) qabel id-dikjarazzjoni tal-insolvenza tal-bejjiegħ (oriġinatur/intermedjarju), jew fejn invalidazzjoni bħal din tista’ tiġi evitata biss miċ-ċessjonarju jekk jistgħu jipprovaw li ma kinux jafu bl-insolvenza tal-bejjiegħ (oriġinatur/intermedjarju) fiż-żmien tal-bejgħ.

Fi ħdan ħarġa strutturata, biex tkun eliġibbli, tranche (jew subtranche) tista’ ma tkunx subordinata għal tranches oħra tal-istess ħarġa. Tranche (jew subtranche) titqies li mhijiex subordinata fil-konfront ta’ tranches oħra (jew subtranches) tal-istess ħarġa jekk, skont il-prijorità tal-ħlas applikabbli wara n-notifika tal-avviż ta’ eżekuzzjoni, kif stabbilit fil-prospett, l-ebda tranche oħra (jew subtranche) ma tingħata prijorità fuq dik it-tranche (jew subtranche) fir-rigward ta’ meta jiġi rċevut il-ħlas (il-kapital u l-imgħax), u għalhekk dik it-tranche (jew subtranche) hija l-aħħar li ġġarrab telf fost it-tranches jew subtranches differenti ta’ ħarġa strutturata. Għal ħarġiet strutturati meta l-prospett jipprovdi għal notifika ta’ avviż ta’ aċċelerazzjoni u eżekuzzjoni, in-nonsubordinazzjoni ta’ tranche (jew subtranche) għandha tiġi żgurata kemm taħt prijorità ta’ ħlasijiet b’avviż relatat ta’ aċċellerazzjoni kif ukoll taħt dak ta’ eżekuzzjoni.

L-Eurosistema tirriżerva d-dritt li titlob minn xi terza parti rilevanti (bħall-emittent, l-oriġinatur jew min jirranġa) kull kjarifika u/jew konferma legali li hi tqis meħtieġa biex tivvaluta l-eligibbiltà ta’ titoli sostnuti mill-assi.

6.2.1.2.   Standards ta’ kreditu

L-istrument ta’ dejn għandu jissodisfa standards ta’ kreditu għolja speċifikati fir-regoli ECAF għal assi negozzjabbli, kif stabbilit fit-Taqsima 6.3.2.

6.2.1.3.   Post tal-ħruġ

L-istrument ta’ dejn għandu jiġi ddepożitat/irreġistrat (maħruġ) fiż-ŻEE ma’ bank ċentrali jew mad-depożitorju ta’ titoli ċentrali (CSD) li jissodisfa l-istandards minimi stabbiliti mill-BĊE (54) Fil-każ ta’ strument ta’ dejn negozjabbli maħruġ minn korporazzjoni mhux finanzjarja (55) li mhijiex kklassifikata minn istituzzjoni ta’ valutazzjoni ta’ kreditu estern aċċettat (ECAI), il-post tal-ħruġ għandu jkun iż-żona tal-euro.

6.2.1.4.   Proċeduri ta’ saldu

L-istrument ta’ dejn għandu jkun trasferibbli f’forma ta’ dħul fil-kotba. Għandu jinżamm u jiġi rregolat fiż-żona tal-euro permezz ta’ kont mal-Eurosistema jew ma’ SSS li jissodisfa l-istandards stabbiliti mill-BĊE, biex il-perfezzjoni u t-twettiq ikunu suġġetti għal-liġi ta’ Stat Membru.

Jekk is-CSD fejn jinħarreġ l-assi u l-SSS fejn jinżamm mhumiex identiċi, iż-żewġ istituzzjonijiet għandhom ikunu konnessi b’rabta approvata mill-BĊE (56).

6.2.1.5.   Swieq aċċettabbli

L-istrument ta’ dejn għandu jiġi ammess għan-negozjar f’suq regolat kif definit fid-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li tememda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (57), jew innegozjati f’ċerti swieq mhux regolati kif speċifikat mill-BĊE (58). Il-valutazzjoni ta’ swieq mhux regolati mill-Eurosistema hija bbażata fuq tliet prinċipji – sigurtà, trasparenza u aċċessibbiltà (59).

6.2.1.6.   Tip ta’ emittent/garanti

L-istrument ta’ dejn jista’ jinħareġ jew jiġi ggarantit mill-banek ċentrali tal-Istati Membri tal-UE, entitajiet tas-settur pubbliku, entitajiet tas-settur privat, jew istituzzjonijiet internazzjonali jew sovranazzjonali.

6.2.1.7.   Post ta’ stabbiliment tal-emittent/il-garanti

L-emittent għandu jkun stabbilit fiż-ŻEE jew f’wieħed mill-pajjiżi tal-G10 (60)  (61) li mhux fiż-ŻEE. F’dan l-aħħar każ, l-istrumenti ta’ dejn jistgħu jiġu kkunsidrati eliġibbli biss jekk l-Eurosistema tiżgura li d-drittijiet tagħha jkunu protetti b’mod xieraq, kif determinat mill-Eurosistema, taħt il-liġijiet tal-pajjiż G10 li mhux fiż-ŻEE rispettiv. Għal dan l-iskop, valutazzjoni legali f’forma u b’sustanza aċċettabbli għall-Eurosistema għandha tiġi ppreżentata qabel ma l-assi jistgħu jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli. Fil-każ ta’ titolu sostnut minn assi, l-emittent għandu jkun stabbilit fiż-ŻEE.

Il-garanti għandu jkun stabbilit fiż-ŻEE, sakemm ma tkunx meħtieġa garanzija biex tistabbilixxi l-istandards ta’ kreditu għoljin għal assi negozjabbli, kif stabbilit fit-Taqsima 6.3.2.

Istituzzjonijiet internazzjonali jew sovranazzjonali huma dawk li jagħmlu il-ħruġ/il-garanti eliġibbli irrispettivament mill-post fejn huma stabbiliti. Fil-każ li strument ta’ dejn negozjabbli jinħareġ minn korporazzjoni mhux finanzjarja li mhijiex ikklassifikata minn ECAI, l-emittent/il-garanti għandu jkun stabbilit fiż-żona tal-euro.

6.2.1.8.   Valuta ta’ denominazzjoni

L-istrument ta’ dejn għandu jkun denomnat f’euro (62)

6.2.2.   Kriterji ta’ eliġibbiltà għal assi mhux negozjabbli

Tliet tipi ta’ assi mhux negozjabbli huma eliġibbli bħala kollateral fil-qafas wieħed għal assi eliġibbli: depożiti b’terminu fiss minn kontropartijiet eliġibbi, klejms ta’ kreditu u strumenti ta’ dejn sostnuti minn ipoteki bl-imnut mhux negozjabbli (RMBDs) (63).

6.2.2.1.   Klejms ta’ kreditu

Biex tkun eliġibbli, klejm ta’ kreditu (64) għandu jissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà li ġejjin (ara wkoll it-Tabella 4):

(a)

Tip ta’ assi: Għandu jkun klejm ta’ kreditu li huwa obbligu ta’ dejn ta’ debitur fil-konfront ta’ kontroparti tal-Eurosistema. Huma eliġibbli wkoll klejms tal-kreditu li għandhom “bilanċ ta’ tnaqqis” (jiġifieri fejn il-kapital u l-imgħax jitħallsu skont skeda miftiehma minn qabel). Linji ta’ kreditu mhux użati (eż faċilitajiet mhux użati ta’ klejms ta’ kreditu revolving), overdrafts ta’ kont kurrenti u ittri ta’ kreditu (li jawtorizzaw l-użu ta’ kreditu imma mhumiex klejms ta’ kreditu per se) mhumiex eliġibbli. Is-sehem ta’ istituzzjoni ta’ membru ta’ sindakat f’self sindakat huwa kkunsidrat tip eliġibbli ta’ klejm ta’ kreditu. Il-klejms ta’ kreditu jistgħu ma jagħtux drittijiet għall-kapital/jew għall-imgħax li huwa subordinat lid-drittijiet tad-detenturi ta’ klejms ta’ kreditu oħra (jew tranches jew subtranches oħra fl-istess self sindikat) jew strumenti ta’ dejn tal-istess persuna li tagħmel il-ħruġ.

(b)

Il-klejm ta’ kreditu għandu jkollu (i) ammont prinċipali fiss, bla kundizzjoni; u (ii) rata ta’ imgħax li ma tistax tirriżulta fi fluss negattiv ta’ kontanti. Barra minn dan, ir-rata ta’ imgħax għandha tkun waħda minn dawn: (i) tip kupun żero; (ii) fissa; jew (iii) varjabbli marbuta ma’ referenza ta’ rata ta’ imgħax oħra. Barra minn dan, il-klejms ta’ kreditu b’rata ta’ imgħax marbuta mar-rata ta’ inflazzjoni huma eliġibbli wkoll. Dawn il-karatteristiċi għandhom jinżammu sakemm jinfeda l-obbligu.

(c)

Tip ta’ debitur/garanti: Debituri u garanti eliġibbli huma korporazzjonijiet mhux finanzjarji (65), entitajiet fis-settur pubbliku u istituzzjonijiet internazzjonali jew sovranazzjonali. Kull debitur huwa responsabbli individwalment u solidarment għall-ħlas lura sħiħ tal-klejm ta’ kreditu konċernat (huma esklużi kodebituri responsabbli flimkien għal klejms ta’ kreditu individwali).

(d)

Post ta’ stabbiliment tad-debitur u tal-garanti: Id-debitur għandu jkun stabbilit fiż-żona tal-euro. Il-garanti għandu jkun stabbilit ukoll fiż-żona tal-euro, sakemm ma tkunx meħtieġa garanzija biex tistabbilixxi standards ta’ kreditu għoljin għal assi mhux negozjabbli, kif stabbilit fit-Taqsima 6.3.3. Din il-ħtieġa ma tapplikax għal istituzzjonijiet internazzjonali jew sovranazzjonali.

(e)

Standards ta’ kreditu: Il-kwalità ta’ klejms ta’ kreditu hija vvalutata permezz tal-affidabbiltà finanzjarja sottostanti tad-debitur jew tal-garanti. Il-klejms għandhom jissodisfaw l-istandards ta’ kreditu għolja speċifikati fir-regoli tal-ECAF għal assi mhux negozjabbli, kif stabbilit fit-Taqsima 6.3.3.

(f)

Daqs minimu: Fiż-żmien tas-sottomissjoni għall-użu bħala kollateral (mobilizzazzjoni) mill-kontroparti, il-klejm ta’ kreditu għandu tissodisfa limitu ta’ daqs minimu. Kull BĊN jista’ japplika daqs minimu tal-għażla tiegħu għal klejms ta’ kreditu domestiċi. Għall-użu transkonfinali, japplika limitu minimu komuni ta’ EUR 500 000. Huwa maħsub li malajr kemm jista’ jkun prattikabbli matul l-2013 ser jiġi introdott limitu minimu komuni ta’ EUR 500 000 għall-klejms ta’ kreditu kollha ġewwa ż-żona tal-euro.

(g)

Proċeduri tal-ipproċessar: Il-klejm ta’ kreditu għandha tiġi pproċessata skont il-proċeduri tal-Eurosistema kif iddefinit fid-dokumentazzjoni nazzjonali rispettiva.

(h)

Liġijiet li jirregolaw: Il-ftehim ta’ klejm ta’ kreditu u l-ftehim bejn il-kontroparti u l-BĊN li jimmobilizza l-klejm ta’ kreditu bħala kollateral (“ftehim ta’ mobilizzazzjoni”) għandhom ikunu rregolati t-tnejn bil-liġi ta’ Stat Membru. Barra minn hekk, in-numru totali ta’ liġijiet differenti li jirregolaw li huma applikabbli għal (i) il-kontroparti; (ii) il-kreditur; (iii) id-debitur; (iv) il-garanti (jekk ikun rilevanti); (v) il-ftehim ta’ klejm ta’ kreditu; u (vi) il-ftehim ta’ mobilizzazzjoni m’għandux jaqbeż tnejn.

(i)

Valuta ta’ denominazzjoni: Il-klejm ta’ kreditu għandu jkun denominata f’euro (66).

6.2.2.2.   Strumenti ta’ dejn sostnuti minn ipoteka bl-imnut mhux negozjabbli

Il-kriterji ta’ eliġibbiltà li ġejjin huma applikati għar-RMBDs (ara wkoll it-Tabella 4):

(a)

Tip ta’ assi: Għandu jkun strument ta’ dejn (promissory note jew kambjala) li jkun ggarantit minn grupp ta’ ipoteki residenzjali u li ma jasalx sal-livell tat-titolizzazzjoni sħiħa. Is-sostituzzjoni tal-assi fil-grupp sottostanti għandha tkun possibbli u għandu jkun hemm mekkaniżmu fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-Eurosistema tgawdi prijorità fuq kredituri li mhumiex dawk eżentati għal raġunijiet ta’ politika pubblika (67).

(b)

L-RMBD għandu jkollu (i) ammont prinċipali inkundizzjonat fiss; u (ii) rata ta’ imgħax li ma tistax tirriżulta fi fluss negattiv ta’ kontanti.

(c)

Standards ta’ kreditu: L-RMBD għandu jilħaq standards ta’ kreditu għoljin, li huma vvalutati permezz tal-parti tal-ECAF li tindirizza RMBDs, kif stabbilit fit-Taqsima 6.3.3.

(d)

Tip ta’ persuna li tagħmel il-ħruġ: Dawk li jagħmlu l-ħruġ eliġibbli huma istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma kontropartijiet eliġibbli.

(e)

Post ta’ stabbiliment tal-emittent: L-emittent għandu jkun stabbilit fiż-żona tal-euro.

(f)

Proċeduri tal-ipproċessar: L-RMBD għandu jiġi pproċessat skont il-proċeduri tal-Eurosistema kif iddefinit fid-dokumentazzjoni nazzjonali rispettiva.

(g)

Valuta ta’ denominazzjoni: L-RMBD għandu jkun denomnat f’euro (68).

6.2.3.   Ħtiġijiet addizzjonali għall-użu ta’ assi eliġibbli

6.2.3.1.   Ħtiġijiet legali addizzjonali għal klejms ta’ kreditu

Biex jiġi żgurat li jkun hemm garanzija valida fuq il-klejms ta’ kreditu u li l-klejm ta’ kreditu jista’ jitwettaq malajr fil-każ ta’ inadempjenza tal-kontroparti, iridu jiġu sodisfatti ħtiġijiet legali addizzjonali. Dawn il-ħtiġijiet legali jirrigwardaw:

(a)

il-verifika tal-eżistenza ta’ klejms ta’ kreditu;

(b)

in-notifika lid-debitur dwar il-mobilizzazzjoni tal-klejm ta’ kreditu jew ir-reġistrazzjoni ta’ din il-mobilizzazzjoni;

(c)

in-nuqqas ta’ restrizzjonijiet li jirrigwardaw is-segretezza u l-kunfidenzjalità bankarja;

(d)

in-nuqqas ta’ restrizzjonijiet fuq il-mobilizzazzjoni tal-klejm ta’ kreditu;

(e)

in-nuqqas ta’ restrizzjonijiet fuq it-twettiq tal-klejm ta’ kreditu.

Il-kontenut ta’ dawn il-ħtiġijiet legali huwa stabbiliti fl-Appendiċi 7. Aktar dettalji tal-karatteristiċi speċifiċi tal-ġurisżdizzjonijiet nazzjonali huma pprovduti fid-dokumentazzjoni nazzjonali rispettiva.

6.2.3.2.   Regoli għall-użu ta’ assi eliġibbli

Assi negozjabbli jistgħu jintużaw għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja kollha li huma bbażati fuq assi sottostanti, jiġifieri tranżazzjonijiet irriversjati u diretti u l-faċilità ta’ self marġinali. Assi mhux negozjabbli jistgħu jintużaw bħala assi sottostanti għal tranżazzjonijiet ta’ suq miftuħ irriversjati u l-faċilità ta’ self marġinali. Ma jintużawx fit-tranżazzjonijiet diretti tal-Eurosistema. L-assi kollha negozjabbli u mhux negozjabbli jistgħu jintużaw ukoll bħala assi sottostanti għall-kreditu intraday.

Minkejja l-fatt li assi negozjabbli jew mhux negozjabbli jissodisfa l-kriterji kollha ta’ eliġibbiltà, kontroparti m’għandhiex tissottometti bħala kollateral kwalunkwe assi maħruġ jew iggarantit minnha jew minn kull entità oħra li magħha għandha rabtiet mill-qrib (69).

“Rabtiet mill-qrib” tfisser sitwazzjoni fejn il-kontroparti hija marbuta ma’ min jagħmel ħruġ/debitur/garanti ta’ assi eliġibbli minħabba l-fatt li:

(a)

il-kontroparti għandha l-proprjetà diretta, jew indiretta, permezz ta’ impriża waħda jew aktar, 20 % jew aktar tal-kapital tal-emittent/id-debitur/il-garanti;

(b)

l-emittent/id-debitur/il-garanti għandu direttament, jew permezz impriża waħda jew iżjed, 20 % jew iżjed tal-kapital tal-kontroparti; jew

(c)

terza parti għandu l-proprjetà ta’ aktar minn 20 % tal-kapital tal-kontroparti u aktar minn 20 % tal-kapital tal-emittent/id-debitur/il-garanti, jew direttament jew indirettament, permezz ta’ impriża waħda jew aktar.

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-politika monetarja, partikolarment għall-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli għall-użu ta’ assi eliġibbli dwar ir-rabtiet mill-qrib, l-Eurosistema internament taqsam l-informazzjoni fuq investimenti kapitali provduti mill-awtoritajiet superviżorji għal dawn il-finijiet. L-informazzjoni hija suġġetta għall-istess standards ta’ segretezza applikati mill-awtoritajiet superviżorji.

Id-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq li jikkonċernaw rabtiet mill-qrib ma japplikawx għal: (a) rabtiet mill-qrib bejn il-kontroparti u l-entità tas-settur pubbliku taż-ŻEE li għandha d-dritt li tiġbor it-taxxi, jew fil-każ fejn strument ta’ dejn huwa ggarantit minn entità tas-settur pubbliku taż-ŻEE li għandha d-dritt li tiġbor it-taxxi; (b) bonds tal-bank koperti maħruġin skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva UCITS; jew (c) każijiet fejn strumenti ta’ dejn huma protetti minn salvagwardji legali speċifiċi paragunabbli ma’ dawk l-istrumenti mogħtija taħthom (b) bħal fil-każ ta’ (i) RMBDs li mhumiex titoli; jew (ii) bonds tal-bank koperti strutturati sostnuti minn self ta’ proprjetà immobbli strutturata jew bonds tal-bank koperti ta’ ipoteka kummerċjali sostnuta minn self, jiġifieri ċerti bonds tal-bank koperti ddikjarati li ma jikkonformawx mal-UCITS mill-Kummissjoni Ewropea, li jissodisfaw il-kriterji kollha li japplikaw għal titoli sostnuti minn assi, kif stabbilit fit-Taqsimiet 6.2 u 6.3 u l-kriterji addizzjonali li ġejjin:

Fil-każ ta’ bonds tal-bank koperti strutturati sostnuti minn self ta’ proprjetà immobbli residenzjali:

(a)

Kull self ta’ proprjetà immobbli residenzjali sottostanti l-bonds tal-bank koperti strutturati għandu jkun denominat f’euro; l-emittent (u d-debitur u l-garanti, jekk huma persuni legali), għandu jkun inkorporat fi Stat Membru, l-assi sottostanti tagħhom għandhom jinstabu fi Stat Membru, u l-liġi li tirregola s-self għandha tkun dik ta’ Stat Membru.

(b)

Self ta’ proprjetà immobbli residenzjali huwa eliġibbli għall-grupp kopert ta’ bonds strutturati koperti rilevanti, jekk huma ggarantiti minn garanzija eliġibbli jew b’titolu ta’ ipoteka. Garanzija eliġibbli għandha tkun pagabbli f’24 siegħa mal-inadempjenza. Garanziji eliġibbli għall-finijiet ta’ dan is-self garantit jistgħu jiġu pprovduti f’formati kuntrattwali differenti, inklużi kuntratti ta’ assigurazzjoni, sakemm jingħataw minn entità fis-settur pubbliku jew istituzzjoni finanzjarja suġġetta għal superviżjoni pubblika. Il-garanti għall-finijiet ta’ dan is-self garantit m’għandux ikollu rabtiet mill-qrib mal-emittent tal-bonds koperti, u għandu jkun kklassifikat tal-inqas [A+/A1/AH] minn ECAI aċċettata matul il-ħajja tat-tranżazzjoni.

(c)

Kollaterali sostitut ta’ kwalità għolja sa 10 % tal-grupp ta’ kopertura huwa aċċettat. Dan il-limitu jista’ jinqabeż biss wara analiżi fil-fond mill-BĊN rilevanti.

(d)

Il-porzjon massimu ta’ kull self eliġibbli individwali li jista’ jiġi ffinanzjat permezz ta’ ħruġ ta’ bond kopert strutturat huwa ta’ 80 % self-għal-valur (loan-to-value (LTV)). Il-kalkolu LTV għandu jiġi bbażat fuq valutazzjoni konservattiva tas-suq.

(e)

Il-kollateralizzazzjoni mandatorja żejda minima hija ta’ 8 %.

(f)

L-ammont ta’ self massimu għal self ta’ proprjetà immobbli residenzjali huwa ta’ EUR 1 miljun.

(g)

Il-valutazzjoni ta’ kreditu stand-alone tal-grupp ta’ kopertura għandha tikkorrispondi ma’ livell PD annwali ta’ 10 punti bażi skont il-limitu “single A” (ara t-Taqsima 6.3.1).

(h)

Limitu minimu fit-tul ta’ “single A” (“A-” skont Fitch jew Standard & Poor, “A3” minn Moody, jew “AL” minn DBRS) għandu jiġi applikat lil emittent u entitajiet relatati li huma parti minn jew rilevanti għat-tranżazzjoni marbuta mal-bond kopert strutturat.

Fil-każ ta’ bonds tal-bank koperti strutturati sostnuti minn self ta’ ipoteka kummerċjali:

(a)

Kull self ta’ ipoteka kummerċjali sottostanti għall-bonds tal-bank koperti strutturati għandu jkun denominat f’euro; l-emittent (u d-debitur u l-garanti, jekk huma persuni legali), għandu jkun inkorporat fi Stat Membru, l-assi sottostanti tagħhom għandhom jinstabu fi Stat Membru, u l-liġi li tirregola s-self għandha tkun dik ta’ Stat Membru.

(b)

Kollateral sostitut ta’ kwalità għolja sa 10 % tal-grupp ta’ kopertura huwa aċċettat. Dan il- limitu jista’ jinqabeż biss wara analiżi fil-fond mill-BĊN rilevanti.

(c)

Il-parti massima ta’ kull self eliġibbli individwali li tista’ tiġi ffinanzjata permezz ta’ ħruġ ta’ bond kopert strutturat huwa ta’ 60 % LTV. Il-kalkolu LTV għandu jiġi bbażat fuq valutazzjoni konservattiva tas-suq.

(d)

Il-kollateralizzazzjoni mandatorja żejda minima hija ta’ 10 %.

(e)

Is-sehem ta’ kull min jissellef fil-grupp ta’ kopertura, wara li jiġu aggregati l-ammonti kollha pendenti ta’ self individwali minn persuna li ssellfet partikolari, m’għandux jaqbeż 5 % tat-total tal-grupp ta’ kopertura.

(f)

Il-valutazzjoni ta’ kreditu stand-alone tal-grupp ta’ kopertura għandha tikkorrespondi mal-pass ta’ kwalità ta’ kreditu 1 skont l-iskala ta’ klassifika tal-Eurosistema (ara t-Taqsima 6.3.1).

(g)

Il-pass ta’ kwalità ta’ kreditu 2 għandu jiġi applikat lill-emittent u entitajiet relatati li huma parti minn jew rilevanti għat-tranżazzjoni dwar il-bond tal-bank kopert strutturat.

(h)

Kull self ta’ ipoteki kummerċjali sottostanti għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid tal-inqas fuq bażi annwali. It-tnaqqis fil-prezzijiet ta’ proprjetajiet għandu jkun rifless għal kollox fir- rivalutazzjoni. F’każ ta’ żidiet fil-prezzijiet, jiġi applikat haircut ta’ 15 %. Self li ma jissodisfax il-ħtieġa tal-limitu tal-LTV għandu jinbidel b’self ġdid, jew għandu jiġi kkollateralizzat iżjed, bla ħsara għall-approvazzjoni tal-BĊN rilevanti. Il-metodoloġija tal-valutazzjoni primarja li għandha tiġi applikata huwa l-valur tas-suq, jiġifieri l-prezz stmat li jinkiseb jekk l-assi kellhom jinbiegħu fis-suq bl-użu ta’ sforzi raġonevoli. Din l-istima għandha tkun ibbażata fuq l- assunzjoni l-aktar konservattiva. Jistgħu jiġu applikati wkoll metodi statistiċi imma sempliċiment bħala metodoloġija ta’ valutazzjoni sekondarja.

(i)

Riżerva ta’ likwidità f’forma ta’ kontanti f’euro depożitati ma’ kontroparti eliġibbli għandha tinżamm f’kull ħin biex tkopri l-ħlasijiet ta’ imgħax kollha relatati ma’ bonds tal-bank koperti għall-perijodu ta’ sitt xhur sussegwenti.

(j)

Kull meta l-klassifika ta’ kreditu fuq terminu qasir ta’ min jissellef fself ta’ ipoteka kummerċjali sottostanti taqa’ taħt il-pass 2 tal-kwalità ta’ kreditu fid-disa’ xhur qabel ma jimmatura bond tal- bank kopert hard bullet, dan li jissellef għandu jiddepożita ammont ta’ flus kontanti f’euro biżżejjed biex tiġi koperta l-parti rilevanti tal-ħlas prinċipali tal-bond tal-bank kopert kif ukoll spejjeż relatati skedati biex jitħallsu minn emittent taħt bond tal-bank kopert lir- riżerva ta’ likwidità.

(k)

Fil-każ ta’ stress ta’ likwidità, id-data ta’ maturità oriġinali tista’ tiġi estiża sa 12-il xahar biex jiġi kkumpensat in-nuqqas ta’ qbil fil-maturità bejn is-self amortizzat fil-grupp ta’ kopertura u l- fidi bullet tal-bond tal-bank kopert. Madankollu, il-bond tal-bank kopert isir eliġibbli għall-użu proprju wara d-data ta’ maturità oriġinali.

Barra minn hekk, għal bonds tal-bank koperti strutturati sostnuti minn self ta’ proprjetà immobbli residenzjali jew bonds tal-bank koperti strutturati sostnuti minn self ta’ ipoteka kummerċjali, il-kontropartijiet għandhom jipprovdu konferma legali minn ditta legali rinomata li tikkonferma li l-kundizzjonijiet li ġejjin ġew sodisfatti:

(a)

Min joħroġ il-bonds tal-bank koperti huwa istituzzjoni ta’ kreditu inkorporata fi Stat Membru tal-UE, u mhux vettura b’għan speċjali, anki jekk dawn il-bonds huma ggarantiti minn istituzzjoni ta’ kreditu inkorporata fi Stat Membru tal-UE.

(b)

Min joħroġ jew il-ħarġa tal-bonds tal-bank koperti huma suġġetti, bil-liġi tal-Istat Membru fejn l-emittent huwa inkorporat jew fejn inħarġu l-bonds tal-bank koperti, għal superviżjoni pubblika speċjali intiża biex tipproteġi d-detenturi tal-bonds tal-bank koperti.

(c)

Fil-każ tal-insolvenza ta’ emittent, id-detenturi ta’ bonds tal-bank koperti għandhom prijorità fir-rigward tar-rimborż tal-kapital u l-ħlas ta’ imgħax ġej minn assi eliġibbli (sottostanti).

(d)

Somom ġejjin mill-ħruġ ta’ bonds tal-bank koperti għandhom jiġu investiti (skont ir-regoli ta’ investiment stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-bond tal-bank kopert) b’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti tal-bonds tal-bank koperti jew leġiżlazzjoni oħra applikabbli għall-assi in kwistjoni.

Barra minn dan, il-kontroparti ma tistax tippreżenta bħala kollateral kull assi sostnut b’kollateral jekk il-kontroparti (jew kull terz li magħha hija għandha rabtiet mill-qrib) tipprovdi hedge tal-valuti lit-titolu sostnut minn assi, billi tidħol fi tranżazzjoni ta’ hedge tal-valuti ma’ emittent bħala kontroparti tal-hedge, jew jekk tipprovdi għajnuna f’likwidità għal 20 % jew aktar tal-ammont dovut tat-titolu sostnut minn assi.

L-assi kollha negozjabbli u mhux negozjabbli eliġibbli għandhom ikunu utilizzabbli f’kuntest transkonfinali ġewwa ż-żona tal-euro kollha. Dan ifisser li l-kontropartijiet tal-Eurosistema kollha għandhom ikunu jistgħu jużaw assi eliġibbli jew permezz ta’ rabtiet mal-SSSs domestiċi tagħhom fil-każ ta’ assi negozjabbli jew permezz ta’ arranġamenti eliġibli oħrajn biex jiġi rċevut kreditu mill-BĊN tal-Istat Membru fejn il-kontroparti hija stabbilita (ara t-Taqsima 6.6).

Tabella 4

Assi eliġibbli għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema

Kriterji ta’ eliġibbiltà

Assi negozjabbli (70)

Assi mhux negozjabbli (71)

Tip ta’ assi

Ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE

Strumenti ta’ dejn negozjabbli oħrajn (72)

Klejms ta’ kreditu

RMBDs

Standards ta’ kreditu:

L-assi għandu jissodisfa standards ta’ kreditu għoljin. L-istandards ta’ kreditu għoljin jiġu vvalutati bl-użu tar-regoli ECAF għal assi negozjabbli. (72)

Id-debitur/garanti għandu jissodisfa standards ta’ kreditu għoljin. L-affidabbiltà tal-kreditu tiġi vvalutata bl-użu ta’ regoli ECAF għall-klejms ta’ kreditu.

L-assi għandu jissodisfa standards ta’ kreditu għoljin. L-istandards ta’ kreditu għoljin jiġu vvalutati bl-użu tar-regoli ECAF għal RMBDs.

Post tal-ħruġ:

ŻEE (72)

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Proċeduri ta’ saldu/ipproċessar

Post tas-saldu: fiż-żona tal-euro

L-istrumenti għandhom jiġu ddepożitati ċentralment f’forma ta’ dħul fil-kotba mal-BĊNi jew SSS li jissodisfaw l-istandards minimi tal-BĊE.

Proċeduri tal-Eurosistema

Proċeduri tal-Eurosistema

Tip ta’ emittent/debitur/garanti

BĊNi

Settur pubbliku

Settur privat

Istituzzjonijiet internazzjonali u supranazzjonali

Settur pubbliku

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Istituzzjonijiet internazzjonali u supranazzjonali

Istituzzjoni ta’ kreditu:

Post ta’ stabbiliment tal-emittent, tad-debitur u tal-garanti:

Emittent (72): Pajjiżi tal-G10 taż-ŻEE u mhux taż-ŻEE

Debitur: ŻEE

Garanti (72): ŻEE

Żona tal-euro;

Żona tal-euro;

Swieq aċċettabbli

Swieq regolati

Swieq mhux regolati aċċettati mill-BĊE

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Valuta

Euro

Euro

Euro

Daqs minimu

Mhux applikabbli

Limitu tad-daqs minimu fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-klejm ta’ kreditu

għall-użu domestiku: tal-BĊN,

għall-użu transkonfinali: limitu komuni ta’ EUR 500 000 .

Malli jkun prattikabbli matul l-2013:

Introduzzjoni ta’ limitu minimu komuni ta’ EUR 500 000 ġewwa ż-żona tal-euro

Mhux applikabbli

Liġijiet li jirregolaw:

Għal titoli sostnuti minn assi l-akkwist tal-assi sottostanti għandu jkun irregolat bil-liġi ta’ Stat Membru tal-UE; Il-liġi li tirregola dawk il-klejms ta’ kreditu sottostanti għandha tkun il-liġi ta’ pajjiż taż-ŻEE

Liġi li tirregola l-ftehim tal-klejm ta’ kreditu u mobilizzazzjoni: Liġi ta’ Stat Membru

In-numru totali ta’ liġijiet differenti applikabbli għal

(a)

il-kontroparti:

(b)

il-kreditur;

(c)

id-debitur;

(d)

il-garanti (jekk rilevanti);

(e)

il-ftehim ta’ klejm ta’ kreditu;

(f)

il-ftehim ta’ mobilizzazzjoni M’għandux jaqbeż tnejn

Mhux applikabbli

Użu transkonfinali

Iva

Iva

Iva

6.3.   Qafas tal-valutazzjoni ta’ kreditu tal-Eurosistema

6.3.1.   Ambitu u elementi

Il-qafas ta’ valutazzjoni ta’ kreditu tal-Eurosistema (ECAF) jiddefinixxi l-proċeduri, r-regoli u t-tekniċi li jiżguraw li l-ħtieġa tal-Eurosistema għal standards ta’ kreditu għoli għall-assi kollha eliġibbli iiġi sodisfatta.

Fil-qafas ġenerali, fit-twaqqif ta’ standards ta’ kreditu għoli, l-Eurosistema tagħmel differenza bejn assi negozjabbli u mhux negozjabbli (ara Taqsima 6.3.2 u 6.3.3) biex tiġi kkunsidrata n-natura legali differenti ta’ dawn l-assi u għal raġunijiet ta’ effiċjenza operattiva.

Fil-valutazzjoni tal-istandard tal-kreditu ta’ assi eliġibbli, l-Eurosistema tikkunsidra informazzjoni dwar valutazzjoni ta’ kreditu mis-sistemi tal-valutazzjoni ta’ kreditu li tappartjeni għal wieħed minn erba’ sorsi, jiġifieri istituzzjonijiet ta’ valutazzjoni ta’ kreditu estern (ECAIs), sistemi ta’ valutazzjoni ta’ kreditu in-house tal-BĊNi (ICASs), sistemi bbażati fuq klassifiki interni (IRB) jew għodod ta’ klassifika ta’ fornituri terzi (RTs). Barra minn dan, fil-valutazzjoni tal-istandard ta’ kreditu, l-Eurosistema tikkunsidra kriterji istituzzjonali u karatteristiċi li jiggarantixxu protezzjoni simili għad-detentur tal-istrument bħal garanziji.

Fir-rigward tas-sors ECAI, il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq klassifika pubblika. L-Eurosistema tirriżerva d-dritt li titlob kull kjarifika li tqis meħtieġa. Għal titoli sostnuti minn assi, il-klassifika għandha tiġi spjegata f’rapport tal-klassifika tal-kreditu disponibbli pubblikament, jiġifieri rapport ta’ qabel il-bejgħ jew ħarġa ġdida, inkluża, fost l-oħrajn, analiżi komprensiva ta’ aspetti strutturali u legali, valutazzjoni dettaljata tal-grupp kollaterali, analiżi tal-parteċipanti tat-tranżazzjoni, kif ukoll analiżi ta’ kull detall rilevanti ieħor ta’ tranżazzjoni. Barra minn dan, l-ECAIs għandhom jippubblikaw rapporti regolari ta’ sorveljanza għal titoli sostnuti minn assi. Il-pubblikazzjoni ta’ dawn ir-rapporti għandha tkun skont il-frekwenza u l-ħin tal-ħlas tal-kupuni. Dawn ir-rapporti għandhom ta’ lanqas jinkludu aġġornament tad-data tat-tranżazzjoni prinċipali (eż. il-kompożizzjoni tal-grupp tal-kollateral, il-parteċipanti tat-tranżazzjoni, l-istruttura tal-kapital), kif ukoll id-data tal-prestazzjoni.

Il-punt ta’ referenza tal-Eurosistema biex jiġi stabbilit ir-rekwiżit minimu għal standards ta’ kreditu għoljin (“il-limitu ta’ kwalità tal-kreditu”) huwa ddefinit bħala valutazzjoni ta’ kreditu tat-tip pass 3 fl-iskala ta’ klassifika armonizzata tal-Eurosistema (73). L-Eurosistema tikkunsidra PD ta’ 0,40 % fuq medda ta’ sena bħala ekwivalenti għal valutazzjoni ta’ kreditu tat-tip pass 3, bla ħsara għal rivalutazzjoni regolari. L-ECAF issegwi d-definizzjoni ta’ ġrajja ta’ inadempjenza mogħtija fid-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital (CRD) (74). L-Eurosistema tippubblika l-aktar klassifika baxxa li tissodisfa l-limitu ta’ kwalità ta’ kreditu meħtieġ għal kull ECAI aċċettat, mingħajr ma tassumi responsabbiltà għall-valutazzjoni tagħha tal-ECAI, ukoll suġġetta għal valutazzjoni regolari. Fir-rigward ta’ titoli sostnuti minn assi, il-punt ta’ referenza tal-Eurosistema biex tistabbilixxi l-ħtiġijiet minimi tagħha għal standards ta’ kreditu għoljin huwa definit f’termini ta’ valutazzjoni ta’ kreditu “triple A” (75) fil-ħruġ. Matul il-ħajja tat-titolu sostnut minn assi, għandu jinżamm il-livell minimu tal-Eurosistema ta’ kreditu ta’ kwalità tat-tip pass 2 tal-iskala ta’ klassifika armonizzata tal-Eurosistema (“single A”) (76). Fir-rigward ta’ RMBDs, il-punt ta’ referenza tal-Eurosistema biex tiġi stabbilita il-ħtieġa minima għal standards ta’ kreditu għoljin huwa ddefinit bħala valutazzjoni ta’ kreditu tat-tip pass 2 fl-iskala ta’ klassifika armonizzata tal-Eurosistema (“single A”). L-Eurosistema tikkunsidra PD ta’ 0,10 % fuq medda ta’ sena bħala ekwivalenti għal valutazzjoni ta’ kreditu tat-tip pass 2, bla ħsara għal rieżami regolari.

L-Eurosistema tirriżerva d-dritt li tiddetermina jekk ħarġa, l-emittent, debitur, jew garanti jissodisfax il-ħtiġijiet tagħha għal standards ta’ kreditu għoljin fuq il-bażi ta’ informazzjoni li tista’ tikkunsidra rilevanti u tista’ tirrifjuta, tillimita l-użu ta’ assi jew tapplika haircuts supplimentari fuq dawn il-motivi jekk tkun meħtieġa protezzjoni ta’ riskju adegwat tal-Eurosistema skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ. Dawn il-miżuri jistgħu jiġu applikati wkoll għal kontropartijiet speċifiċi, b’mod partikolari jekk il-kwalità tal-kreditu tal-kontroparti tidher li tkun qed turi korrelazzjoni għolja mal-kwalità tal-kreditu tal-assi kollaterali mogħtija mill-kontroparti. F’dan il-każ, iċ-ċaħda hija bbażata fuq informazzjoni prudenti, u l-użu tagħha trażmess jew minn kontropartijiet jew minn superviżuri, għandha tkun strettament skont, u meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-Eurosistema fit-tħaddim tal-politika monetarja.

Assi maħruġin jew iggarantiti minn entitajiet suġġetti għal iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħrajn imposti mill-Unjoni taħt l-Artikolu 75 tat-Trattat jew minn Stat Membru tal-UE li jirrestrinġi l-użu tal-fondi tagħhom, jew li fir-rigward tagħhom il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ħa deċiżjoni li tissospendi jew teskludi l-aċċess tagħhom għal operazzjonijiet ta’ suq miftuħ jew il-faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema, jistgħu jiġu esklużi mil-lista ta’ assi eliġibbli.

6.3.2.   Twaqqif ta’ standards ta’ kreditu għoljin għal assi negozjabbli

L-istandards ta’ kreditu għoljin għal assi negozjabbli huma stabbiliti fuq il-bażi tas-sett ta’ kriterji li ġejjin:

(a)

Valutazzjoni ta’ kreditu ECAI: Tal-inqas valutazzjoni ta’ kreditu waħda minn ECAI aċċettat (kif stabbilit fit-Taqsima 6.3.4) għall-ħruġ (jew, fin-nuqqas tiegħu, għall-emittent) għandha tkun konformi mal-limitu ta’ kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema (77)  (78). Il-BĊE jippubblika l-limitu tal-kwalità tal-kreditu għal kull ECAI aċċettat, kif stabbilit taħt it-Taqsima 6.3.1 (79).

(b)

Valutazzjoni ta’ kreditu ECAI ta’ titoli sostnuti minn assi: Għal titoli sostnuti minn assi maħruġin fi jew wara l-1 ta’ Marzu 2010, l-Eurosistema teħtieġ tal-inqas żewġ valutazzjonijiet ta’ kreditu minn kwalunkwe ECAI aċċettat għall-ħruġ. Biex tiġi ddeterminata l-eliġibbiltà ta’ dawn it-titoli, tiġi applikata r-“regola tat-tieni l-aħjar” li tfisser li mhux biss l-aħjar, imma wkoll il-valutazzjoni ta’ kreditu ECAI tat-tieni l-aħjar għandha tikkonforma mal-limitu tal-kwalità tal-kreditu għal titoli sostnuti minn assi. Fuq il-bażi ta’ din ir-regola, l-Eurosistema teħtieġ kemm għaż-żewġ valutazzjonijiet ta’ kreditu livell “AAA”/“Aaa” mal-ħruġ u livell “single A” matul il-ħajja tat-titolu biex it-titoli jkunu eliġibbli.

Mill-1 ta’ Marzu 2011 it-titoli kollha sostnuti minn assi, irrispettivament mid-data tal-ħruġ tagħhom, għandu jkollhom mill-inqas żewġ valutazzjonijiet ta’ kreditu minn kull ECAI aċċettat għall-ħruġ, u r-regola tat-tieni l-aħjar għandha tiġi sodisfatta biex it-titoli jibqgħu eliġibbli.

Fir-rigward tat-titoli sostnuti minn assi qabel l-1 ta’ Marzu 2010 li għandhom valutazzjoni ta’ kreditu waħda, għandha ssir it-tieni valutazzjoni qabel l-1 ta’ Marzu 2011. Għal titoli sostnuti minn assi qabel l-1 ta’ Marzu 2009 iż-żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu għandhom jikkonformaw mal-livell “single A” matul il-ħajja tat-titolu. Għal titoli sostnuti minn assi maħruġin bejn l-1 ta’ Marzu 2009 u t-28 ta’ Frar 2010, l-ewwel valutazzjoni ta’ kreditu għandha tikkonforma mal-livell “AAA”/“Aaa” mal-ħruġ u l-livell “single A” matul il-ħajja tat-titolu, filwaqt li t-tieni valutazzjoni ta’ kreditu għandha tikkonforma mal-livell “single A” kemm mal-ħruġ (80) kif ukoll matul il-ħajja tat-titolu.

Ħruġ funġibbli tap ta’ titoli sostnuti minn assi huwa kkunsidrat li huwa ħruġ ġdid ta’ titoli sostnuti minn assi. It-titoli kollha sostnuti mill-assi maħruġin taħt l-istess kodiċi ISIN għandhom jikkonformaw mal-kriterji ta’ eliġibbiltà fis-seħħ fid-data tal-aħħar ħruġ funġibbli tap. Għal ħruġ funġibbli tap ta’ titoli sostnuti minn assi li ma jikkonformawx mal-kriterji ta’ eliġibbiltà fis-seħħ fid-data tal-aħħar ħruġ funġibbli tap, it-titoli kollha sostnuti minn assi maħruġin taħt l-istess kodiċi ISIN huma kkunsidrati bħala mhux eliġibbli. Din ir-regola m’għandhiex tapplika fil-każ ta’ ħruġ funġibbli tap ta’ titoli sostnuti minn assi li kienu fuq il-lista ta’ assi eliġibbli tal-Eurosistema fl-10 ta’ Ottubru 2010 jekk l-aħħar ħruġ funġibbli tap seħħ qabel dik id-data. Ħruġ mhux funġibbli tap huwa kkunsidrat li huwa differenti minn titoli sostnuti minn assi.

(c)

Garanziji: Fin-nuqqas ta’ valutazzjoni ta’ kreditu ECAI (aċċettabbli) tal-emittent, jistgħu jiġu stabbiliti standards ta’ kreditu ogħla fuq il-bażi ta’ garanziji provduti minn garanti finanzjarjament sodi. Is-sodizza finanzjarja tal-garanti tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu tal-ECAI li tissodisfa l-limitu ta’ kwalità ta’ kreditu tal-Eurosistema. Il-garanti għandu jissodisfa l-ħtiġijiet li ġejjin:

(i)

Garanzija titqies aċċettabbli jekk il-garanti jkun inkundizzjonatament u irrevokabbilment iggarantixxa l-obbligi tal-emittent fir-rigward tal-ħlas tal-kapital, imgħax u kull ammonti oħra dovuti skont l-istrumenti ta’ dejn lid-detenturi tagħhom sakemm jitħallsu għal kollox.

(ii)

Il-garanzija għandha tkun pagabbli mal-ewwel talba (indipendentement mill-obbligu tad-dejn sottostanti). Garanziji mogħtija minn entitajiet pubbliċi intitolati jiġbru t-taxxi jew għandhom ikunu pagabbli mal-ewwel talba jew inkella jipprovdu għal ħlas fil-pront u puntwali wara l-inadempjenza. L-obbligi tal-garanti taħt il-garanzija għandhom ikunu kklassfikati tal-inqas daqs u pari passu mal-obbligi mhux garantiti l-oħrajn kollha tal-garanti.

(iii)

Il-garanzija għandha tiġi rregolata bil-liġi ta’ Stat Membru tal-UE u tkun valida legalment, u vinkolanti u eżegwibbli kontra l-garanti.

(iv)

Konferma legali li tikkonċerna l-validità legali, l-effett vinkolanti u l-eżegwibbiltà tal-garanzija għandha tiġi sottomessa f’forma u b’sustanza aċċettabbli għall-Eurosistema qabel ma l-assi sostnut mill-garanzija jista’ jiġi kkunsidrat eliġibbli. Jekk il-garanti huwa stabbilit f’ġurisżdizzjoni li ma tkunx dik tal-liġi li tirregola l-garanzija, il-konferma legali għandha tikkonferma wkoll li l-garanzija hija valida u eżegwibbli skont il-liġi li tirregola t-twaqqif tal-garanti. Il-konferma legali għandha tintbagħat għal rieżami lill-bank ċentrali li qed jirrapporta ċertu assi sostnuti minn garanzija għall-inklużjoni fil-lista ta’ assi eliġibbli (81). Il-bżonn għal konferma legali ma japplikax għal garanziji mogħtijin fir-rigward ta’ strumenti ta’ dejn bi klassifika individwali ta’ assi jew għal garanziji mogħtijin minn entitajiet pubbliċi intitolati li jiġbru t-taxxa. Il-ħtieġa ta’ eżegwibbiltà hija suġġetta għal-liġijiet tal-insolvenza jew tal-falliment, prinċipji ġenerali ta’ ekwità u liġijiet u prinċipji simili applikabbli għall-garanti u li ġeneralment jaffettwaw id-drittijiet tal-kredituri kontra l-garanti.

Fin-nuqqas ta’ valutazzjoni ta’ kreditu tal-ECAI għall-ħruġ, l-emittent jew il-garanti, l-istandards ta’ kreditu għoljin huma stabbiliti kif ġej:

(a)

L-emittenti jew il-garanti tas-settur pubbliku taż-żona tal-euro: Jekk assi negozjabbli jinħarġu jew jiġu ggarantiti minn gvern reġjonali, awtorità lokali jew entità fis-settur pubbliku (PSE) stabbiliti fiż-żona tal-euro kif definit fis-CRD, tapplika l-proċedura li ġejja:

(i)

L-emittent jew il-garanti jiġi allokat waħda mit-tliet klassijiet skont is-CRD (82) kif spjegat fit-Tabella 5.

(ii)

Valutazzjoni ta’ kreditu impliċita għal emittent jew garanti li jappartjenu għall-klassijiet 1 u 2 jiġi mill-valutazzjoni ta’ kreditu ECAI tal-gvern ċentrali tal-pajjiż fejn l-emittent jew il-garanti huwa stabbilit. Il-valutazzjoni ta’ kreditu impliċitu għandu jissodisfa l-limitu ta’ kwalità ta’ kreditu tal-Eurosistema. L-ebda valutazzjoni ta’ kreditu impliċitu ma jirriżulta minn emittent/garanti li jappartjenu għall-klassi 3.

(b)

L-emittent jew il-garanti ta’ kumpanniji mhux finanzjarji taż-żona tal-euro: Jekk l-istandards ta’ kreditu għoljin għal assi negozjabbli li jinħarġu/jiġu ggarantiti minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji (83) stabbiliti fiż-żona tal-euro ma jistgħux jiġu stabbilti fuq il-bażi ta’ valutazzjoni ta’ kreditu ECAI għall-ħruġ, l-emittent jew il-garanti, ir-regoli ECAF għall-klejms ta’ kreditu ikunu applikabbli u l-kontropartijiet huma permessi li jużaw is-sistema IRB tagħhom stess, is-sistemi ta’ valutazzjoni ta’ kreditu in-house tal-BĊNi jew għodod ta’ klassifika ta’ terzi. L-istrumenti tad-dejn negozjabbli mhux klassifikati maħruġin minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji mhumiex inklużi fil-lista pubblika ta’ assi negozjabbli eliġibbli.

Tabella 5

Valutazzjonijiet ta’ kreditu impliċiti għall-gvern reġjonali taż-żona tal-euro, l-emittent tal-awtorità lokali u tas-settur pubbliku, debituri jew garanti mingħajr valutazzjoni ta’ kreditu ECAI

 

Allokazzjoni tal-emittent, debituri jew garanti skont is-CRD

Derivazzjoni ECAF tal-valutazzjoni ta’ kreditu impliċitu tal-emittent, debitur jew garanti li jappartjeni għall-klassi korrispondenti

Klassi 1

Gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u PSEs li, skont l-awtoritajiet superviżorji kompetenti, jistgħu jiġu ttrattati ugwalment mal-gvern ċentrali għall-finijiet tal-ħtiġijiet kapitali

Allokati l-valutazzjoni ta’ kreditu ta’ ECAI tal-gvern ċentrali tal-pajjiż fejn huwa stabbilit

Klassi 2

Gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u PSEs li, skont l-awtoritajiet superviżorji kompetenti, jistgħu jiġu ttrattati ugwali bħall-istituzzjonijiet [ta’ kreditu] għall-finijiet tal-ħtiġijiet kapitali

Allokati l-valutazzjoni ta’ kreditu pass ta’ kwalità ta’ kreditu wieħed (84) taħt il-valutazzjoni ta’ kreditu ECAI tal-gvern ċentrali tal-pajjiż fejn huwa stabbilit

Klassi 3

PSEs oħrajn

Ittrattati bħall-emittent jew id-debituri tas-settur privat

6.3.3.   Twaqqif ta’ standards ta’ kreditu għoljin għal assi negozjabbli

6.3.3.1.   Klejms ta’ kreditu

Biex tiġi stabbilita l-ħtieġa għal standards ta’ kreditu għoljin għad-debituri jew garanti tal-klejms ta’ kreditu, il-kontropartijiet għandhom jagħżlu sors ta’ valutazzjoni ta’ kreditu ewlieni wieħed minn fost dawk li huma disponibbli u aċċettati mill-Eurosistema. Kontroparti tagħżel sistema waħda minn sors ta’ valutazzjoni ta’ kreditu disponibbli, ħlief fil-każ ta’ ECAIs, fejn jistgħu jintużaw sistemi ECAI aċċettati kollha.

Il-kontropartijiet għandhom jibqgħu mas-sors magħżul għal perijodu minimu ta’ sena biex jiġi prekluż il-“qbiż” bejn valutazzjonijiet ta’ kreditu (jiġifieri għall-aħjar valutazzjoni ta’ kreditu li jiggarantixxi l-eliġibbiltà fost is-sorsi jew sistemi kollha disponibbli fuq bażi ta’ minn debitur għal debitur). Kontropartijiet li jixtiequ jibdlu sorsi ta’ valutazzjoni ta’ kreditu wara perijodu minimu ta’ sena għandhom jissottomettu talba motivata lill-BĊN rilevanti.

Il-kontropartijiet jistgħu jitħallew jużaw aktar minn sistema waħda jew sors mas-sottomissjoni ta’ talba motivata. Is-sors ewlieni ta’ valutazzjoni ta’ kreditu magħżul huwa mistenni li jkopri l-ikbar numru ta’ debituri sottomessi minn kontroparti. L-użu ta’ aktar minn sors jew sistema waħda ta’ valutazzjoni ta’ kreditu għandu jiġi appoġġat bl-eżistenza ta’ każ tan-negozju adegwat. Fil-prinċipju, każ bħal dan jista’ jirriżulta minn nuqqas ta’ kopertura suffiċjenti tas-sors jew sistema ta’ valutazzjoni ta’ kreditu primarju.

Il-kontropartijiet għandhom jinfurmaw lill-BĊN minnufih b’kull każ ta’ kreditu, inkluż dewmien fil-ħlasijiet mid-debituri sottomessi, li jkun magħruf lill-kontroparti u, jekk ikun meħtieġ jirtiraw jew jissostitwixxu l-assi. Barra minn hekk, il-kontropartijiet huma responsabbli biex jiġi żgurat li jużaw l-aġġornamenti tal-valutazzjoni ta’ kreditu l-aktar riċenti disponibbli mis-sistema jew sors ta’ valutazzjoni ta’ kreditu magħżula għad-debituri (85) jew garanti ta’ assi sottomessi.

Valutazzjonijeit ta’ kreditu ta’ debituri/garanti: L-istandards ta’ kreditu għoljin tad-debituri jew garanti tal-klejms ta’ kreditu huma stabbiliti skont ir-regoli li jagħmlu differenza bejn is-settur pubbliku u debituri/garanti ta’ kumpanniji mhux finanzjarji:

(a)

Debituri jew garanti tas-settur pubbliku: Ir-regoli li ġejjin jiġu applikati f’ordni sekwenzjali:

(i)

Valutazzjoni ta’ kreditu mis-sistema jew is-sors magħżul mill-kontroparti teżisti u tintuża biex jiġi stabbilit jekk id-debitur jew il-garanti tas-settur pubbliku jissodisfax il-limitu tal- kwalità tal-kreditu.

(ii)

Fin-nuqqas ta’ valutazzjoni ta’ kreditu taħt (i), tintuża valutazzjoni ta’ kreditu ECAI tad-debitur jew il-garanti (86).

(iii)

Jekk ma jkunx hemm disponibbli valutazzjoni ta’ kreditu taħt jew (i) jew (ii), tapplika l-istess proċedura bħal tal-assi negozjabbli:

Id-debitur jew il-garanti jiġi allokat waħda mit-tliet klassijiet skont is-CRD (87) kif spjegat fit-Tabella 5.

Valutazzjoni ta’ kreditu impliċita għal debituri jew garanti li jappartjenu għall-klassijiet 1 u 2 tiġi mill-valutazzjoni ta’ kreditu ECAI tal-gvern ċentrali tal-pajjiż fejn id-debitur jew il-garanti huwa stabbilit. Il-valutazzjoni impliċita għandha tissodisfa l-limitu ta’ kwalità ta’ kreditu tal-Eurosistema.

Jekk il-valutazzjoni ta’ kreditu mis-sistema jew sors magħżula mill-kontroparti (jew minn ECAI fil-każ ta’ (ii) minn debituri jew garanti tas-settur publiku) teżisti imma hija taħt il-livell ta’ kwalità ta’ kreditu, id-debitur jew il-garanti jkun ineliġibbli.

(b)

Debituri jew garanti ta’ kumpanniji mhux finanzjarji: Jekk is-sors magħżul mill-kontroparti jipprovdi valutazzjoni ta’ kreditu daqs jew li jeċċedi l-livell ta’ kwalità ta’ kreditu, id-debitur jew il-garanti huwa eliġibbli (88), (89).

Jekk valutazzjoni ta’ kreditu mis-sistema jew sors magħżula mill-kontroparti teżisti imma hija taħt il-livell ta’ kwalità ta’ kreditu, id-debitur jew il-garanti huwa ineliġibbli. Jekk l-ebda valutazzjoni ta’ kreditu ma hija disponibbli biex jiġu stabbiliti standards ta’ kreditu, id-debitur jew il-garanti huwa kkunsidrat ineliġibbli.

Garanziji: Garanzija għandha tissodisfa l-ħtiġijiet li ġejjin:

(a)

Garanzija titqies aċċettabbli jekk il-garanti jkun inkundizzjonatament u irrevokabbilment iggarantixxa l-obbligi tad-debitur fir-rigward tal-ħlas tal-kapital, imgħax u kull ammont ieħor dovut skont il-klejm ta’ kreditu lid-detentur tagħhom sakemm jitħallsu għal kollox. F’dan ir-rigward, garanzija kkunsidrata aċċettabbli ma jkollhiex għalfejn tkun speċifika għall-klejm ta’ kreditu imma tista’ tapplika għad-debitur biss, sakemm tkopri wkoll il-klejm ta’ kreditu in kwistjoni.

(b)

Il-garanzija għandha tkun pagabbli mal-ewwel talba (indipendentement mill-klejm ta’ kreditu sottostanti). Garanziji mogħtija minn entitajiet pubbliċi intitolati jiġbru t-taxxi jew għandhom ikunu pagabbli mal-ewwel talba jew inkella jipprovdu għal ħlas fil-pront u puntwali wara l-inadempjenza. L-obbligi tal-garanti taħt il-garanzija għandhom ikunu kklassfikati tal-inqas daqs u pari passu mal-obbligi mhux garantiti l-oħrajn kollha tal-garanti.

(c)

Il-garanzija għandha tiġi rregolata bil-liġi ta’ Stat Membru tal-UE u tkun valida legalment, u torbot u eżegwibbli kontra l-garanti.

(d)

Konferma legali li tikkonċerna l-validità legali, l-effett vinkolanti u l-eżegwibbiltà tal-garanzija għandha tiġi sottomessa f’forma u b’sustanza aċċettabbli għall-Eurosistema qabel ma l-assi sostnuti mill-garanzija jistgħu jiġu kkunsidrati eliġibbli. Il-konferma legali għandha ssemmi wkoll li l-garanzija mhijiex waħda personali, eżegwibbli biss mill-kreditur tal-klejm ta’ kreditu. Jekk il-garanti huwa stabbilit f’ġurisżdizzjoni li ma tkunx dik tal-liġi li tirregola l-garanzija, il-konferma legali għandha tikkonferma wkoll li l-garanzija hija valida u eżegwibbli skont il-liġi li tirregola t-twaqqif tal-garanti. Il-konferma legali għandha tiġi sottomessa għall-valutazzjoni lill-BĊN fil-ġurisżdizzjoni tal-liġi li tirregola il-klejm ta’ kreditu. Il-bżonn għal konferma legali ma tapplikax għal garanziji mogħtija minn entitajiet pubbliċi intitolati biex jiġbru t-taxxi. Il-ħtieġa ta’ eżegwibbiltà hija suġġetta għal-liġijiet tal-insolvenza jew tal-falliment, prinċipji ġenerali ta’ ekwità u liġijiet u prinċipji simili applikabbli għall-garanti u ġeneralment li jaffettwaw id-drittijiet tal-kredituri kontra l-garanti.

6.3.3.2.   Strumenti ta’ dejn sostnuti minn ipoteka bl-imnut mhux negozjabbli

L-istandards ta’ kreditu għolja għal RMBDs mhux negozjabbli għandhom ikunu skont il-pass 2 tal-kwalità ta’ kreditu tal-iskala ta’ klassifika armonizzata tal-Eurosistema (90). Qafas ta’ valutazzjoni ta’ kreditu mhux speċifku għal ġurisżdizzjoni għal dawn l-istrumenti ta’ dejn ser ikun speċifikat mill-BĊNi fid-dokumentazzjoni nazzjonali applikabbli.

6.3.4.   Kriterji ta’ aċċettazzjoni għal sistemi ta’ valutazzjoni ta’ kreditu

L-ECAF jibni fuq informazzjoni ta’ valutazzjoni ta’ kreditu minn erba’ sorsi. Taħt kull sors, jista’ jkun hemm sett ta’ sistemi ta’ valutazzjoni ta’ kreditu.

L-ECAIs, ICASs u RTs terzi aċċettati u l-fornituri tagħhom huma elenkati fis-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu (91).

6.3.4.1.   Sors ta’ istituzzjoni tal-valutazzjoni ta’ kreditu estern

Is-sors ECAI jinkludi dawk l-istituzzjonijiet li l-valutazzjoni ta’ kreditu tagħhom jistgħu jintużaw mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu għad-determinazzjoni tal-piż tar-riskju ta’ skoperturi skont is-CRD (92). Għall-finijiet tal-ECAF, il-kriterji ta’ aċċettazzjoni ġenerali għall-ECAIs huma dawn li ġejjin:

(a)

ECAIs għandhom ikunu rikonoxxuti formalment mill-awtorità ta’ superviżjoni tal-Unjoni għall-pajjiżi taż-żona tal-euro fejn ser jintużaw, skont is-CRD.

(b)

L-ECAIs għandhom jissodisfaw kriterji operattivi u jipprovdu kopertura relevanti sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effiċjenti tal-ECAF. B’mod partikolari, l-użu tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu tagħhom huwa suġġett għad-disponibbiltà għall-Eurosistema ta’ informazzjoni fuq dawn il-valutazzjonijiet, kif ukoll informazzjoni għall-paragun u l-assenjazzjoni (immappjar) tal-valutazzjonijiet mal-passi ta’ kwalità ta’ kreditu ECAF u l-livell ta’ kwalità ta’ kreditu u għall-implimentazzjoni ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni (ara t-Taqsima 6.3.5).

L-Eurosistema tirriżerva d-dritt li tiddeċiedi jekk taċċettax ECAI għall-operazzjonijiet tas-self tagħha, billi jsir użu, fost fatturi oħrajn, tal-proċess ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni tagħha.

6.3.4.2.   Sors tal-BĊN tas-sistema ta’ valutazzjoni ta’ kreditu in-house

Is-sors ICAS bħalissa jikkonsisti minn erba’ sistemi ta’ valutazzjoni ta’ kreditu operati mid-Deutsche Bundesbank, il-Banco de España, il-Banque de France u l-Oesterreichische Nationalbank. Il-BĊNi li jiddeċiedu li jiżviluppaw l-ICAS tagħhom stess ikunu suġġetti għal proċedura ta’ validazzjoni mill-Eurosistema. ICASs huma suġġetti għall-proċess ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-Eurosistema (ara t-Taqsima 6.3.5).

Barra minn hekk, il-kontroparti għandha tinforma lill-BĊN tal-ICAS minnufih dwar każ ta’ kreditu li huma magħruf mill-kontroparti biss, inkluż dewmien fil-ħlasijiet minn debituri sottomessi.

Barra minn dan, f’pajjiżi fejn l-RMBDs huma mobilizzati, il-BĊN rispettiv jimplimenta qafas ta’ valutazzjoni ta’ kreditu għal dan it-tip ta’ assi skont l-ECAF. Dawn l-oqsfa huma suġġetti għal proċess ta’ monitoraġġ annwali ta’ kull sena.

6.3.4.3.   Sors ta’ sistema bbażata fuq klassifikazzjoni interna

Kontroparti li fiħsiebha tuża sistema IRB biex tivvaluta l-kwalità ta’ kreditu tad-debituri, emittenti jew garanti eliġibbli għal strumenti ta’ dejn eliġibbli għandha tikseb permess mill-BĊN tagħha. Għal dak l-iskop, għandha tagħmel talba, flimkien mad-dokumenti li ġejjin (93):

(a)

kopja tad-deċiżjoni tal-awtorità superviżorja bankarja rilevanti ġewwa l-Unjoni li tawtorizza lill-kontroparti li tuża s-sistema IRB tagħha għall-finijiet tal-ħtiġijiet kapitali fuq bażi konsolidata jew mhux konsolidata, flimkien ma’ kull kundizzjoni speċifika għal dan l-użu. Kopja bħal din mhijiex mitluba meta din l-informazzjoni tiġi trażmessa direttament mill-awtorità superviżorja rilevanti lill-BĊN rilevanti.

(b)

informazzjoni fuq l-approċċ tagħha li tassenja probabbiltajiet ta’ inadempjenza lid-debituri, kif ukoll data fuq il-gradi ta’ klassifika u probabbiltajiet ta’ sena ta’ inadempjenza assoċjati użati għad-determinazzjoni tal-gradi ta’ klassifika eliġibbli.

(c)

kopja tal-informazzjoni tal-Pilastru 3 (dixxiplina tas-suq) li l-kontroparti hija meħtieġa tippubblika fuq bażi regolari skont il-ħtiġijiet fuq id-dixxiplina tas-suq taħt il-Pilastru 3 tal-qafas ta’ Basel II u s-CRD.

(d)

l-isem u l-indirizz kemm tas-superviżur bankarju kompetenti u tal-awditur estern.

It-talba għandha tiġi ffirmata mill-uffiċjal eżekuttiv ewlieni tal-kontroparti (CEO), l-uffiċjali finanzjarju ewlieni (CFO) jew maniġer anzjan simili, jew minn firmatarju awtorizzat f’isem wieħed minnhom.

Id-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq japplikaw għall-kontropartijiet kollha irrispettivament mill-istatus tagħhom – parent, sussidjarja jew fergħa – u irrispettivament minn jekk l-approvazzjoni tas-sistema IRB tiġix mis-superviżur fl-istess pajjiż (għal kumpannija parent u possibbilment sussidjarji) jew minn superviżur fil-pajjiż domestiku tal-parent (għal fergħat u possibbilment għal sussidjarji).

Kull fergħa jew sussidjarja ta’ kontroparti tista’ tiddependi fuq is-sistema tal-IRB tal-parent tagħha jekk l-Eurosistema aċċettat l-użu tas-sistema IRB għall-finijiet tal-ECAF.

Kontropartijiet li jużaw sistema IRB kif deskritt hawn fuq huma suġġetti wkoll għall-proċess ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-Eurosistema (ara t-Taqsima 6.3.5). Flimkien mal-ħtiġijiet tal-informazzjoni għal dan il-proċess, il-kontroparti għandha l-obbligu li tikkomunika l-informazzjoni li ġejja fuq bażi annwali (jew skont kif ikun meħtieġ mill-BĊN rilevanti) sakemm din l-informazzjoni ma tiġix trażmessa direttament mill-awtorità superviżorja rilevanti lill-BĊN rilevanti:

(a)

kopja tal-valutazzjoni l-aktar aġġornata tas-sistema IRB tal-kontroparti mis-superviżur tal-kontroparti tradotta f’lingwa tax-xogħol tal-BĊN domestiku;

(b)

kull bidla lis-sistema tal-IRB tal-kontroparti rakkommandata jew meħtieġa mis-superviżur, flimkien mal-iskadenza li sa dakinhar ikun irid jiġi implimentat dak it-tibdil;

(c)

l-aġġornament annwali tal-Pilastru 3 (dixxiplina tas-suq) li l-kontroparti hija meħtieġa tippubblika fuq bażi regolari skont il-ħtiġijiet tal-qafas ta’ Basel II u s-CRD;

(d)

informazzjoni fuq is-superviżur bankarju kompetenti u l-awditur estern.

Din il-komunikazzjoni annwali għandha tiġi ffirmata mis-CEO, CFO jew maniġer anzjan simili tal-kontroparti, jew minn firmatarju awtorizzat f’isem wieħed minnhom. Is-superviżur rilevanti u, meta jkun il-każ, l-awditur estern tal-kontroparti jirċievu kopja ta’ din l-ittra mill-Eurosistema.

6.3.4.4.   Sors tal-għodda ta’ klassifika ta’ terz

Is-sors RT jikkonsisti minn entitajiet li jivvalutaw l-kwalità ta’ kreditu tad-debituri billi jużaw primarjament mudelli kwantitattivi b’mod sistematiku u mekkaniku, filwaqt li joqogħdu fuq informazzjoni oħra dwar kontijiet ivverifikati, u li l-valutazzjonijiet ta’ kreditu tagħhom mhumiex intiżi biex jiġu żvelati lill-pubbliku ġenerali. Fornitur RT li jixtieq jipparteċipa fl-ECAF għandu jissottometti talba lill-BĊN tal-pajjiż fejn huwa inkorporat, bl-użu tal-galvu provdut mill-Eurosistema, issupplimentat b’dokumentazzjoni addizzjonali kif speċifikat fil-galvu. Kontropartijiet li jixtiequ jużaw fornitur RT speċifiku għall-finijiet ECAF li mhuwiex aċċettat mill-Eurosistema għandhom jissottomettu talba lill-BĊN tal-pajjiż fejn huma inkorporati, bl-użu ta’ galvu provdut mill-Eurosistema, miżjud b’dokumentazzjoni addizzjonali kif speċifikat fil-galvu. L-Eurosistema tiddeċiedi taċċettax il-fornitur RT fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-konformità mal-kriterji ta’ aċċettazzjoni ffissati mill-Eurosistema (94).

Barra minn hekk, il-kontroparti għandha tinforma lill-fornitur RT dwar każ ta’ kreditu li huwa magħruf mill-kontroparti biss, inkluż dewmien fil-ħlasijiet minn debituri sottomessi.

Il-fornitur RT li jipparteċipa fl-ECAF ikollu bżonn jissottometti lilu nnifsu bi ftehim għall-proċess ta’ monitoraġġ ta’ prestazzjoni tal-Eurosistema (95) (ara t-Taqsima 6.3.5). Il-fornitur RT huwa obbligat li jistabbilixxi u jżomm l-infrastruttura neċessarja għall-monitoraġġ tal-hekk imsejjaħ grupp statiku. Il-kostruzzjoni u l-valutazzjoni tal-grupp statiku għandhom ikunu skont il-ħtiġijiet ġenerali fuq il-monitoraġġ tal-prestazzjoni taħt l-ECAF. Il-fornitur RT għandu jieħu ħsieb jinforma lill-Eurosistema bir-riżultati tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni hekk kif tkun twettqet mill-fornitur RT. Għaldaqstant, fornituri RT jippreparaw rapport fuq il-prestazzjoni ta’ grupp statiku ta’ RT. Għandhom jieħdu ħsieb li jżommu rekords interni ta’ gruppi statiċi u dettalji dwar inadempjenza għal ħames snin.

6.3.5.   Monitoraġġ tal-prestazzjoni ta’ sistemi ta’ valutazzjoni ta’ kreditu

Il-proċess ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni ECAF jikkonsisti minn paragun ex post annwali tar-rata ta’ inadempjenza osservata għas-sett tad-debituri eliġibbli kollha (il-grupp statiku) u l-limitu tal-kwalità ta’ kreditu tal-Eurosistema mogħtija l-istandard ta’ referenza PD. Dan jimmira biex jiġi żgurat li r-riżultati mill-valutazzjonijiet ta’ kreditu jkunu paragunabbli fis-sistemi u s-sorsi kollha. Il-proċess ta’ monitoraġġ iseħħ sena wara d-data li fiha ġie definit il-grupp statiku.

L-ewwel element tal-proċess huwa l-ġbir annwali mill-fornitur tas-sistema tal-valutazzjoni ta’ kreditu ta’ gruppi statiċi ta’ debituri eliġibbli, jiġifieri gruppi li jikkonsistu mid-debituri pubbliċi u tal-kumpaniji, li jirċievu valutazzjoni ta’ kreditu mis-sistema li tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

Grupp statiku

Kundizzjoni

Grupp statiku għal passi ta’ kwalità ta’ kreditu 1 u 2

PD(i,t) (*) ≤ 0,10 %

Grupp statiku għal passi ta’ kwalità ta’ kreditu 3

0,10 % < PD(i,t) ≤ 0,40 %

Id-debituri kollha li jissodisfaw waħda minn dawn il-kundizzjonijiet fil-bidu tal-perijodu t jikkostitwixxu l-grupp statiku korrispondenti fil-ħin t. Fl-aħħar tal-perijodu ta’ 12-il xahar previst, tiġi kkalkolata r-rata ta’ inadempjenza mwettqa għall-gruppi statiċi ta’ debituri fiż-żmien t. Fuq bażi annwali, il-fornitur tas-sistema ta’ klassifika għandu jaqbel li jissottometti lill-Eurosistema n-numru ta’ debituri eliġibbli li hemm fil-gruppi statiċi fiż-żmien t u n-numru ta’ dawk id-debituri fil-grupp statiku (t) li kienu inadempjenti fil-perijodu ta’ tnax-il xahar sussegwenti.

Ir-rata ta’ inadempjenza mwettqa tal-grupp statiku ta’ sistema ta’ valutazzjoni ta’ kreditu reġistrata fuq perijodu ta’ sena sservi bħala kontribut għall-proċess ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni ECAF li jikkomprendi regola annwali u valutazzjoni fuq diversi perijodi. Fil-każ ta’ devjazzjoni sinifikanti bejn ir-rata ta’ inadempjenza osservata tal-grupp statiku u l-limitu ta’ kwalità ta’ kreditu matul perijodu annwali u/jew diversi perjodi annwali, l-Eurosistema tikkonsulta l-fornitur tas-sistema ta’ klassifika biex tanalizza r-raġunijiet għal dik id-devjazzjoni. Din il-proċedura tista’ tirriżulta f’korrezzjoni tal-limitu tal-kwalità ta’ kreditu applikabbli għas-sistema in kwistjoni.

L-Eurosistema tista’ tiddeċiedi li tissospendi jew teskludi s-sistema ta’ valutazzjoni ta’ kreditu f’każijiet fejn ma jiġi osservat l-ebda titjib fil-prestazzjoni matul numru ta’ snin. Barra minn dan, fil-każ ta’ ksur tar-regoli li jirregolaw l-ECAF, is-sistema tal-valutazzjoni ta’ kreditu tiġi eskluża mill-ECAF.

6.4.   Mizuri ghall-kontroll tar-riskju

6.4.1.   Prinċipji ġenerali

Miżuri ta’ kontroll tar-riskju huma applikati għall-assi sottostanti ta’ operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema sabiex jipproteġu l-Eurosistema kontra r-riskju ta’ telf finanzjarju jekk l-assi sottostanti jkollhom jitwettqu minħabba inadempjenza tal-kontroparti. Il-miżuri tal-kontroll tar-riskju għad-dispożizzjoni tal-Eurosistema huma deskritti fil-Kaxxa 7.

L-Eurosistema tapplika miżuri ta’ kontroll ta’ riskju speċifiki skont it-tipi ta’ assi sottostanti offruti mill-kontroparti. Il-BĊE jiddetermina l-miżuri ta’ kontroll tar-riskju xierqa kemm għall-assi eliġibbli negozjabbli kif ukoll għal dawk mhux negozjabbli. Il-miżuri ta’ kontroll tar-riskju huma armonizzati b’mod wiesa’ fi ħdan iż-żona tal-euro (96) u għandhom jiżguraw kundizzjonijiet konsistenti, trasparenti u mhux diskriminatorji għal kull tip ta’ assi eliġibbli fi ħdan iż-żona tal-euro.

L-Eurosistema tirriżerva d-dritt li tapplika miżuri ta’ kontroll tar-riskju addizzjonali jekk jenħtieġ, biex tiżgura l-protezzjoni adegwata tar-riskju tal-Eurosistema skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ. Dawn il-miżuri ta’ kontroll tar-riskju, li għandhom ikunu applikati b’manjiera konsistenti, trasparenti u mhux diskriminatorja, jistgħu jiġu applikati wkoll fil-livell ta’ kontropartijiet individwali jekk jenħtieġ, biex tiġi żgurata din il-protezzjoni.

KAXXA 7

Miżuri għall-kontroll tar-riskju

L-Eurosistema tapplika l-miżuri ta’ kontroll tar-riskju li ġejjin:

(a)   Haircuts tal-valutazzjoni

L-Eurosistema tapplika “haircuts tal-valutazzjoni” fil-valutazzjoni tal-assi sottostanti. Dan jimplika li l-valur tal-assi sottostanti huwa kkalkolat bħala l-valur tas-suq tal-assi mnaqqas b’ċertu persentaġġ (haircut).

(b)   Marġni ta’ varjazzjoni (immarkar għas-suq)

L-Eurosistema teħtieġ li jinżamm matul perijodu ta’ żmien il-valur tas-suq aġġustat b’haircut tal-assi sottostanti użati fit-tranżazzjonijiet irriversjati tagħha li jipprovdu likwidità. Dan jimplika li jekk il-valur, imkejjel fuq bażi regolari, tal-assi sottostanti jaqa’ taħt ċertu livell, il-BĊN jitlob lill-kontroparti biex tforni assi jew flus kontanti addizzjonali (jiġifieri jagħmel sejha ta’ margini). Bl-istess mod, jekk il-valur tal-assi sottostanti, wara l-valutazzjoni tagħhom mill-gdid, jeċċedi ċertu livell, il-kontroparti tista’ tirkupra l-assi jew flus kontanti żejda. (Il-kalkoli relevanti għall-eżekuzzjoni tas-sejħiet ta’ marġni huma ppreżentati fil-Kaxxa 8.)

(c)   Limiti fir-rigward tal-użu ta’ strumenti ta’ dejn mhux garantiti

L-Eurosistema tapplika limiti għall-użu ta’ strumenti ta’ dejn mhux garantiti kif deskritt fit-Taqsima 6.4.2.

Il-miżuri għall-kontroll tar-riskju li ġejjin jistgħu jiġu applikati wkoll mill-Eurosistema fi kwalunkwe żmien jekk ikun meħtieġ biex tiġi żgurata protezzjoni adegwata kontra r-riskju għall-Eurosistema skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ:

(d)   Marġni inizjali

L-Eurosistema tista’ tapplika marġni inizjali fit-tranżazzjonijiet tagħha rriversjati li jipprovdu l-likwidità. Dan jimplika li l-kontropartijiet huma meħtieġa li jipprovdu assi sottostanti b’valur tal-anqas daqs il-likwidità provduta mill-Eurosistema miżjuda bil-valur tal-marġni inizjali.

(e)   Limiti li għandhom x’jaqsmu mal-emittenti/id-debituri jew il-garanti

L-Eurosistema tista’ tapplika limiti addizzjonali, ħlief għal dawk applikati għall-użu ta’ strumenti ta’ dejn mhux garantiti, għar-riskju fil-konfront tal-emittenti/id-debituri jew il-garanti. Dawn il-limiti jistgħu jiġu applikati wkoll lil kontropartijiet speċifiċi, partikolarment jekk il-kwalità tal-kreditu tal-kontroparti tidher li turi korrelazzjoni għolja mal-kwalità tal-kreditu tal-garanzija ppreżentata mill-kontroparti.

(f)   Applikazzjoni ta’ haircuts supplimentari

L-Eurosistema tista’ tapplika haircuts supplimentari jekk huma meħtieġa biex tiġi żgurata protezzjoni adegwata kontra r-riskju għall-Eurosistema skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ.

(g)   Garanziji addizzjonali

L-Eurosistema tista’ titlob garanziji addizzjonali minn entitajiet finanzjarjament sodi sabiex taċċetta ċerti assi.

(h)   Esklużjoni

L-Eurosistema tista’ teskludi ċerti assi mill-użu fl-operazzjonijiet tagħha ta’ politika monetarja. Din l-esklużjoni tista’ tiġi applikata wkoll lil kontropartijiet speċifiċi, partikolarment jekk il-kwalità tal-kreditu tal-kontroparti tidher li turi korrelazzjoni għolja mal-kwalità tal-kreditu tal-garanzija ppreżentata mill-kontroparti.

6.4.2.   Miżuri ta’ kontroll ta’ riskju għal assi negozjabbli

Il-qafas tal-kontroll tar-riskju għal assi negozjabbli eliġibbli jinkludi l-elementi prinċipali li ġejjin:

(a)

Assi negozjabbli eliġibbli huma allokati għal waħda minn ħames kategoriji ta’ likwidità, ibbażati skont il-klassifika tal-emittent u t-tip ta’ assi. L-allokazzjoni hija deskritta fit-Tabella 6.

(b)

Strumenti ta’ dejn individwali huma suġġetti għal haircuts ta’ valutazzjoni speċifiċi. Il-haircuts huma applikati billi jitnaqqas ċertu persentaġġ mill-valur tas-suq tal-assi sottostanti. Il-haircuts applikati għall-istrumenti ta’ dejn inklużi fil-kategoriji I sa IV jvarjaw skont il-maturità reżidwa u l-istruttura tal-kupun tal-istrumenti ta’ dejn kif deskritti fit-Tabella 7 għal strumenti ta’ dejn negozjabbli eliġibbli b’kupun fiss jew kupun żero (97).

(c)

L-Eurosistema tillimita l-użu ta’ strumenti ta’ dejn mhux garantiti maħruġin minn istituzzjoni ta’ kreditu jew minn kull entità oħra li magħha istituzzjoni ta’ kreditu għandha rabtiet mill-qrib kif iddefinit fit-Taqsima 6.2.3. Dawn l-assi jistgħu jintużaw biss bħala kollateral minn kontroparti sa fejn il-valur allokat lill-kollateral mill-Eurosistema wara l-applikazzjoni ta’ haircuts ma jaqbiżx il-5 % tal-valur totali tal-kollateral sottomess minn dik il-kontroparti wara l-haircuts. Dan il-limitu ma japplikax għal dawk l-assi li huma garantiti minn entità fis-settur pubbliku li jkollha dritt tiġbor it-taxxi, jew jekk il-valur wara l-haircuts tal-assi ma jaqbiżx EUR 50 miljun. F’każ ta’ għaqda bejn żewġ emittenti jew iżjed ta’ dawn l-assi jew it-twaqqif ta’ rabta mill-qrib bejn dawn l-emittenti, dawn tal-aħħar jiġu ttrattati bħala grupp wieħed emittent, fil-kuntest ta’ din il-limitazzjoni, sa sena biss wara d-data tal-għaqda jew it-twaqqif tar-rabta mill-qrib.

(d)

Strumenti ta’ dejn individwali inklużi fil-kategorija V huma suġġetti għal haircut unika ta’ 16 % irrispettivament mill-maturità jew l-istruttura tal-kupun.

(e)

Titoli sostnuti minn assi individwali, bonds tal-banek koperti (bonds tal-banek koperti jumbo, bonds tal-banek koperti tradizzjonali u bonds tal-banek koperti oħrajn) u strumenti ta’ dejn mhux iggarantiti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li teoretikament huma vvalutati skont it-Taqsima 6.5 huma suġġetti għal haircut ta’ valutazzjoni addizzjonali. Din il-haircut hija applikata direttament fil-livell ta’ valutazzjoni teoretika tal-istrument ta’ dejn individwali f’forma ta’ tnaqqis fil-valutazzjoni ta’ 5 %.

Tabella 6

Kategoriji ta’ likwidità għal assi negozjabbli  (98)

Kategorija I

Kategorija II

Kategorija III

Kategorija IV

Kategorija V

Strumenti ta’ dejn tal-gvern ċentrali

Strumenti ta’ dejn tal-gvern lokali u reġjonali

Bonds tal-bank koperti tradizzjonali

Strumenti ta’ dejn ta’ istituzzjoni ta’ kreditu (mhux garantiti)

Titoli sostnuti minn assi

Strumenti ta’ dejn maħruġin minn banek centrali (99)

Bonds tal-bank koperti jumbo (100)

Strumenti ta’ dejn maħruġin minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji u emittenti oħrajn (101)

Strumenti ta’ dejn maħruġin minn korporazzjonijiet finanzjarji li ma jkunux istituzzjonijiet ta’ kreditu (mhux garantiti)

 

Strumenti ta’ dejn ta’ aġenzija (101)

Bonds tal-bank koperti oħrajn (102)

 

 

Strumenti ta’ dejn sovranazzjonali

 

 

 

(f)

Il-haircuts ta’ valutazzjoni applikati għall-istrumenti kollha ta’ dejn negozjabbli b’rata varjabbli u inversa inklużi fil-kategoriji I sa IV huma l-istess u huma deskritti fit-Tabella 8.

(g)

Il-haircut applikata għal strumenti ta’ dejn negozjabbli inklużi fil-kategoriji ta’ likwidità I sa IV b’kupuni b’rata varjabbli (103) hija dik applikata lill-bucket ta’ maturità żero-sa-sena ta’ strumenti ta’ kupun fiss fil-kategorija ta’ likwidità u l-kategorija ta’ kwalità ta’ kreditu li jiġi assenjat l-istrument.

(h)

Il-miżuri ta’ kontroll tar-riskju applikati għal strument ta’ dejn negozjabbli inklużi fil-kategoriji I sa IV b’aktar minn tip wieħed ta’ imgħax jiddependu biss fuq il-ħlasijiet tal-imgħax matul il-bqija tal-ħajja li jkun fadal tal-istrument. Il-haircut ta’ valutazzjoni applikata għal dak l-istrument hija daqs l-ogħla haircut applikabbli għal strumenti ta’ dejn bl-istess maturità reżidwa, u jitqiesu l-imgħaxijiet ta’ kwalunkwe waħda mit-tipi li jseħħu fil-bqija tal-ħajja li jkun fadal tal-istrument.

(i)

L-ebda haircut ta’ valutazzjoni ma tiġi applikata għal operazzjonijiet li jassorbu l-likwidità.

(j)

Skont is-sistemi kemm ta’ ġurisżdizzjoni u dawk ta’ operazzjoni nazzjonali, il-BĊNi jippermettu li l-assi sottostanti jitqiegħdu fi grupp u/jew jeħtieġu li l-assi użati f’kull tranżazzjoni individwali jiġu rriservati. F’sistemi ta’ gruppi, il-kontroparti tagħmel grupp ta’ assi sottostanti suffiċjenti disponibbli għall-bank ċentrali biex ikopri l-krediti relatati rċevuti mill-bank ċentrali, b’hekk jiġi implikat li l-assi individwali mhumiex marbuta ma’ operazzjonjiet speċifiċi ta’ kreditu. B’kuntrast, f’sistema ta’ riżerva, kull operazzjoni ta’ kreditu hija marbuta ma’ assi identifikabbli speċifiċi.

(k)

L-assi huma suġġetti għall-valutazzjoni ta’ kull jum. Fuq bażi ta’ kull jum, il-BĊNi jikkalkolaw il-valur meħtieġ tal-assi sottostanti waqt li jitqiesu l-bidliet għall-volumi ta’ kreditu pendenti, il-prinċipji ta’ valutazzjoni delineati fit-Taqsima 6.5 u l-haircuts ta’ valutazzjoni meħtieġa.

Tabella 7

Livelli ta’ haircuts ta’ valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli

Kreditu Kwalità

Maturità reżidwa

(snin)

Kategoriji ta’ likwidità

Kategorija I

Kategorija II (**)

Kategorija III (**)

Kategorija IV (**)

Kategorija V (**)

kupun fiss

kupun żero

Kupun fiss

kupun żero

kupun fiss

kupun żero

kupun fiss

kupun żero

Passi 1 and 2

(AAA sa A-) (***)

0-1

0,5

0,5

1,0

1,0

1,5

1,5

6,5

6,5

16

1-3

1,5

1,5

2,5

2,5

3,0

3,0

8,5

9,0

3-5

2,5

3,0

3,5

4,0

5,0

5,5

11,0

11,5

5-7

3,0

3,5

4,5

5,0

6,5

7,5

12,5

13,5

7-10

4,0

4,5

5,5

6,5

8,5

9,5

14,0

15,5

> 10

5,5

8,5

7,5

12,0

11,0

16,5

17,0

22,5

Pass 3 (BBB + sa BBB-) (***)

0-1

5,5

5,5

6,0

6,0

8,0

8,0

15,0

15,0

Mhux eliġibbli

1-3

6,5

6,5

10,5

11,5

18,0

19,5

27,5

29,5

3-5

7,5

8,0

15,5

17,0

25,5

28,0

36,5

39,5

5-7

8,0

8,5

18,0

20,5

28,0

31,5

38,5

43,0

7-10

9,0

9,5

19,5

22,5

29,0

33,5

39,0

44,5

> 10

10,5

13,5

20,0

29,0

29,5

38,0

39,5

46,0


Tabella 8

Livelli ta’ haircuts ta’ valutazzjoni applikati għal strumenti ta’ dejn b’rata varjabbli inversa negozjabbli inklużi fil-kategoriji I sa IV

Kwalità ta’ kreditu

Maturità reżidwa (snin)

Kupun varjabbli invers

Passi 1 u 2

(AAA sa A-)

0-1

7,5

1-3

11,5

3-5

16,0

5-7

19,5

7-10

22,5

> 10

28,0

Pass 3

(BBB + sa BBB-)

0-1

21,0

1-3

46,5

3-5

63,5

5-7

68,0

7-10

69,0

> 10

69,5

(l)

Jekk, wara valutazzjoni, l-assi sottostanti ma jaqblux mal-ħtiġijiet kif kalkolati għal dak il-jum, jitwettqu sejħiet ta’ marġni simmetriċi. Sabiex titnaqqas il-frekwenza tas-sejħiet ta’ marġni, il-BĊNi jistgħu japplikaw punt ta’ attivazzjoni. Jekk applikat, dan il-punt ta’ attivazzjoni huwa ta’ 0,5 % tal-ammont ta’ likwidità provduta. Skont il-ġurisżdizzjoni, il-BĊNi jistgħu jeħtieġu li sejħiet ta’ marġni jiġu effettwati permezz tal-provvista ta’ assi addizzjonali jew permezz ta’ ħlasijiet fi flus kontanti. Dan jimplika li jekk il-valur tal-assi sottostanti jaqa’ taħt il-punt l-aktar baxx ta’ attivazzjoni, il-kontropartijiet għandhom jipprovdu assi addizzjonali (jew flus kontanti). Bl-istess mod, jekk il-valur tas-suq tal-assi sottostanti, wara l-valutazzjoni mill-ġdid tagħhom, kellu jeċċedi l-punt ta’ fuq ta’ attivazzjoni, il-BĊN għandu jagħti lura l-assi eċċessivi (jew flus kontanti) lill-kontroparti (ara l-Kaxxa 8).

(m)

F’sistemi ta’ gruppi, il-kontropartijiet jistgħu jissostitwixxu l-assi sottostanti fuq bażi ta’ kull jum.

(n)

F’sistemi ta’ riżerva, is-sostituzzjoni tal-assi sottostanti tista’ tkun permessa mill-BĊNi.

(o)

Il-BĊE jista’ f’kull żmien jiddeċiedi li jneħħi strumenti individwali tad-dejn mill-lista ppubblikata ta’ assi negozjabbli eliġibbli (104).

KAXXA 8

Kalkolu tas-sejħiet ta’ marġni

L-ammont totali ta’ assi eliġibbli J (għal j = 1 sa J; valur Cj,t fi żmien t) li kontroparti għandha tipprovdi għal sett ta’ operazzjonijiet li jipprovdu likwidità I (għal i = 1 sa I; ammont Li,t fi żmien t) huwa determinat mill-formula li ġejja:

Formula

(1)

fejn:

hj hija l-haircut ta’ valutazzjoni applikata għall-assi eliġibbli j.

τ għandu jkun il-perijodu ta’ żmien bejn ir-rivalutazzjonijiet. Il-bażi ta’ sejħa ta’ marġni fiż-żmien t + τ jekwivali:

Formula

(2)

Skont il-karatterisitiċi operattivi tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-kollateral tal-BĊNi, il-BĊNi jistgħu jikkunsidraw ukoll l-imgħax li jinġabar fuq likwidità pprovduta f’operazzjonijiet pendenti fil-kalkolu tal-bażi ta’ sejħa ta’ marġni.

Sejħiet ta’ marġni jsiru biss jekk il-bażi ta’ sejħa ta’ marġni teċċedi ċertu livell ta’ punt ta’ attivazzjoni.

k = 0,5 % ifisser l-attivazzjoni. F’sistema ta’ riżerva (I = l), sejħa ta’ marġni ssir meta:

 

Mt + τ > k · L i,t + τ (il-kontroparti tħallas is-sejħa ta’ marġni lill-BĊN); jew

 

M t + τ < – k · L i,t + τ (il-BĊN iħallas is-sejħa ta’ marġni lill-kontroparti).

F’sistema ta’ gruppi, il-kontroparti jkollha ġġib aktar assi fil-grupp jekk:

Formula

Għall-kuntrarju, l-ammont ta’ kreditu intraday (IDC) disponibbli lill-kontroparti f’sistema ta’ gruppi jista’ jiġi espress kif ġej:

Formula (jekk pożittiv)

Kemm f’sistemi ta’ riżerva u ta’ gruppi, is-sejħiet ta’ marġni għandhom jiżguraw li r-relazzjoni espressa f’(1) aktar ’il fuq tiġi stabbilita mill-ġdid.

6.4.3.   Miżuri ta’ kontroll ta’ riskju għal assi mhux negozjabbli

6.4.3.1.   Klejms ta’ kreditu

Il-qafas tal-kontroll tar-riskju għal assi negozjabbli eliġibbli jinkludi l-elementi prinċipali li ġejjin:

(a)

Klejms ta’ kreditu individwali huma suġġetti għal haircuts ta’ valutazzjoni speċifiċi. Il-haircuts huma differenti skont il-maturità reżidwa, tip ta’ ħlas ta’ imghax (fiss jew varjabbli), il-kategorija ta’ kwalità ta’ kreditu u l-metodoloġija ta’ valutazzjoni applikata mill-BĊN (ara t-Taqsima 6.5), kif deskritt fit-Tabella 9 (105).

(b)

Il-haircut applikata għal klejms ta’ kreditu bi ħlasijiet ta’ imgħax varjabbli hija dik applikata lill-klejms ta’ kreditu bi ħlasijiet ta’ imgħax fiss ikklassifikati fil-bucket ta’ maturità żero-sa-sena li jikkorrespondi għall-istess kwalità ta’ kreditu u l-istess metodoloġija ta’ valutazzjoni (valutazzjoni bbazata fuq prezz teoretiku allokat mill-BĊN jew fuq l-ammont pendenti allokat mill-BĊN). Ħlas ta’ imgħax huwa meqjus bħala ħlas ta’ rata varjabbli jekk huwa marbut ma’ rata ta’ imgħax ta’ referenza u jekk il-perijodu ta’ risettjar li jikkorrespondi ma’ dan il-ħlas ma jkunx itwal minn sena. Ħlasijiet ta’ imgħax li għalihom il-perijodu ta’ risettjar huwa itwal minn sena jiġu ttrattati bħala hlasijiet b’rata fissa, bil-maturità rilevanti għall-haircut tkun il-maturità reżidwa tal-klejm ta’ kreditu.

(c)

Il-miżuri ta’ kontroll ta’ riskju applikati lil klejm ta’ kreditu b’iżjed minn tip wieħed ta’ ħlas ta’ imgħax jiddependu biss fuq ħlasijiet ta’ imgħax matul il-ħajja li jkun fadal tal-klejm ta’ kreditu. Jekk hemm aktar minn tip wieħed ta’ ħlas ta’ imgħax matul il-ħajja li jkun fadal tal-klejm ta’ kreditu, il-ħlasijiet tal-imgħax li jibqa’ jiġu kkunsidrati bħala ħlasijiet b’rata fissa, bil-maturità rilevanti tal-haircut tkun il-maturità reżidwa tal-klejm ta’ kreditu.

(d)

Il-BĊNi japplikaw l-istess punt ta’ attivazzjoni (jekk ikun il-każ) għall-eżekuzzjoni ta’ sejħiet ta’ marġni għal assi negozjabbli u mhux negozjabbli.

Tabella 9

Livelli ta’ haircuts ta’ valutazzjoni applikati għal klejms ta’ kreditu bi ħlasijiet ta’ imgħax fiss

Kwalità ta’ kreditu

Maturità reżidwa (snin)

Metodoloġija ta’ valutazzjoni

Ħlas u valutazzjoni ta’ imgħax fiss ibbażat fuq prezz teoretiku allokat minn BĊN

Ħlas u valutazzjoni ta’ imgħax fiss ibbażat fuq ammont pendenti allokat minn BĊN

Passi 1 u 2

(AAA to A-)

0-1

8,0

10,0

1-3

11,5

17,5

3-5

15,0

24,0

5-7

17,0

29,0

7-10

18,5

34,5

> 10

20,5

44,5

Pass 3

(BBB + to BBB-)

0-1

15,5

17,5

1-3

28,0

34,0

3-5

37,0

46,0

5-7

39,0

51,0

7-10

39,5

55,5

> 10

40,5

64,5

6.4.3.2.   Strumenti ta’ dejn sostnuti minn ipoteka bl-imnut mhux negozjabbli

Strumenti ta’ dejn sostnuti minn ipoteki bl-imnut mhux negozjabbli huma suġġetti għal haircut ta’ valutazzjoni ta’ 24 %.

6.4.3.3.   Depożiti ta’ terminu fiss

Depożiti ta’ terminu fiss ma huma suġġetti għal ebda haircut ta’ valutazzjoni.

6.5.   Prinċipji ta’ valutazzjoni ta’ assi sottostanti

Meta jiġi stabbilit il-valur ta’ assi sottostanti użati fi tranżazzjonijiet irriversjati, l-Eurosistema tapplika l-prinċipji li ġejjin:

6.5.1.   Assi negozjabbli

(a)

Għal kull assi negozjabbli eliġibbli, l-Eurosistema tiddefinixxi s-sors tal-prezz l-aktar rappresentattiv li għandu jintuża għall-kalkolu tal-valur tas-suq.

(b)

Il-valur ta’ assi negozjabbli huwa kkalkolat fuq il-bażi tal-prezz l-aktar rappresentattiv fil-jum tan-negozju li jiġi qabel id-data tal-valutazzjoni. Jekk aktar minn prezz wieħed ikun ikkwotat, jintuża l-aktar wieħed baxx minn dawn il-prezzijiet (normalment il-prezz tal-offerta). Fin-nuqqas ta’ prezz rappresentattiv għal assi partikolari fil-jum tan-negozju li jiġi qabel id-data tal-valutazzjoni, jintuża l-aħħar prezz tan-negozju. Jekk il-prezz ta’ referenza miksub huwa eqdem minn ħamest ijiem jew ma ċċaqlaqx għal mill-inqas ħamest ijiem, l-Eurosistema tiddefinixxi prezz teoretiku.

(c)

Il-valur tas-suq jew teoretiku ta’ strument tad-dejn huwa kalkolat li jinkludi l-imgħax akkumulat.

(d)

Skont id-differenzi fis-sistemi nazzjonali legali u l-prattiċi ta’ operazzjoni, it-trattament ta’ flussi ta’ dħul (per eżempju kupuni ta’ ħlas) relatat ma’ assi li huma rċevuti matul il-ħajja ta’ tranżazzjoni irriversjata jistgħu jvarjaw bejn il-BĊNi. Jekk il-fluss ta’ dħul jiġi ttrasferit lill-kontroparti, il-BĊNi jiżguraw li l-operazzjonijiet relevanti jibqgħu kollha kemm huma koperti b’ammont suffiċjenti ta’ assi ewlenin qabel ma jseħħ it-trasferiment tad-dħul. Il-BĊNi jimmiraw li jassiguraw li l-effett ekonomiku tat-trattament ta’ flussi ta’ dħul jkun ekwivalenti għal sitwazzjoni li fiha d-dħul jiġi ttrasferit lill-kontroparti fil-jum tal-ħlas (106).

6.5.2.   Assi mhux negozzjabbli

Assi mhux negozjabbli jingħataw valur li jikkorrespondi jew mal-prezz teoretiku jew mal-ammont pendenti.

Jekk il-BĊN jagħżel il-valutazzjoni li tikkorrispondi mal-ammont pendenti, l-assi mhux negozjabbli jistgħu jkunu suġġetti għal haircuts ogħla (ara t-Taqsima 6.4.3).

6.6.   Użu transkonfinali ta’ assi eliġibbli

Il-kontropartijiet tal-Eurosistema jistgħu jużaw assi eliġibbli fuq bażi transkonfinali, jiġifieri jistgħu jiksbu fondi mill-BĊN tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti billi jagħmlu użu mill-assi li jinsabu fi Stat Membru ieħor. Assi sottostanti għandhom ikunu utilizzabbli fuq bażi transkonfinali fiż-żona tal-euro kollha għall-ġestjoni tat-tipi kollha ta’ operazzjonijiet fejn l-Eurosistema tipprovdi likwidità kontra assi eliġibbli.

Ġie żviluppat mekkaniżmu mill-BĊNi (u mill-BĊE) biex jiġi żgurat li l-assi eliġibbli kollha maħruġin/depożitati fiż-żona tal-euro jistgħu jintużaw fuq bażi transkonfinali. Dan huwa l-mudell tas-sistema bankarja korrispondenti (CCBM), li taħtu l-BĊNi jaġixxu bħala kustodji (“korrispondenti”) ta’ xulxin (u għall-BĊE) fir-rigward ta’ assi aċċettati fid-depositarju lokali tagħhom jew sistema ta’ saldu. Jistgħu jintużaw soluzzjonijiet speċifiċi għal assi mhux negozjabbli, jiġifieri klejms ta’ kreditu u RMBDs, li ma jistgħux jiġu ttrasferiti permezz ta’ SSS (107). Is-CCBM jista’ jintuża biex jikkollateralizza kull xorta ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema. Flimkien mas-CCBM, rabtiet eliġibbli bejn l-SSSs jistgħu jintużaw għal trasferimenti transkonfinali ta’ titoli negozjabbli (108).

6.6.1.   Mudell tas-sistema bankarja ċentrali korrispondenti

Il-mudell tas-sistema bankarja ċentrali korrispondenti jidher fiċ-Ċart 3 hawn taħt.

Ċart 3

Il-mudell tal-bank ċentrali korrispondenti

Image

Il-BĊNi kollha jżommu kontijiet ta’ titoli ma’ xulxin għall-fini tal-użu transkonfinali ta’ assi eliġibbli. Il-proċedura preċiża tas-CCBM tiddependi fuq jekk l-assi eliġibbli humiex riżervati għal kull tranżazzjoni individwali jew jekk humiex miżmumin fi grupp ta’ assi sottostanti (109).

(a)

F’sistema ta’ riżerva, hekk kif offerta ta’ kontroparti għal kreditu tiġi aċċettata mill-bank ċentrali nazzjonali tal-Istat Membru fejn hija stabbilita l-kontroparti (jiġifieri l-“BĊN domestiku”), il-kontroparti tagħti struzzjonijiet (permezz tal-kustodju tagħha, jekk ikun meħtieġ) lill-SSS fil-pajjiż fejn huma miżmumin l-assi negozjabbli biex jiġu ttrasferiti lill-bank ċentrali ta’ dak il-pajjiż għall-kont tal-BĊN domestiku. Malli l-BĊN domestiku jkun ġie infurmat mill-bank ċentrali korrispondenti li l-kollateral ikun ġie riċevut, dan jittrasferixxi l-fondi lill-kontroparti. Il-BĊNi ma jipprovdux fondi sakemm ma jkunux ċerti li l-assi negozjabbli tal-kontropartijiet jkunu ġew riċevuti mill-bank ċentrali korrispondenti. Fejn meħtieġ biex jitħarsu l-iskadenzi tas-saldu, il-kontropartijiet ikunu jistgħu jiddepożitaw minn qabel assi mal-banek ċentrali korrispondenti fil-kont tal-BĊN domestiku bl-użu tal-proċeduri CCBM.

(b)

Fis-sistema ta’ gruppi, il-kontroparti tista’ f’kull żmien tipprovdi lill-BĊN korrispondenti b’assi negozjabbli fil-kont tal-BĊN domestiku. Malli l-BĊN domestiku jkun ġie infurmat mill-bank ċentrali korrispondenti li l-assi negozjabbli ġew riċevuti, huwa jżid dawn it-titoli fil-kont tal-grupp tal-kontroparti.

Proċeduri speċifiċi għall-użu transkonfinali ġew żviluppati għal assi mhux negozjabbli, jiġifieri klejms ta’ kreditu u RMBDs (110). Meta l-klejms ta’ kreditu jintużaw bħala kollateral f’kuntest transkonfinali, varjant CCBM jiġi applikat għall-klejms ta’ kreditu, li huwa bbażat fuq trasferiment ta’ proprjetà lil, assenjazzjoni lil, rahan favur il-BĊN domestiku, jew ħlas favur bank ċentrali korrispondenti li jaġixxi bħala aġent għall-bank ċentrali domestiku. Ġie implimentat varjant ad hoc ieħor ibbażat fuq il-ħlas favur bank ċentrali korrispondenti li jaġixxi bħala l-aġent għall-BĊN domestiku biex jiġi permess l-użu transkonfinali ta’ RMBDs.

Is-CCBM huwa disponibbli għal kontropartijiet (kemm għall-assi negozjabbli kif ukoll mhux negozjabbli) mid-9 a.m. dal-4 p.m. ħin tal-BĊE (CET) f’kull jum tan-negozju tal-Eurosistema. Kontroparti li tixtieq tagħmel użu mis-CCBM għandha tavża lill-BĊN li minnu tixtieq li tirċievi l-kreditu, jiġifieri l-BĊN domestiku, qabel l-4 p.m. ħin tal-BĊE (CET). Barra minn hekk, il-kontroparti għandha tiżgura li l-kollateral inkwistjoni biex jiġi żgurati operazzjonijiet tal-politika monetarja jiġi kkunsinjat fil-kont tal-bank ċentrali korrispondenti sa mhux aktar tard l-4.45 p.m. ħin tal-BĊE (CET). Struzzjonijiet jew kunsinni li ma jirrispettawx din l-iskadenza jitqiesu biss għall-kreditu mogħti fil-jum tan-negozju ta’ wara. Meta l-kontropartijiet jipprevedu ħtieġa għall-użu tas-CCBM tard fil-jum, huma għandhom, fejn possibbli, jikkunsinjaw l-assi bil-quddiem (jiġifieri jiddepożitawhom minn qabel). F’ċirkustanzi eċċezzjonali jew meta jkun meħtieġ għall-iskopijiet tal-politika monetarja, il-BCE jista’ jiddeċiedi li jestendi l-ħin tal-għeluq tas-CCBM sal-ħin tal-għeluq tat-TARGET2.

6.6.2.   Rabtiet bejn sistemi ta’ saldu ta’ titoli

Flimkien mas-CCBM, jistgħu jintużaw rabtiet eliġibbli bejn l-SSSs tal-Unjon għat-trasferiment transkonfinali ta’ assi negozjabbli.

Rabta diretta jew mgħoddija bejn żewġ SSSs tippermetti parteċipant f’SSS wieħed li jżomm it-titoli f’SSS ieħor mingħajr ma jkun parteċipant f’dak l-SSS l-ieħor (111). Qabel ma jkunu jistgħu jintużaw dawn ir-rabtiet biex jiġi ttrasferit kollateral għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, dawn għandhom ikunu vvalutati u approvati skont l-istandards għall-użu ta’ SSSs tal-UE (112), (113).

Mill-perspettiva tal-Eurosistema, is-CCBM u r-rabtiet bejn l-SSSs tal-UE jissodisfaw l-istess rwol li jippermettu lill-kontropartijiet li jużaw kollateral fuq bażi transkonfinali, jiġifieri t-tnejn jippermettu lill-kontropartijiet li jużaw kollateral mill-bank ċentrali domestiku, anki jekk dan il-kollateral inħareġ f’SSS ta’ pajjiż ieħor. Is-CCBM u r-rabtiet bejn l-SSSs iwettqu din il-funzjoni b’modi differenti. Fis-CCBM, ir-relazzjoni transkonfinali hija bejn il-BĊNi. Huma jaġixxu bħala kustodji għal xulxin. Bl-użu tar-rabtiet, ir-relazzjoni transkonfinali hija bejn l-SSSs. Huma jiftħu kontijiet omnibus ma’ xulxin. Assi depositati ma’ bank ċentrali korrispondenti jistgħu jintużaw biss biex jikkollateralizzaw operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema. Assi miżmumin permezz ta’ rabta jistgħu jintużaw għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema kif ukoll għal kull għan ieħor magħżul mill-kontroparti. Bl-użu tar-rabtiet bejn SSSs, il-kontroparijiet iżommu l-assi f’isimhom stess mal-SSS domestiku u ma jeħtiġux kustodju.

Ċart 4

Rabtiet bejn sistemi ta’ saldu ta’ titoli

Image

6.7.   Aċċettazzjoni ta’ kollateral mhux iddenominat f’euro f’kontinġenzi

F’ċerti sitwazzjonijiet il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi li jaċċetta bħala kollateral eligibbli, certi strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin minn gvern ċentrali tal-G10 barra ż-żona tal-euro, jew aktar minn gvern wieħed minn dawn, fil-valuta domestika tagħhom. Malli tittieħed din id-deċiżjoni l-kriterji applikabbli għandhom ikunu kkjarifikati, u l-proċeduri li għandhom ikunu applikati għall-għażla u l-mobilizzazzjoni ta’ kolllateral barrani, inklużi s-sorsi u l-prinċipji ta’ valutazzjoni, il-miżuri ta’ kontroll tar-riskju u l-proċeduri ta’ saldu, għandhom ikunu kkomunikati wkoll lill-kontropartijiet.

Minkejja d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 6.2.1, dawn l-assi jistgħu jiġu ddepożitati/rreġistrati (maħrugin), miżmumin u regolati barra ż-ŻEE u, kif intqal hawn fuq, jistgħu jiġu ddenominati f’valuti minbarra l-euro. Dawn l-assi kollha użati minn xi kontroparti għandhom ikunu proprjetà tal-kontroparti.

Kontropartijiet li huma ferghat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu inkorporati barra ż-ŻEE jew l-Iżvizzera ma jistgħux jużaw dawn l-assi bħala kollateral.

KAPITOLU 7

RIŻERVI MINIMI  (114)

7.1.   Konsiderazzjonijiet ġenerali

Il-BĊE jeħtieġ li istituzzjonijiet ta’ kreditu jżommu riżervi minimi fuq kontijiet mal-BĊNi fil-qafas tas-sistema ta’ riżervi minimi tal-Eurosistema. Il-qafas legali għal din is-sistema huwa stabbilit fl-Artikolu 19 tal-Istatut tas-SEBĊ, ir-Regolament (KE) Nru 2531/98 u r-Regolament BĊE/2003/9. L-applikazzjoni tar-Regolament BĊE/2003/9 tiżgura li t-termini u l-kundizzjonijiet tas-sistema tar-riżervi minimi tal-Eurosistema jkunu uniformi maż-żona tal-euro kollha.

L-ammont ta’ riżervi li għandu jinżamm minn kull istituzzjoni huwa stabbilit b’relazzjoni mal-bażi tiegħu ta’ riżerva. Is-sistema tar-riżervi minimi tal-Eurosistema tippermetti lill-kontropartijiet li jagħmlu użu mid-dispożizzjonijiet li jwasslu għall-medja, li timplika li l-konformità mal-ħtiġijiet tar-riżervi hija stabbilita fuq il-bażi tal-medja tal-bilanċi fit-tmiem tal-jum kalendarju fuq il-kontijiet tar-riżervi tal-kontropartijiet matul perjodu ta’ żamma ta’ xahar. Investimenti tal-istituzzjonijiet ta’ riżervi meħtieġa huma remunerati bir-rata tal-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tal-Eurosistema.

Is-sistema tar-riżervi minimi tal-Eurosistema primarjament issegwi l-funzjonijiet monetarji li ġejjin:

(a)   Stabbilizzazzjoni tar-rati ta’ imgħax fis-suq monetarju

Id-dispożizzjoni tal-medja tas-sistema tar-riżervi minimi tal-Eurosistema timmira biex tikkontribwixxi għal-istabbilizzazzjoni tar-rati tal-imgħax fis-suq monetarju billi tagħti lill-istituzzjonijiet inċentiv biex iwittu l-effett tal-flutwazzjonijiet tal-likwidità temporanji.

(b)   Il-ħolqien jew it-tkabbir ta’ nuqqas ta’ likwidita strutturali

Is-sistema tar-riżervi minimi tal-Eurosistema tikkontribwixxi għall-ħolqien jew għat-tkabbir ta’ nuqqas ta’ likwidità strutturali. Dan jista’ jkun ta’ għajnuna sabiex tittejjeb l-abbiltà tal-Eurosistema li topera b’mod effiċjenti bħala fornitriċi tal-likwidità.

Fl-applikazzjoni tar-riżervi minimi, il-BĊE huwa marbut li jaġixxi skont l-għanijiet tal-Eurosistema kif definiti fl-Artikolu 127(1) tat-Trattat u l-Artikolu 2 tal-Istatut tas-SEBĊ, li jimplika, fost ħwejjeg oħra, il-prinċipju li ma tiġix indotta delokazzjoni jew disintermedjazzjoni sinjifikanti mhux mixtieqa.

7.2.   Istituzzjonijiet suġġetti għall-obbligu tar-riżerva minima

Skont l-Artikolu 19.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-BĊE jeħtieġ li istituzzjonijiet tal-kreditu stabbiliti fl-Istati Membri jżommu riżervi minimi. Dan jimplika li ferghat fiż-żona tal-euro ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux inkorporati fiż-żona tal-euro huma wkoll suġġetti għas-sistema tar-riżervi minimi tal-Eurosistema. Madankollu, fergħat stabbiliti barra ż-żona tal-euro ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu inkorporati fiż-żona tal-euro mhumiex suġġetti għal din is-sistema.

Istituzzjonijiet ikunu awtomatikament eżentati mir-rekwiżiti tar-riżerva mill-bidu tal-perijodu ta’ żamma li fih l-awtorizzazzjoni tagħhom hija rtirata jew ċeduta, jew li fih deċiżjoni biex l-istituzzjoni tiġi sottomessa għall-proċeduri ta’ stralċ tittieħed minn awtorità ġudizzjarja jew awtorità kompetenti oħra ta Stat Membru. Skont ir-Regolament (KE) Nru 2531/98 u r-Regolament BĊE/2003/9, il-BĊE jista’ jeżenta wkoll istituzzjonijiet mill-obbligi tagħhom taħt is-sistema ta’ riżerva minima tal-Eurosistema fuq bażi mhux diskriminatorja jekk huma suġġetti għal miżuri ta’ riorganizzazzjoni jew l-iffrizar ta’ fondi u/jew miżuri oħrajn imposti mill-Unjoni taħt l-Artikolu 75 tat-Trattat jew minn Stat Membru li jirrestrinġi l-użu tal-fondi tagħhom jew li fir-rigward tagħhom il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ikun ħareg deċiżjoni li tissospendi jew teskludi l-aċċess tagħhom għal operazzjonijiet ta’ suq miftuħ jew il-faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema jew jekk l-għanijiet tas-sistema ta’ riżerva minima tal-Eurosistema ma jiġux sodisfatti bl-impożizzjoni ta’ dawn l-obbligi fuq dawk l-istituzzjonijiet partikolari. Jekk id-deċiżjoni tiegħu fuq kull eżenzjoni bħal din hija bbażata fuq l-għanijiet tas-sistema ta’ riżerva minima tal-Eurosistema, il-BĊE jikkunsidra wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

(a)

l-istituzzjoni hija awtorizzata taqdi funzjonijiet b’għanijiet speċjali biss;

(b)

l-istituzzjoni hija pprojbita milli teżerċita funzjonijiet bankarji attivi f’kompetizzjoni ma’ istituzzjonijiet oħra ta’ kreditu u/jew,

(c)

l-istituzzjoni hija taħt obbligu legali li jkollha d-depożiti kollha tagħha mmarkati għal skopijiet relatati ma’ assistenza reġjunali u/jew ma’ assistenza ta’ żvilupp internazzjonali.

Il-BĊE jistabbilixxi u jżomm lista ta’ istituzzjonijiet suġġetti għas-sistema tar-riżervi minimi tal-Eurosistema. Il-BĊE jippubblika wkoll lista ta’ istituzzjonijiet eżentati mill-obbligi tagħhom taħt din is-sistema għal raġunijiet li mhumiex dawk li huma suġġetti għal miżuri ta’ riorganizzazzjoni jew l-iffrizar ta’ fondi u/jew miżuri oħrajn imposti mill-Unjoni taħt l-Artikolu 75 tat-Trattat jew minn Stat Membru li jirrestrinġi l-użu tal-fondi tagħhom jew li fir-rigward tagħhom il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ħareg deċiżjoni li tissospendi jew teskludi l-aċċess tagħhom għal operazzjonijiet ta’ suq miftuħ jew il-faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema (115). Il-kontropartijiet jistgħu joqgħodu fuq dawn il-listi meta jiddeċiedu dwar jekk il-passiv tagħhom huwiex dovut lil istituzzjoni oħra li tkun hi stess suġġetta għal ħtiġijiet tar-riżerva. Il-listi, disponibbli għall-pubbliku wara t-tmiem tal-jum ta’ negozju fl-aħħar jum tan-negozju tal-Eurosistema ta’ kull xahar kalendarju, huma validi għall-kalkolu tal-bażi ta’ riżerva għall-perijodu ta’ żamma li jibda fix-xahar kalendarju li jiġi xahrejn wara. Per eżempju, il-lista ppubblikata fl-aħħar ta’ Frar tkun valida għall-kalkolu tal-bażi ta’ riżerva għall-perijodu ta’ żamma li jibda f’April.

7.3.   Determinazzjoni ta’ riżervi minimi

7.3.1.   Bażi tar-riżerva u proporzjonijiet tar-riżerva

Il-bażi tar-riżerva ta’ istituzzjoni huwa definit fir-rigward tal-elementi tal-karta tal-bilanċ tagħha. It-tagħrif mill-karta tal-bilanċ huwa rapportat lill-BĊNi fi ħdan il-qafas ġenerali tal-istatistika monetarja u bankarja tal-BĊE (ara t-Taqsima 7.5) (116). Għal istituzzjonijiet suġġetti għal rappurtar sħiħ, it-tagħrif mill-karta tal-bilanċ li jirreferi għall-aħħar ta’ xahar kalendarju partikolari jintuża biex jistabblixxi l-bażi tar-riżervi għall-perjodu ta’ żamma li jibda fix-xahar kalendarju xahrejn wara. Pereżempju, il-bażi ta’ riżerva kkalkulata mill-karta tal-bilanċ fl-aħħar ta’ Frar tintuża għall-kalkolu tal-ħtiġijiet ta’ riżerva li għandha tiġi sodisfatta mill-kontropartijiet fil-perijodu ta’ żamma li jibda f’April.

Il-qafas tar-rappurtar għall-istatistika monetarja u bankarja tal-BĊE jinkludi l-possibbiltà li istituzzjonijiet żgħar jinħelsu xi ftit mill-piż tar-rappurtar. Istituzzjonijiet li għalihom tapplika din id-dispożizzjoni huma meħtieġa biss li jirrapportaw sett limitat ta’ tagħrif mill-karta tal-bilanċ fuq bażi trimestrali (bħala tagħrif tal-aħħar trimestru) u bi skadenza ta’rappurtar li hija itwal minn dik iffissata għal istituzzjonijiet akbar. Għal dawn l-istituzzjonijiet, it-tagħrif mill-karta tal-bilanċ rapportat għal trimestru speċifiku jintuża biex jistabbilixxi, b’xahar b’lura, l-bażi tar-riżervi għal tliet perjodi konsekuttivi taż-żamma ta’ riżervi. Pereżempju, il-karta tal-bilanċ fl-aħħar tal-ewwel trimestru – Marzu – tkun valida għall-kalkolu tal-bażi ta’ riżerva għall-perijodi ta’ żamma li jibdew f’Ġunju, Lulju u Awwissu.

Skont ir-Regolament (KE) Nru 2531/98 il-BĊE huwa intitolat li jinkludi passiv li jirriżulta mill-aċċettazzjoni ta’ fondi flimkien ma’ passiv li jirriżulta minn partiti li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ fil-bażi tar-riżerva ta’ istituzzjonijiet. Fis-sistema tar-riżervi minimi tal-Eurosistema, il-kategoriji ta’ passiv “depożiti”, u “titoli ta’ dejn maħruġin” huma attwalment inklużi fil-bażi tar-riżerva (ara l-Kaxxa 9).

Passiv fil-konfront ta’ istituzzjonijiet oħra inkluż fil-lista ta’ istituzzjonijiet suġġetti għas-sistema ta’ riżervi minimi tal-Eurosistema u l-passiv fil-konfront tal-BĊE u l-BĊNi parteċipanti mhumiex inklużi fil-bażi tar-riżerva. F’dan ir-rigward, għall-kategorija tal-passiv “titoli ta’ dejn maħruġin”, l-emittent għandu jipprova l-ammont attwali ta’ dawn l-istrumenti miżmumin minn istituzzjonijiet oħrajn suġġetti għas-sistema tar-riżervi minimi tal-Eurosistema sabiex ikunu intitolati li jnaqqsuhom mill-bażi tar-riżerva. Jekk dik il-prova ma tkunx tista’ tiġi ppresentata, l-emittenti jistgħu japplikaw tnaqqis standardizzat ta’ persentaġġ fiss (117) għal din il-partita fil-karta tal-bilanċ.

Il-proporzjonijiet ta’ riżerva huma ddeterminati mill-BĊE bla ħsara għal-limitu massimu speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 2531/98. Il-BĊE japplika proporzjon ta’ riżerva mhux żero uniformi mal-maġġoranza tal-partiti inklużi fil-bażi ta’ riżerva. Dan il-proporzjon ta’ riżerva huwa speċifikat fir-Regolament BĊE/2003/9. Il-BĊE jiffissa proporzjon ta’ riżerva żero fil-kategoriji ta’ passiv li ġejjin: “depożiti b’maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn”, “depożiti li jinfdew b’notifika ta’ aktar minn sentejn”, “repos” u “titoli ta’ dejn b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sentejn” (ara l-Kaxxa 9). Il-BĊE jista’ f’kull żmien jibdel il-proporzjonijiet tar-riżervi. Bidliet fil-proporzjonijiet tar-riżerva jitħabbru mill-BĊE bil-quddiem tal-ewwel perijodu ta’ żamma li għalih il-bidla hija effettiva.

7.3.2.   Kalkoli tal-ħtiġijiet ta’ riżerva

Il-ħtieġa tar-riżerva għal kull istituzzjoni individwali hija kalkolata bl-applikazzjoni, mal-ammont ta’ passiv eliġibbli, il-proporzjonijiet tar-riżerva għall-kategoriji ta’ passiv korrispondenti.

Kull istituzzjoni tnaqqas allowance uniformi ta’ EUR 100 000 mill-ħtieġa ta’ riżerva f’kull Stat Membru li fih ikollha stabbiliment. L-għoti ta’ allowance bħal dik għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi legali ta’ istituzzjonijiet suġġetti għas-sistema tar-riżervi minimi tal-Eurosistema (118).

Il-ħtieġa ta’ riżerva għal kull perjodu ta’ żamma hija aġġustata għall-eqreb euro.

KAXXA 9

Bażi tar-riżerva u proporzjonijiet tar-riżerva

A.    Passiv inkluż fil-bażi tar-riżerva u li għalihom jiġi applikat il-proporzjon ta’ riżerva pożittiv

Depożiti (****)

Depożiti overnight

Depożiti b’maturità miftiehma sa u li tinkludi wkoll sentejn

Depożiti li jistgħu jinfdew b’notifika sa u li tinkludi wkoll sentejn

Titoli ta’ dejn maħruġin

Titoli ta’ dejn b’maturità oriġinali sa u li tinkludi wkoll sentejn

B.    Passiv inklużi fil-bażi tar-riżerva u li għalihom jiġi applikat il-proporzjon ta’ riżerva żero

Depożiti (****)

Depożiti b’maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn

Depożiti mifdija b’notifika ta’ aktar minn sentejn

Repos

Titoli ta’ dejn maħruġin

Titoli ta’ dejn b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sentejn

C.    Passiv eskluż mill-bażi tar-riżerva

Passiv fil-konfront ta’ istituzzjonijiet oħra suġġetti għas-sistema tar-riżervi minimi tal-Eurosistema

Passiv fil-konfront tal-BĊE u l-BĊNi parteċipanti

7.4.   Żamma ta’ investimenti ta’ riżerva

7.4.1.   Perjodu ta’ żamma

Il-BĊE jippubblika kalendarju tal-perijodi ta’ żamma ta’ riżerva tal-inqas tliet xhur qabel il-bidu ta’ kull sena (119). Il-perijodu ta’ żamma jibda fil-jum ta’ saldu tal-ewwel operazzjoni ta’ rifinanzjament ewlenija wara l-laqgħa tal-Kunsill Governattiv, fejn il-valutazzjoni ta’ kull xahar tal-pożizzjoni tal-politika monetarja hija skedata minn qabel. F’ċirkustanzi speċjali, il-kalendarju ppubblikat jista’ jiġi emendat, jiddependi, fost l-oħrajn, fuq tibdil fl-iskeda ta’ laqgħat tal-Kunsill Governattiv.

7.4.2.   Investimenti ta’ riżerva

Kull istituzzjoni għandha żżomm ir-riżervi minimi tagħha f’kont wieħed jew aktar ta’ riżerva mal-BĊN fl-Istat Membru li fih tkun stabbilita. Għal istituzzjonijiet b’aktar minn stabbiliment wieħed fi Stat Membru, l-uffiċċju prinċipali huwa responsabbli li jħares l-aggregat tar-riżervi minimi tal-istabbilimenti domestiċi kollha tal-istituzzjoni (120). Istituzzjoni bi stabbilimenti f’aktar minn Stat Membru wieħed hija meħtiega li żżomm riżervi minimi mal-BĊN ta’ kull Stat Membru li fih ikollha stabbiliment, b’rabta mal-bażi tar-riżervi tagħha fl-Istat Membru korrispondenti.

Il-kontijiet ta’ saldu ta’ istituzzjonijiet mal-BĊNi jistgħu jintużaw bħala kontijiet ta’ riżerva. Investimenti ta’ riżerva miżmumin f’kontijiet ta’ saldu jistgħu jintużaw għal finijiet ta’ saldu intraday. L-investiment ta’ riżerva ta’ kuljum ta’ istituzzjoni huwa kalkolat bħala l-bilanċ tat-tmiem il-jum fil-kont tagħha tar-riżerva.

Istituzzjoni tista’ tapplika mal-BĊN fl-Istat Membru li fih tkun residenti l-istituzzjoni għall-permess biex iżżomm ir-riżervi minimi kollha tagħha indirettament permezz ta’ intermedjarju. Il-possibbiltà li jinżammu r-riżervi minimi permezz ta’ intermedjarju hija bħala regola ristretta għal istituzzjonijiet li huma kkostitwiti sabiex parti mill-amministrazzjoni (per eżempju l-amministrazzjoni tat-teżor) normalment issir minn intermedjarju (per eżmpju netwerks ta’ banek tat-tfaddil u kooperattivi ta’ banek jistgħu jiċċentralizzaw l-investimenti ta’ riżerva tagħhom). L-investiment f’riżervi minimi permezz ta’ intermedjarju huwa suġġett għad-dispożizzjonijiet speċifikati fir-Regolament BĊE/2003/9.

7.4.3.   Remunerazzjoni ta’ investimenti f’riżervi

Investimenti f’riżervi meħtieġa huma remunerati bil-medja, matul il-perijodu ta’ żamma, tar-rata tal-BĊE (ippeżati skont in-numru ta’ jiem kalendarji) fuq operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin, ikkalkulata bl-użu tal-formula speċifikata fil-Kaxxa 10. Investimenti f’riżerva li jeċċedu r-riżervi minimi mhumiex remunerati. Ir-remunerazzjoni għandha titħallas fit-tieni jum ta’ negozju tal-BĊN li jiġi wara li jintemm il-perijodu taż-żamma li fih tkun dovuta dik ir-remunerazzjoni.

KAXXA 10

Kalkolu tar-remunerazzjoni ta’ investimenti ta’ riżervi meħtieġa

L-investiment ta’ riżervi meħtieġa huwa remunerat skont il-formula li ġejja:

Formula

Formula

fejn:

R t

=

ir-remunerazzjoni li għandha titħallas għal investimenti ta’ riżervi obbligatorji għall-perjodu tal-żamma t;

H t

=

il-medja ta’ investimenti ta’ kuljum ta’ riżervi obbligatorji għall-perjodu tal-żamma t;

n t

=

in-numru ta’ ġranet kalendarji fil-perjodu tal-żamma t;

r t

=

ir-rata ta’ remunerazzjoni għal investimenti ta’ riżervi obbligatorji għall-perjodu taż-żamma t. Għandu jsir aġġustament standardizzat tar-rata ta’ remunerazzjoni għal żewġ punti deċimali;

i

=

ith tal-jum kalendarju tal-perjodu taż-żamma t;

MR i

=

ir-rata ta’ interess marġinali għall-operazzjoni ta’ rifinanzjament ewlenija l-aktar riċenti imħallsa fil-jum kalendarju i jew qabilha.

7.5.   Rappurtar, rikonoxximent u verifika tal-bażi tar-riżerva

Il-partiti tal-bażi tar-riżervi għall-applikazzjoni tar-riżervi minimi huma kalkolati mill-istituzzjonijiet suġġetti huma stess għar-riservi minimi u huma rapportati lill-BĊNi fi ħdan il-qafas ġenerali tal-istatistika monetarja u bankarja tal-BĊE (ara l-Appendiċi 4). L-Artikolu 5 tar-Regolament BĊE/2003/9 jiddefinixxi l-proċeduri għan-notifika u r-rikonoxximent tal-bażi ta’ riżerva u l-ħtieġa ta’ riżerva tal-istituzzjoni.

Il-proċedura għan-notifika u r-rikonoxximent tar-riżervi minimi ta’ istituzzjoni hija din li ġejja. Jew il-BĊN rilevanti jew l-istituzzjoni tieħu l-inizjattiva biex tikkalkola r-riżervi minimi ta’ dik l-istituzzjoni għall-perijodu ta’ żamma rilevanti. Ir-riżervi minimi kkalkulati huma notifikati mill-parti li tagħmel il-kalkolu fl-aħħar tlett ijiem tal-BĊN qabel il-bidu tal-perijodu ta’ żamma. Il-BĊN rilevanti jista’ jispeċifika data aktar qabel bħala limitu ta’ żmien għan-notifika tar-riżervi minimi. Jista’ wkoll jispeċifika limiti oħra ta’ żmien biex l-istituzzjoni tinnotifika kwalunkwe reviżjonijiet magħmula lill-bażi tar-riżerva, u kwalunkwe reviżjonijiet magħmula lir-riżervi minimi nnotifikati. Il-parti nnotifikata għandha tikkonferma r-riżervi minimi kkalkulati mhux aktar tard minn dak il-jum ta’ negozju tal-BĊN li jiġi qabel ma jibda l-perijodu taż-żamma. Jekk il-parti nnotifikata ma tkunx wieġbet għan-notifika sal-aħħar ta’ dak il-jum ta’ negozju tal-BĊN li jiġi qabel ma jibda l-perijodu taż-żamma, tiġi meqjusa li tkun ikkonfermat l-ammont tar-riżervi minimi tal-istituzzjoni għall-perijodu taż-żamma relevanti. Ladarba jkunu kkonfermati, ir-riżervi minimi tal-istituzzjoni għall-perjodu taż-żamma relevanti ma jistgħux jiġu riveduti.

Għal istituzzjonijiet li huma permessi jaġixxu bħala intermedjarji għal investimenti ta’ riżerva indiretti ta’ istituzzjonijiet oħrajn, hemm speċifikati ħtiġijiet ta’ rappurtar speċifiċi fir-Regolament BĊE/2003/9. L-investiment f’riżervi permezz ta’ terz ma jibdilx l-obbligi tar-rappurtar statistiku ta’ istituzzjonijiet li jkollhom riżervi permezz ta’ intermedjarju.

Il-BĊE u l-BĊNi għandhom id-dritt, fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 2531/98, li jivverifikaw il-preċiżjoni u l-kwalità tat-tagħrif miġbur.

7.6.   Nonkonformità mal-obbigu tar-riżerva minima

Tirriżulta nonkonformità mal-obbligi tar-riżervi minimi jekk il-bilanċ medju fit-tmiem il-jum kalendarju ta’ istituzzjoni fil-konti(jiet) tar-riżervi tagħha matul il-perjodu ta’ żamma jkun anqas mill-ħtieġa tagħha ta’ riżervi għall-perjodu ta’ żamma korrispondenti.

Meta istituzzjoni tonqos milli tikkonforma mal-ħtieġa tar-riżerva għal kollox jew parzjalment, il-BĊE jista’, skont ir-Regolament (KE) Nru 2531/98, jimponi xi waħda minn dawn is-sanzjonijiet:

(a)

ħlas sa 5 punti perċentwali ’l fuq mir-rata tas-self marġinali, applikata għall-ammont tal-ħtieġa ta’ riżerva li l-istituzzjoni relevanti naqset li tipprovdi; jew

(b)

ħlas sad-doppju tar-rata tas-self marġinali, applikat għall-ammont tal-ħtieġa tar-riżerva li l-istituzzjoni relevanti naqset li tipprovdi; jew

(c)

il-ħtieġa għall-istituzzjoni relevanti li tistabbilixxi depożiti li ma jkollhomx imgħax mal-BĊE jew mal-BĊNi sa tliet darbiet l-ammont tal-ħtieġa tar-riżervi li l-istituzzjoni relevanti tkun naqset li tipprovdi. Il-maturità tad-depożitu m’għandhiex teċċedi l-perijodu li matulu l-istituzzjoni tkun naqset li tikkonforma mal-ħtieġa tar-riżervi.

Fejn istituzzjoni tonqos li tikkonforma ma’ obbligi oħrajn taħt ir-Regolamenti u d-Deċiżjonijiet tal-BĊE relatati mas-sistema tar-riżervi minimi tal-Eurosistema (per eżempju jekk it-tagħrif relevanti ma jintbagħatx fil-ħin jew ma jkunx eżatt), il-BĊE għandu s-setgħa li jimponi sanzjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 2532/98 u r-Regolament BĊE/1999/4. Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE jista’ jispeċifika u jippubblika l-kriterji fejn dan japplika s-sanzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2531/98 (121).

Barra minn hekk, fil-każ ta’ ksur serju tal-ħtiġijiet tar-riżerva minima, l-Eurosistema tista’ tissospendi l-kontropartijiet mill-parteċipazzjoni f’operazzjonijiet ta’ suq miftuħ.


(1)  Għandu jiġi nnutat li l-banek ċentrali ta’ dawk l-Istati Membri tal-UE li l-munita tagħhom mhijiex l-euro skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jżommu s-setgħat tagħhom fil-qasam tal-politika monetarja skont il-liġi nazzjonali u għalhekk mhumiex involuti fit-twettiq tal-politika monetarja waħdanija.

(2)  F’dan id-dokument kollu, it-terminu “BĊNi” jirreferi għall-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro skont it-Trattat.

(3)  Din l-informazzjoni hija suġġetta għar-rekwiżit dwar is-segretezza professjonali stabbilit fl-Artikolu 37 tal-Istatut tas-SEBĊ.

(4)  F’dan id-dokument kollu, it-terminu “Stat Membru” jirreferi għal Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro.

(5)  Il-proċeduri differenti għall-eżekuzzjoni tal-operazzjonijiet ta’ suq miftuħ tal-Eurosistema, jiġifieri sejħiet għal offerti standard, sejħiet għal offerti mgħaġġla u proċeduri bilaterali, huma speċifikati fil-Kapitolu 5. Għal sejħiet ta’ offerti standard, jgħaddu massimu ta’ 24 siegħa bejn it-tħabbir tas-sejħa għal offerti u ċ-ċertifikazzjoni tar-riżultat tal-allokazzjoni. Il-kontropartijiet kollha li jikkonformaw mal-kriterji ġenerali ta’ eliġibbiltà speċifikati fl-Artikolu 2.1 jistgħu jipparteċipaw f’sejħiet għal offerti standard. Sejħiet għal offerti mgħaġġla huma normalment eżegwiti fi żmien 90 minuta. L-Eurosistema tista’ tagħżel numru limitat ta’ kontropartijiet biex jipparteċipaw f’sejħiet għal offerti mgħaġġla. It-terminu “proċeduri bilaterali” jirreferi għal kull każ li fih l-Eurosistema twettaq tranżazzjoni ma’ kontroparti waħda jew ma’ wħud mingħajr ma tuża l-proċeduri ta’ sejħiet għal offerti. Proceduri bilaterali jinkludu operazzjonijiet ezegwiti permezz ta’ boroż jew agenti tas-suq.

(6)  Għal tranżazzjonijiet diretti, ma jitqiegħdu ebda restrizzjonijiet minn qabel fuq il-firxa ta’ kontropartijiet.

(7)  Is-superviżjoni armonizzata ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu hija bbażata fuq id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 239M, 10.9.2010, p. 1-200).

(8)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, pp. 19 - 22.

(9)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, pp. 139 - 144.

(10)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, pp. 16 - 18.

(11)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 3, pp. 300 - 306.

(12)  Meta japplika, fir-rigward ta’ sejħiet ta’ marġni.

(13)  L-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin u fuq żmien itwal huma eżegwiti skont il-kalendarju ta’ operazzjonijiet ta’ sejħiet għal offerti imħabbar minn qabel tal-Eurosistema (ara wkoll it-Taqsima 5.1.2), li jista’ jinstab fuq is-sit elettroniku www.ecb.europa.eu, kif ukoll fuq is-siti elettroniċi tal-Eurosistema (ara l-Appendċi 5).

(14)  Il-maturità tal-operazzjonijiet ewlenin u f’terminu itwal ta’ żmien ta’ rifinanzjament jistgħu kultant ivarjaw skont, fost ħwejjeġ oħra, il-btajjel tal-banek fl-Istati Membri.

(15)  L-operazzjoniniet ta’ rifinanzjament ewlenin u fuq żmien itwal huma eżegwiti skont il-kalendarju tal-operazzjonijiet tas-sejħiet għal offerti mħabbrin minn qabel tal-Eurosistema (ara wkoll it-Taqsima 5.1.2) li jistgħu jinstabu fuq is-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu kif ukoll fuq is-siti elettroniċi tal-Eurosistema (Ara l-Appendiċi 5).

(16)  Il-maturità tal-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin u fuq żmien itwal jistgħu jvarjaw okkażjonalment billi jiddependi, fost l-oħrajn, fuq il-btajjel bankarji fl-Istati Membri.

(17)  Depożiti b’terminu fiss huma miżmuma f’kontijiet mal-BĊNi; dan ikun il-każ ukoll jekk dawk l-operazzjonijiet kellhom ikunu eżegwiti b’mod ċentralizzat mill-BĊE.

(18)  Mid-19 ta’ Mejju 2008, l-infrastruttura teknika deċentralizzata tat-TARGET inbidlet bit-TARGET2. It-TARGET2 jikkonsisti f’pjattaforma maqsuma waħda (li permezz tagħha l-ordnijiet kollha ta’ ħlas jiġu sottomessi u pproċessati u li permezz tagħhom jiġu rċevuti ħlasijiet bl-istess mod tekniku) u, meta japplikaw, is-sistemi ta’ kontijiet domestiċi partikolari tal-BĊNi.

(19)  Barra minn dan, l-aċċess għall-faċilità ta’ self marginali jingħata biss lill-kontropartijiet b’aċċess għal kont mal-BĊN fejn tista’ titħallas it-tranżazzjoni, pereżempju fil-pjattaforma maqsuma waħda tat-TARGET2.

(20)  F’xi Stati Membri, il-BĊN jew uħud mill-fergħat tiegħu jistgħu ma jkunux miftuħin għall-iskop li jħaddmu operazzjonijiet tal-politika monetarja f’ċerti jiem tax-xogħol tal-Eurosistema minħabba btajjel pubbliċi nazzjonali jew reġjonali. F’każijiet bħal dawn, il-BĊN huwa responsabbli biex jinforma lill-kontropartijiet bil-quddiem bl-arranġamenti li għandhom isiru għall-aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali f’jum ta’ btala pubblika.

(21)  Il-jiem ta’ għeluq tat-TARGET2 jitħabbru fuq is-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu, u fuq is-siti elettroniċi tal-Eurosistema (ara l-Appendiċi 5).

(22)  F’dan id-dokument kollu, il-kliem ‘jum tax-xogħol tal-Eurosistema’ jirriferi għal kull jum meta l-BĊE u tal-anqas bank ċentrali nazzjonali wieħed ikunu miftuħin biex iħaddmu l-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

(23)  Il-Kunsill Governattiv is-soltu jiddeċiedi fuq tibdil fir-rata tal-imgħax meta jikkunsidra l-pożizzjoni tal-politika monetarja fl-ewwel laqgħa tiegħu tax-xahar. Is-soltu dawn id-deċiżjonijiet isiru effettivi biss mill-bidu tal-perijodu l-ġdid taż-żamma ta’ riżerva.

(24)  Differenzi operattivi li jirriżultaw mill-eżistenza ta’ strutturi differenti tal-kontijiet fost il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jeżistu fil-pajjiżi taż-żona tal-euro.

(25)  Minħabba l-eżistenza ta’ strutturi differenti fost il-banek ċentrali nazzjonali, il-BĊE jista’ jippermetti lill-banek ċentrali nazzjonali li japplikaw kundizzjonijiet ta’ aċċess li huma xi ftit differenti minn dawk imsemmija hawnhekk. Il-banek ċentrali nazzjonali għandhom jipprovdu informazzjoni dwar kull devjazzjoni tali mill-kundizzjonijiet ta’ aċċess deskritti f’dan id-dokument.

(26)  Barra minn dan, l-aċċess għall-faċilità ta’ depożitu jingħata biss lill-kontropartijiet b’aċċess għal kont mal-BĊN fejn tista’ tiġi rregolata t-tranżazzjoni, pereżempju fil-pjattaforma maqsuma waħda tat-TARGET2.

(27)  Barra minn dan, l-aċċess għall-faċilità ta’ self marginali jingħata biss lill-kontropartijiet b’aċċess għal kont mal-BĊN fejn tista’ titħallas it-tranżazzjoni, pereżempju fil-pjattaforma maqsuma waħda tat-TARGET2.

(28)  F’dan id-dokument kollu, il-kliem “jum tax-xogħol tal-Eurosistema” jirriferi għal kull jum meta l-BĊE u tal-anqas bank ċentrali nazzjonali wieħed ikunu miftuħin biex iħaddmu l-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

(29)  Il-Kunsill Governattiv solitament jiddeċiedi fuq it-tibdil tar-rata tal-imgħax meta jivvaluta l-pożizzjoni tal-politika monetarja tiegħu fl-ewwel laqgħa tiegħu tax-xahar. Is-soltu dawn id-deċiżjonijiet isiru effettivi biss mill-bidu tal-perijodu taż-żamma ta’ riżerva li jmiss.

(30)  F’sejħiet għal offerti ta’ swap ta’ valuta barranija b’rata fissa, il-BĊE jiffissal-punti ta’ swap tal-operazzjoni u l-kontropartijiet joffru l-ammont tal-valuta miżmum fiss li jixtiequ li jbiegħu (u jixtru lura) jew jixtru (u jbiegħu lura) b’dik ir-rata.

(31)  F’sejħiet għal offerti swap ta’ valuta barranija b’rata varjabbli, il-kontropartijiet joffru l-ammont tal-valuta miżmum fiss u l-kwotazzjoni tal-punt ta’ swap li fih jixtiequ jidħlu fl-operazzjoni.

(32)  Il-kalendarju għall-operazzjonijiet tas-sejħiet għal offerti tal-Eurosistema jista’ jinstab fis-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu, kif ukoll fuq is-siti elettroniċi tal-Eurosistema (ara l-Appendiċi 5).

(33)  Matul dan id-dokument kollu, l-espressjoni “jum tan-negozju BĊN” tirreferi għal kull jum li fih il-bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru speċifiku jkun miftuħ bl-iskop li jwettqu operazzjonijiet ta’ politika monetarja tal-Eurosistema. F’xi Stati Membri l-fergħat tal-bank ċentrali nazzjonali jistgħu jkunu magħluqa fil-ġranet tan-negozju tal-BĊN minħabba btajjel bankarji lokali jew reġjonali. F’dawk il-każijiet, il-bank ċentrali nazzjonali relevanti huwa responsabbli biex javża lill-kontropartijiet bil-quddiem bl-arranġamenti li għandhom isiru għal tranżazzjonijiet li jinvolvu dawk il-fergħat.

(34)  Minħabba l-perijodu tal-Milied, l-operazzjoni ta’ Diċembru normalment tinġieb ’il quddiem b’ġimgħa, jiġifieri għall-Erbgħa ta’ qabel tax-xahar.

(35)  Fi swaps tal-kambju barrani b’rata fissa, l-ammont tal-valuta miżmum fiss li l-kontroparti tkun lesta li tinnegozja mal-Eurosistema għandu jiġi ddikjarat.

(36)  Fir-rigward tal-ħruġ ta’ ċertifikati tad-dejn tal-BĊE, il-BĊE jista’ jiddeċiedi li l-offerti jiġu espressi fil-forma ta’ prezz pjuttost milli f’rata ta’ mgħax. F’dawk il-każijiet, il-prezzijiet għandhom ikunu kkwotati bħala persentaġġi tal-ammont nominali.

(37)  Fi swaps tal-kambju barrani, għandu jiġi ddikjarat l-ammont tal-valuta miżmum fiss li l-kontroparti hija lesta li tinnegozja mal-Eurosistema u l-livell tal-punt ta’ swap rilevanti.

(38)  Jew li jħallsu fi flus kontanti fil-każ ta’ operazzjonijiet li jassorbu l-likwidità.

(39)  Kwotazzjonijiet tal-punt ta’ swap huma elenkati f’ordni axxendenti waqt li jitiqies is-sinjal tal-kwotazzjoni, li jiddependi fuq is-sinjal tar-rata ta’ mgħax differenzjali bejn il-valuta barranija u l-euro. Jekk, għall-maturità tal-iswap ir-rata ta’ mgħax tal-valuta barranija tkun ogħla mir-rata ta’ mgħax li tikkorrispondi għall-euro, il-kwotazzjoni tal-punt ta’ skambju hija pożittiva (jiġifieri l-euro kkwotat bi premium kontra l-valuta barranija). Bil-maqlub, jekk ir-rata ta’ mgħax tal-valuta barranija tkun aktar baxxa mir-rata ta’ mgħax li tikkorrispondi għall-euro, il-kwotazzjoni tal-punt ta’ swap hija negattiva (jiġifieri l-euro huwa kkwotat bi skont kontra l-valuta barranija).

(40)  Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jiddeċiedi li, f’cirkustanzi eċċezzjonali, dawn l-operazzjonijiet bilaterali ta’ rfinar jistgħux jiġu eżegwiti mill-BĊE nnifsu.

(41)  Id-deskrizzjoni tal-istandards għall-użu ta’ SSSs eliġibbli fiż-żona tal-euro u lista aġġornata tar-rabtiet eliġibbli bejn dawn is-sistemi tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.int.

(42)  T tirriferi għal jum ta’ negozju. Id-data tas-saldu tirreferi għall-jiem tan-negozju tal-Eurosistema.

(43)  Jekk id-data tas-saldu normali għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin jew fit-tul tikkoinċidi ma’ btala bankarja, il-BĊE jista’ jiddeċiedi li japplika data ta’ ħlas differenti, bl-għażla ta’ saldu fl-istess jum. Id-dati tas-saldu għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin huma speċifikati bil-quddiem fil-kalendarju ta’ operazzjonijiet tas-sejħiet għal offerti tal-Eurosistema (ara t-Taqsima 5.1.2).

(44)  Operazzjonijiet diretti li jassorbu l-likwidità u operazzjonijiet irriversjati f’suq miftuħ huma ibbażati wkoll fuq assi sottostanti. Għal assi sottostanti użati f’operazzjonijiet irriversjati f’suq miftuħ li jassorbu l-likwidità, il-kriterji ta’ eliġibbiltà huma identiċi għal dawk applikati u għal assi sottostanti użati f’operazzjonijiet irriversjati ta’ suq miftuħ li jipprovdu l-likwidità. Iżda, l-ebda valutazzjoni ta’ haircuts ma tiġi applikata għal operazzjonijiet li jassorbu l-likwidità.

(45)  Matul il-perijodu provviżorju sal-2013 għal klassi ta’ assi speċifika ta’ assi mhux negozjabbli, klejms ta’ kreditu, u numru limitat ta’ kriterji ta’ eliġibbiltà u operattivi jistgħu jkunu differenti fiż-żona tal-euro (ara t-Taqsima 6.2.2).

(46)  Din il-lista hija ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu. Assi negozjabbli maħruġin minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji mingħajr klassifika minn istituzzjoni ta’ valutazzjoni ta’ kreditu estern (ECAI) għall-ħruġ, l-emittent jew il-garanti mhumiex inklużi fil-lista pubblikaa ta’ assi negozjabbli eliġibbli. Għal dawn l-istrumenti ta’ dejn, l-istatus ta’ elibibbiltà jiddependi fuq il-valutazzjoni ta’ kreditu jew is-sors tal-valutazzjoni ta’ kreditu magħżul mill-kontroparti rispettiva skont ir-regoli ECAF applikabbli għall-klejms ta’ kreditu kif previst fit-Taqsima 6.3.3.

(47)  Bonds b’warrants jew drittijiet oħra simili mehmuża mhumiex eliġibbli.

(48)  Direttiva 2009/65 KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(49)  Dan l-obbligu ma jeskludix titoli sostnuti minn assi fejn l-istruttura tal-ħruġ tinkludi żewġ vetturi ta’ għan speċjali u l-ħtiega tal-“bejgħ veru” jiġi sodisfatt fir-rigward ta’ dawk il-vetturi ta’ għan speċjali biex l-istrumenti ta’ dejn maħruġin mit-tieni vettura ta’ għan speċjali ikunu sostnuti direttament jew indirettament mill-grupp oriġinali ta’ assi u l-flussi kollha tal-flus kontanti mill-fluss tal-flus kontanti li jiġġeneraw l-assi jiġu ttrasferiti mill-ewwel għat-tieni vettura ta’ għan speċjali.

(50)  Din ir-restrizzjoni ma tinkludix swaps użati fi tranżazzjonijiet ta’ titoli sostnuti minn assi strettament għall-għanijiet ta’ hedging.

(51)  Titoli sostnuti minn assi li huma fuq il-lista ta’ assi negozjabbli eliġibbli sa mill-10 ta’ Ottubru 2010 huma eżentati minn din il-ħtiega u jibqgħu eliġibbli sad-9 ta’ Ottubru 2011.

(52)  Titoli sostnuti minn assi li huma fuq il-lista ta’ assi negozjabbli eliġibbli sa mill-10 ta’ Ottubru 2010 huma eżentati minn din il-ħtiega u jibqgħu eliġibbli sad-9 ta’ Ottubru 2011.

(53)  Titoli sostnuti minn assi li huma fuq il-lista ta’ assi negozjabbli eliġibbli sa mill-10 ta’ Ottubru 2010 huma eżentati minn din il-ħtiega u jibqgħu eliġibbli sad-9 ta’ Ottubru 2011.

(54)  Titoli ta’ dejn internazzjonali f’forma bearer globali maħruġin fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2007, permezz tal-ICSDs Euroclear Bank (Belġju) u l-Clearstream Banking Lussemburgu għandhom, biex ikunu eliġibbli, jinħarġu fil-forma ta’ noti globali ġodda u għandhom jiġu ddepożitati ma konsenjatarju komuni li huwa ICSD jew, jekk ikun il-każ, CSD li jissodisfa l-istandards minimi stabbiliti mill-BĊE. Titoli ta’ dejn internazzjonali f’forma bearer globali li nħarġu f’forma ta’ noti globali klassiċi qabel l- 1 ta’ Jannar 2007 u titoli funġibbli maħruġin taħt l-istess kodiċi ISIN fi jew wara dik id-data jibqgħu eliġibbli sal-maturità. Titoli ta’ dejn internazzjonali maħruġin f’forma reġistrata globali permezz ta’ ICSDs Euroclear Bank (Belġju) u Clearstream Banking Lussemburgu wara t-30 ta’ Settembru 2010 għandhom, biex ikunu eliġibbli, jinħarġu taħt l-istruttura ġdida ta’ konsenjatarju għat-titoli ta’ dejn internazzjonali. Titoli ta’ dejn internazzjonali maħruġin f’forma reġistrata globali maħruġin qabel jew f’dik id-data jibqgħu eliġibbli sal-maturità tagħhom. Titoli ta’ dejn internazzjonali f’forma ta’ nota individwali ma jibqgħux aktar eliġibbli jekk jinħarġu wara t-30 ta’ Settembru 2010. Titoli ta’ dejn internazzjonali f’forma ta’ nota individwali maħruġin qabel jew f’dik id-data jibqgħu eliġibbli sal-maturità tagħhom.

(55)  Korporazzjonijiet mhux finanzjarji huma ddefiniti bħala European System of Accounts [Sistema Ewropea ta’ Kontijiet] 1995 (ESA 95).

(56)  Id-deskrizzjoni tal-istandards għall-użu ta’ SSSs eliġibbli fiż-żona tal-euro u lista aġġornata tar-rabtiet eliġibbli bejn dawn is-sistemi tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.int.

(57)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 3, pp. 263 - 306.

(58)  Tiġi ppubblikata lista ta’ swieq mhux regolati aċettabbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu u aġġorata mill-inqas darba fis-sena.

(59)  “Sigurtà”, “trasparenza” u “aċċessibiltà” huma ddefiniti mill-Eurosistema f’termini esklużivament tal-prestazzjoni tal-funzjoni ta’ ġestjoni tal-kollateral tal-Eurosistema. Il-proċess tal-għażla mhuwiex immirat għall-valutazzjoni tal-kwalità intrinsika tad-diversi swieq. Il-prinċipji li għandhom jiġu mifhuma huma kif ġej. Sigurtà tfisser ċertezza fir-rigward tat-tranżazzjonijiet, partikolarment ċertezza fuq il-validità u l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet. Trasparenza tisser aċċess mhux ostakolat għall-informazzjoni fuq ir-regoli ta’ proċedura u operazzjoni tas-suq, il-karatrteristiċi finanzjarji tal-assi, il-mekkaniżmu tal-formazzjoni tal-prezz, u l-prezzijiet u kwantitajiet rilevanti (kwotazzjonijiet, rati tal-imgħax, volumi tan-negozju, ammonti pendenti, eċċ). Aċċessibbiltà tirriferi għall-kapaċità tal-Eurosistema biex tipparteċipa fi u jkollha aċċess għas-suq; suq huwa aċċessibbli għall-finijiet ta’ ġestjoni tal-kollateral jekk ir-regoli tal-proċedura u operazzjoni tagħha jippermettu lill-Eurosistema li tikseb informazzjoni u twettaq tranżazzjonijiet meta meħtieġ għal dawn il-finijiet.

(60)  Pajjiżi li mhumiex tal-G10 bħalissa jinkludu l-Istati Uniti, il-Kanada, il-Ġappun u l-Iżvizzera.

(61)  Assi negozjabbli maħruġin qabel l-1 ta’ Jannar 2007 minn entità mhux stabbilita fiż-ŻEE jew f’wieħed mill-pajjiżi mhux taż-ŻEE tal-G10, imma ggarantiti minn entità stabbilita fiż-ŻEE, jibqgħu eliġibbli sal-31 ta’ Diċembru 2011, iżda għandhom jissodisfaw kriterji ta’ eliġibbiltà oħrajn u l-ħtiġijiet applikabbli għall-garanziji kif jidher fit-Taqsima 6.3.2, u jsiru ineliġibbli wara dik id-data.

(62)  Espressi bħala tali jew fid-denominazzjonijiet nazzjonali tal-euro.

(63)  Bejn l-2007 u l-2013, hemm fis-seħħ sistema intermedja għall-klejms ta’ kredtu, biex kull BĊN ikun jista’ jagħżel il-limitu minimu għad-daqs tal-klejms ta’ kreditu għal skopijiet tal-kollateral, apparti minn użu transkonfinali, u biex jiġi deċiż jekk ħlas għall-ipproċessar għandux jiġi applikat. Matul l-2013, ser ikun hemm fis-seħħ sistema unifikata sħiħa.

(64)  Klejms ta’ kreditu huma msejħin ukoll bħala self mill-bank. Schuldscheindarlehen u klejms privati reġistrati Olandiżi fuq il-gvern jew debituri eliġibbli oħrajn li huma koperti minn garanzija tal-gvern (eż. assoċjazzjonijiet tad-djar) huma kkunsidrati li huma ekwivalenti għall-klejms ta’ kreditu.

(65)  Kif definit fl-ESA 95.

(66)  Espressa bħala tali jew fid-denominazzjonijiet nazzjonali tal-euro.

(67)  Bħalissa promissory notes sostnuti minn ipoteki Irlandiżi huma l-uniċi strumenti f’din il-klassi ta’ assi.

(68)  Espressa b’tali mod jew fid-denominazzjonijiet nazzjonali tal-euro.

(69)  Fil-każ li kontroparti tuża assi li, minħabba l-identità ma’ emittent/debitur/garanti jew l-eżistenza ta’ rabtiet mill-qrib, m’għandhiex tuża jew tibqa’ tuża aktar biex tikseb kreditu pendenti, tista’ tkun obbligata biex tinnotifika immedjatament il-bank ċentrali nazzjonali rilevanti tagħha. L-assi jiġu vvalutati bħala żero fid-data ta’ validazzjoni li jmiss u tista’ tiġi attivata sejħa marġinali (ara wkoll l-Appendiċi 6). Barra minn dan, il-kontroparti għandha tneħħi l-assi mal-ewwel data possibbli.

(70)  Aktar dettalji qegħdin fit-Taqsima 6.2.1.

(71)  Aktar dettalji qegħdin fit-Taqsima 6.2.2.

(72)  L-istandard tal-kreditu ta’ strumenti ta’ dejn mhux negozzjabbli maħruġin jew iggarantiti minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji huwa ddeterminat fuq il-bażi ta’ sors ta’ valutazzjoni ta’ kreditu magħżul mill-kontroparti rilevanti skont ir-regoli ECAF applikabbli għall-klejms ta’ kreditu, kif jidher fit-Taqsima 6.3.3. Fil-każ ta’ dawn l-istrumenti ta’ dejn negozjabbli, il-kriterji ta’ eliġibbiltà li ġejjin għal assi negozjabbli ġew emendati: post ta’ stabbiliment tal-emittent/garanti: post tal-ħruġ: żona tal-euro.

(73)  L-iskala ta’ klassifika armonizzata tal-Eurosistema hija ppubblikata fis-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu. Valutazzjoni ta’ kreditu pass 3 ta’ kwalità ta’ kreditu tfisser klassifikazzjoni fit-tul minima ta’ “BBB-” minn Fitch jew Standard & Poor’s, ta’ “Baa3” minn Moody, jew ta’ “BBB” minn DBRS.

(74)  Is-CRD tikkomprendi d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u is-segwiment tan-negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulazzjoni) (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1) u d-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-kumpaniji tal-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201).

(75)  “Triple A” tfisser klasifika fit-tul “AAA” minn Fitch, Standard & Poor jew DBRS jew “Aaa” minn Moody jew, jekk din mhux disponibbli, klassifika għal żmien qasir ta’ “F1+” minn Fitch, jew “A-1+” minn Standard & Poor, jew “R-1H” minn DBRS.

(76)  “Single A” tfisser klassifika fit-tul minima ta’ “A-” minn Fitch jew Standard & Poor’s, jew “A30” minn Moody, jew “AL” minn DBRS.

(77)  Jekk diversi valutazzjonijiet tal-ECAI li jistgħu jkunu konfliġġenti huma disponibbli għall-istess persuna li tagħmel il-ħruġ/debitur jew garanti, tiġi applikata r-regola tal-aħjar l-ewwel (jiġifieri l-aħjar valutazzjoni ta’ kreditu tal-ECAI disponibbli).

(78)  L-istandards ta’ kreditu għoli għal bonds tal-bank koperti maħruġin fl-1 ta’ Jannar 2008 jiġu vvalutati fuq il-bażi tas-sett ta’ kriterji msemmijin fuq. Bonds tal-bank koperti maħruġin qabel l-1 ta’ Jannar 2008 jitqiesu li jissodisfaw standards ta’ kreditu għoli jekk jikkonformaw mill-qrib mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva UCITS.

(79)  Dan it-tagħrif huwa ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu.

(80)  Dwar it-tieni valutazzjoni ECAI, il-valutazzjoni ta’ kreditu mal-ħruġ jirriferi għall-valutazzjoni ta’ kreditu meta tinħareġ l-ewwel jew tiġi ppubblikata mill-ECAI.

(81)  Il-bank ċentrali nazzjonali li jirrapporta ċertu assi normalment huwa l-bank ċentrali nazzjonali fejn assi jiġu ammessi għan-negozju/jiġu nnegozjati f’suq aċċettabbli. Fil-każ li assi jiġu ammessi għan-negozju/jiġu nnegozjati fis-swieq multipli, kwalunkwe mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Eligible Assets Hotline tal-BĊE (Eligible-Assets.hotline@ecb.int).

(82)  Listi ta’ entitajiet li jappartjenu lit-tliet klassijiet, kif ukoll kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ emittent, debituri jew garanti fit-tliet klassijiet huma mistennija li jkunu disponibbli, flimkien ma’ links mas-siti elettroniċi rilevanti tal-awtoritjaiet superviżorji nazzjonali, fis-sit elettroniku tal-Committee of European Banking Supervisors [Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej] (CEBS): http://www.c-ebs.org/SD/Rules_AdditionalInformation.htm

(83)  Korporazzjonijiet mhux finanzjarji huma ddefiniti bħall-European Sistem of Accounts 1995 (ESA 95).

(84)  Informazzjoni fuq il-passi tal-kwalità ta’ kreditu hija ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-BĊE f’www.BĊE.europa.eu.

(85)  Fil-każ ta’ assi negozjabbli maħruġin minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji imma li mhumiex ikklassifikati minn ECAI aċċettat, din il-ħtieġa tapplika għall-valutazzjoni ta’ kreditu mill-emittent.

(86)  Jekk diversi valutazzjonijiet tal-ECAI li jistgħu jkunu konfliġġenti huma disponibbli għall-emittent/id-debitur jew il-garanti, tiġi applikata r-regola tal-aħjar l-ewwel (jiġifieri l-aħjar valutazzjoni ta’ kreditu tal-ECAI disponibbli).

(87)  Huwa mistenni li lista ta’ korpi li jappartjenu lit-tliet klassijiet, kif ukoll il-kriterji għall-klassifikazzjoni tal-emittenti, id-debituri jew il-garanti fit-tliet klassijiet tkun disponibbli, flimkien ma links għal sit elettroniċi rilevanti tal-awtoritajiet ta’ supreviżjoni nazzjonali, fis-sit elettroniku tal-EBA f’www.eba.europa.eu.

(88)  Jekk il-kontroparti għażlet ECAI bħala sors ta’ valutazzjoni ta’ kreditu, tista’ tuża r-regola l-aħjar tal-ewwel: jekk valutazzjonijiet ECAI multipli u possibbiliment konfliġenti huma disponibbli għall-istess emittent/debitur jew garanti, tiġi applikata l-aħjar valutazzjoni ta’ kreditu ECAI disponibbli.

(89)  Għal sistemi ta’ valutazzjoni ta’ kreditu speċifiċi, il-livell ta’ kwalità ta’ kreditu jista’ jiġi aġġustat skont il-proċess ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni (ara t-Taqsima 6.3.5).

(90)  Kif speċifikat fl-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema, ippubblikata fis-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu.

(91)  L-Eurosistema tippubblika biss l-informazzjoni flimkien mal-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema u ma tassumi l-ebda responsabbiltà għall-valutazzjoni tagħha tas-sistemi ta’ valutazzjoni ta’ kreditu aċċettat.

(92)  ECAIs huma msejħa komunement bħala aġenziji ta’ klassifika fis-swieq finanzjarji.

(93)  Jekk ikun hemm bżonn, id-dokumentazzjoni elenkata għandha tiġi tradotta f’lingwa tax-xogħol li juża l-BĊN domestiku.

(94)  Il-kriterji ta’ aċċettazzjoni huma elenkati fis-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu.

(95)  Il-kontroparti għandha tinforma lill-fornitur RT minnufih dwar kull każ ta’ kreditu li jista’ jindika deterjorazzjoni tal-kwalità ta’ kreditu.

(*)  PD(i,t) tfisser il-probabbiltà tal-inadempjenza assenjata mis-sistema tal-valutazzjoni ta’ kreditu lil debitur i fil-ħin t

(96)  Minħabba differenzi operattivi ġewwa l-Istati Membri, jista’ jkun hemm xi differenzi f’termini ta’ miżuri ta’ kontroll tar-riskju. Pereżempju, fir-rigward tal-proċeduri għall-kunsinna mill-kontropartijiet ta’ assi sottostanti lill-BĊNi (fil-forma ta’ ġabra ta’ garanziji mirhuna lill-BĊN, jew bħala ftehim ta’ xiri mill-ġdid ibbażati skont assi individwali speċifikati għal kull tranżazzjoni), jista’ jkun hemm differenzi żgħar fir-rigward taż-żmien tal-valutazzjoni u l-karatteristiċi operattivi oħra tal-qafas tal-kuntroll tar-riskju. Barra minn dan, fil-każ ta’ assi mhux negozjabbli, il-preċiżjoni tat-tekniċi ta’ valutazzjoni tista’ tvarja, li hija riflessa fil-livell globali tal-haircuts (ara t-Taqsima 6.4.3).

(97)  Il-livelli ta’ haircuts ta’ valutazzjoni applikati għal strumenti ta’ dejn ta’ kupun fiss japplikaw ukoll għal strumenti ta’ dejn, li l-kupun tagħhom jintrabat ma’ bidla fil-klassifika tal-emittent innifsu jew ma’ bonds indiċjati mal-inflazzjoni.

(98)  B’mod ġenerali, il-klassifika tal-emittent tiddetermina l-kategorija tal-likwidità. Iżda, it-titoli kollha sostnuti minn assi huma inklużi fil-kategorija V, irrispettivament mill-klassifika tal-emittent, u l-bonds tal-bank koperti jumbo huma inklużi fil-kategorija II, filwaqt li bonds tal-bank koperti tradizzjonali, bonds tal-bank koperti oħrajn u strumenti ta’ dejn oħrajn maħruġin mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu huma inklużi fil-kategorija III u IV.

(99)  Ċertifikati ta’ dejn maħruġin mill-BĊE u strumenti ta’ dejn maħruġin mill-BĊNi qabel l-adozzjoni tal-euro fl-Istat Membru rispettiv tagħhom huma inklużi fil-kategorija ta’ likwidità I.

(100)  Strumenti b’volum ta’ ħruġ ta’ mill-inqas EUR 1 biljun biss, li għalihom tal-inqas tliet market-makers jipprovdu offerti regolari u jitolbu stimi, jaqgħu fil-klassi tal-assi ta’ bonds tal-bank koperti jumbo.

(101)  Assi negozjabbli maħruġin biss minn emittenti li jkunu ġew ikklassifikati bħala aġenziji mill-BĊE huma nklużi fil-kategorija ta’ likwidità II. Assi negozjabbli maħruġin minn aġenziji oħrajn huma nklużi fil-kategorija ta’ likwidità III jew IV, skont l-emittent u t-tip tal-assi.

(102)  Bonds tal-bank koperti li ma jikkonformawx mal-UCITS, inklużi kemm bonds tal-bank koperti strutturati u bonds koperti ta’ maħruġin minn emittenti varji huma nklużi fil-kategorija ta’ likwidità III.

(103)  Kupun ta’ ħlas huwa kkunsidrat ħlas ta’ rata varjabbli jekk il-kupun huwa marbut ma’ rata ta’ imgħax ta’ referenza u jekk il-perijodu ta’ risettjar li jikkorrespondi ma’ dan il-kupun ma jkunx ta iżjed minn sena. Ħlasijiet ta’ kupuni li għalihom il-perijodu ta’ risettjar huwa itwal minn sena jiġu ttrattati bħala ħlasijiet b’rata fissa, bil-maturità rilevanti għall-haircut tkun il-maturità reżidwa tal-istrument tad-dejn.

(**)  Titoli individwali sostnuti minn assi, bonds tal-banek koperti (bonds tal-banek koperti jumbo, bonds tal-banek koperti tradizzjonali u bonds tal-banek koperti ohrajn) u bonds tal-banek mhux koperti li teoretikament huma vvalutati skont it-Taqsima 6.5 huma suggetti għal haircut ta’ valutazzjoni addizzjonali. Din il-haircut hija applikata direttament fil-livell ta’ valutazzjoni teoretika tal-istrument ta’ dejn individwali f’forma ta’ tnaqqis ta’ valutazzjoni ta’ 5 %.

(***)  Klassifiki kif speċifikati fl-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema, ippubblikati fis-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu.

(104)  Jekk, fiż-żmien tal-esklużjoni mil-lista ta’ assi negozjabbli eliġibbli, strument ta’ dejn ikun qed jintuża f’operazzjoni ta’ kreditu tal-Eurosistema, ikollu jitneħħa kemm jista jkun malajr.

(105)  Il-haircuts ta’ valutazzjoni applikati lil klejms ta’ kreditu bi ħlasijiet ta’ imgħax b’rata fissa japplikaw ukoll għal klejms ta’ kreditu li l-ħlasjiet ta’ imgħax tagħhom huma marbutin mar-rata ta’ inflazzjoni.

(106)  Il-BĊNi jistgħu jiddeċiedu li ma jaċċettawx strumenti ta’ dejn bi fluss ta’ dħul (eż. ħlas ta’ kupun) li jseħħ fil-perijodu sad-data tal-maturità tal-operazzjoni tal-politika monetarja bħala assi sottostanti fi tranżazzjonijiet irriversjati (ara t-Taqsima 6.2.3).

(107)  Id-dettalji jinsabu f’fuljett bl-isem “Correspondent central banking model procedure for Eurosystem counterparties [Mudell tal-proċedura tas-sistema bankarja korrispondenti għall-kontropartijiet tal-Eurosistema] (CCBM)”, li huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu.

(108)  Assi eliġibbli jistgħu jintużaw permezz ta’ kont ta’ bank ċentrali f’SSS li jkun jinsab f’pajjiż li ma jkunx dak tal-bank ċentrali inkwistjoni jekk l-Eurosistema tkun approvat l-użu ta’ dak il-kont. Mill-1999, De Nederlandsche Bank ġie awtorizzat li juża l-kont tiegħu ma’ Euroclear Belgium biex jirregola tranżazzjonijiet kollaterali f’Eurobonds maħruġin f’dik l-ICSD. Sa minn Awwissu 2000, il-Bank Ċentrali tal-Irlanda kien ġie awtorizzat li jiftaħ kont bħal dak ma’ Euroclear. Dan il-kont jista’ jintuża għall-assi eliġibbli kollha miżmuma fil-Euroclear, jiġifieri inklużi assi eliġibbli trasferiti lil-Euroclear permezz ta’ rabtiet eliġibbli.

(109)  Id-dettalji jinsabu f’fuljett bl-isem “Correspondent central banking model procedure for Eurosystem counterparties [Mudell tal-proċedura tas-sistema bankarja korrispondenti għall-kontropartijiet tal-Eurosistema] (CCBM)”, li huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu.

(110)  Id-dettalji jinsabu f’fuljett bl-isem “Correspondent central banking model procedure for Eurosystem counterparties [Mudell tal-proċedura tas-sistema bankarja korrispondenti għall-kontropartijiet tal-Eurosistema] (CCBM)”, li huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu.

(111)  Rabta bejn żewġ SSSs tikkonsisti minn sett ta’ proċeduri u arranġamenti għat-trasferiment transkonfinali ta’ titoli permezz ta’ proċess ta’ dħul fil-kotba. Rabta għandha l-forma ta’ kont omnibus miftuħ minn SSS (l-investitur SSS) f’SSS ieħor (emittent SSS). Rabta diretta timplika li ma jeżisti l-ebda intermedju bejn iż-żewġ SSSs. Rabtiet mgħoddija bejn SSSs jistgħu jintużaw ukoll għal trasferiment transkonfinali ta’ titoli lill-Eurosistema. Rabta mgħoddija hija arranġament tekniku u kuntrattwali li jippermetti żewġ SSSs mhux konnessi direttament ma’ xulxin biex ikunu jistgħu jiskambjaw tranżazzjonijiet ta’ titoli jew trasferimenti permezz ta’ SSS terz li jaġixxi bħala intermedju.

(112)  Il-lista aġġornata ta’ rabtiet eliġibbli tinstab fis-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu.

(113)  Ara l-pubblikazzjoni bl-isem “Standards for the use of EU securities settlement systems in SEBĊ credit operations” [Standards għall-użu ta’ sistemi ta’ saldu ta’ titoli tal-UE], European Monetary Institute, Jannar 1998, fis-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu.

(114)  Il-kontenut ta’ dan il-Kapitolu huwa pprovdut biss għall-finijiet ta’ informazzjoni.

(115)  Il-listi huma disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu.

(116)  Il-qafas ta’ rappurtar għall-istatistika monetarja u bankarja tal-BĊE huwa presentat fl-Appendiċi 4.

(117)  Ara r-Regolament BĊE/2003/9. Aktar informazzjoni dwar il-proporzjon ta’ tnaqqis standardizzat jista’ jinstab fuq is-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu, kif ukoll fuq is-siti elettroniċi tal-Eurosistema (ara l-Appendiċi 5).

(118)  Għal istituzzjonijiet li huma permessi li jirrapportaw id-dejta statistika bħala grupp fuq bażi aggregata skont id-dispożizzjonijiet tal-qafas għar-rappurtar tal-istatistika monetarja u bankarja tal-BĊE (ara l-Appendiċi 4), għandha tingħata konċessjoni waħda biss bħal dik lill-grupp kollu kemm hu, sakemm l-istituzzjonijiet ma jipprovdux dejta dwar il-bażi tar-riżervi u investimenti ta’ riżerva b’mod suffiċjentement dettaljat li jkun jippermetti li l-Eurosistema tivverifika l-eżattezza u l-kwalità tagħhom u li tistabbilixxi l-ħtiġijiet rispettiv tar-riżervi ta’ kull istituzzjoni individwali inkluża fil-grupp.

(****)  Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2008/32) (ĠU L 15, 20.1.2009, p. 14) espliċitament jeħtieġ ir-rappurtar ta’ passiv fid-depożiti f’valur nominali. Valur nominali jfisser l-ammont ta’ kapital li debitur huwa obbligat kuntrattwalment li jħallas lil kreditur. Din l-emenda kienet saret meħtieġa għaliex id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1) giet emendata fis-sens li ċerti strumenti finanzjarji jistgħu jkollhom prezz gust.

(119)  Il-kalendarju huwa normalment imħabbar fi stqarrija għall-istampa tal-BĊE, li tinsab fis-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu. Barra minn dan, kalendarju bħal dan jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-siti elettroniċi tal-Eurosistema (ara l-Appendiċi 5).

(120)  Jekk istituzzjoni ma jkollhiex uffiċċju prinċipali fi Stat Membru li fih tkun stabbilita, għandha tinnomina fergħa prinċipali li allura tkun responsabbli biex tikkonforma mal-aggregat tar-riżervi minimi tal-istabbilimenti kollha tal-istituzzjoni fl-Istat Membru relevanti.

(121)  Dawn il-kriterji ġew ippubblikati f’avviż bl-isem “Notice of the European Central Bank on the imposition of sanctions for breaches of the obligation to hold minimum reserves” [Avviż tal-Bank Ċentrali Ewropew fuq l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet għall-ksur tal-obbligu biex jinżammu riżervi minimi] (ĠU C 39, 11.2.2000, p. 3)

Appendiċi 1

EŻEMPJI TA’ OPERAZZJONIJIET TAL-POLITIKA MONETARJA U PROĊEDURI

Lista ta’ eżempji

Eżempju 1

Tranżazzjoni rriversjata li tipprovdi likwidità permezz ta’ sejħa għal offerti b’rata fissa

Eżempju 2

Tranżazzjoni rriversjata li tipprovdi likwidità permezz ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli

Eżempju 3

Ħruġ ta’ ċertifikati tad-dejn tal-BĊE permezz ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli

Eżempju 4

Swap ta’ kambju barrani li jassorbi l-likwidità permezz ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli

Eżempju 5

Swap ta’ kambju barrani li jipprovdi l-likwidità permezz ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli

Eżempju 6

Miżuri għall-kontroll tar-riskju

EŻEMPJU 1

Tranżazzjoni rriversjata li tipprovdi likwidità permezz ta’ sejħa għal offerti b’rata fissa

Il-BĊE jiddeċiedi li jipprovdi likwidità lis-suq permezz ta’ tranżazzjoni rriversjata organizzata bi proċedura ta’ sejħa għal offerti b’rata fissa.

Tliet kontropartijiet jissottomettu l-offerti li ġejjin:

(f'EUR miljuni)

Kontroparti

Offerta

Bank 1

30

Bank 2

40

Bank 3

70

Total

140

Il-BĊE jiddeċiedi li jalloka total ta’ EUR 105 miljuni.

Il-persentaġġ ta’ allokazzjoni huwa:

Formula

L-allokazzjoni lill-kontropartijiet hija:

(f'EUR miljuni)

Kontroparti

Offerta

Allokazzjoni

Bank 1

30

22,5

Bank 2

40

30,0

Bank 3

70

52,5

Total

140

105,0

EŻEMPJU 2

Tranżazzjoni rriversjata li tipprovdi likwidità permezz ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli

Il-BĊE jiddeċiedi li jipprovdi likwidità lis-suq permezz ta’ tranżazzjoni rriversjata organizzata bi proċedura ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli.

Tliet kontropartijiet jissottomettu l-offerti li ġejjin:

Rata ta’ imgħax (%)

Ammont (EUR miljuni)

Bank 1

Bank 2

Bank 3

Offerti totali

Offerti kumulattivi

3,15

 

 

 

0

0

3,10

 

5

5

10

10

3,09

 

5

5

10

20

3,08

 

5

5

10

30

3,07

5

5

10

20

50

3,06

5

10

15

30

80

3,05

10

10

15

35

115

3,04

5

5

5

15

130

3,03

5

 

10

15

145

Total

30

45

70

145

 

Il-BĊE jiddeċiedi li jalloka EUR 94 miljun, bl-implikazzjoni ta’ rata ta’ imgħax marġinali ta’ 3,05 %.

L-offerti kollha ’l fuq minn 3,05 % (għal ammont kumulattiv ta’ EUR 80 miljun) huma sodisfatti kollha. B’persentaġġi ta’ 3,05 % l-allokazzjoni hija:

Formula

L-allokazzjoni għall-Bank 1 bir-rata ta’ imgħax marġinali hija, per eżempju:

0,4 × 10 = 4

L-allokazzjoni totali għall-Bank 1 hija:

5 + 5 + 4 = 14

Ir-riżultati tal-allokazzjoni jistgħu jingħadu fil-qosor skont kif ġej:

(f'EUR miljuni)

Kontropartijiet

Ammont

Bank 1

Bank 2

Bank 3

Total

Offerti totali

30,0

45,0

70,0

145

Allokazzjoni totali

14,0

34,0

46,0

94

Jekk il-proċedura ta’ allokazzjoni ssegwi rkant (Olandiż) b’rata waħda, ir-rata ta’ imgħax applikata lill-ammonti allokati lill-kontropartijiet hija 3,05 %.

Jekk il-proċedura ta’ allokazzjoni ssegwi rkant (Amerikan) b’rata multipla, l-ebda rata ta’ imgħax waħda ma tiġi applikata għall-ammonti allokati lill-kontropartijiet; pereżempju, Bank 1 jirċievi EUR 5 miljuni bi 3,07 %, EUR 5 miljuni bi 3,06 % u EUR 4 miljuni bi 3,05 %.

EŻEMPJU 3

Ħruġ ta’ ċertifikati tad-dejn tal-BĊE permezz ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli

Il-BĊE jiddeċiedi li jassorbi likwidità mis-suq bill-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn bl-użu ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli.

Tliet kontropartijiet jissottomettu l-offerti li ġejjin:

Rata ta’ imgħax (%)

Ammont (EUR miljuni)

Bank 1

Bank 2

Bank 3

Total

Offerti kumulattivi

3,00

 

 

 

0

0

3,01

5

 

5

10

10

3,02

5

5

5

15

25

3,03

5

5

5

15

40

3,04

10

5

10

25

65

3,05

20

40

10

70

135

3,06

5

10

10

25

160

3,08

5

 

10

15

175

3,10

 

5

 

5

180

Total

55

70

55

180

 

Il-BĊE jiddeċiedi li jalloka ammont nominali ta’ EUR 124,5 miljun, bl-implikazzjoni ta’ rata ta’ imgħax marġinali ta’ 3,05 %.

L-offerti kollha taħt 3,05 % (għal ammont kumulattiv ta’ EUR 65 miljun) huma sodisfatti kollha. B’persentaġġ ta’ 3,05 % l-allokazzjoni hija:

Formula

L-allokazzjoni għall-Bank 1 bir-rata ta’ imgħax marġinali hija, per eżempju:

0,85 × 20 = 17

L-allokazzjoni totali għall-Bank 1 hija:

5 + 5 + 5 + 10 + 17 = 42

Ir-riżultati tal-allokazzjoni jistgħu jingħadu fil-qosor skont kif ġej:

(f’EUR miljuni)

Kontropartijiet

Ammont

Bank 1

Bank 2

Bank 3

Total

Offerti totali

55,0

70,0

55,0

180,0

Allokazzjoni totali

42,0

49,0

33,5

124,5

EŻEMPJU 4

Swap ta’ kambju barrani li jassorbi l-likwidità permezz ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli

Il-BĊE jiddeċiedi li jassorbi likwidità mis-suq billi jeżegwixxi swap ta’ kambju barrani fuq ir-rata EUR/USD premezz ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli. (Nota: L-euro huwa nnegozjat bi premium f’dan l-eżempju.)

Tliet kontropartijiet jissottomettu l-offerti li ġejjin:

Punti ta’ swap

(× 10 000 )

Ammont (EUR miljuni)

Bank 1

Bank 2

Bank 3

Total

Offerti kumulattivi

6,84

 

 

 

0

0

6,80

5

 

5

10

10

6,76

5

5

5

15

25

6,71

5

5

5

15

40

6,67

10

10

5

25

65

6,63

25

35

40

100

165

6,58

10

20

10

40

205

6,54

5

10

10

25

230

6,49

 

5

 

5

235

Total

65

90

80

235

 

Il-BĊE jiddeċiedi li jalloka EUR 158 miljun euro, bl-implikazzjoni ta’ 6,63 punti ta’ swap marġinali. L-offerti kollha ’l fuq minn 6,63 % (għal ammont kumulattiv ta’ EUR 65 miljun) huma sodisfatti kollha. B’6,63 il-persentaġġ ta’ allokazzjoni huwa:

Formula

L-allokazzjoni għall-Bank 1 bil-punti marġinali ta’ swap hija, per eżempju:

0.93 × 25 = 23,25

L-allokazzjoni totali għall-Bank 1 hija:

5 + 5 + 5 + 10 + 23,25 = 48,25

Ir-riżultati tal-allokazzjoni jistgħu jingħadu fil-qosor skont kif ġej:

(f’EUR miljuni)

Kontropartijiet

Ammont

Bank 1

Bank 2

Bank 3

Total

Offerti totali

65,0

90,0

80,0

235,0

Allokazzjoni totali

48,25

52,55

57,20

158,0

Il-BĊE jiffissa r-rata tal-kambju fil-mument EUR/USD għall-operazzjoni f’1,1300.

Jekk il-proċedura ta’ allokazzjoni ssegwi rkant (Olandiż) b’rata waħda, fid-data tal-bidu tal-operazzjoni l-Eurosistema tixtri EUR 158 000 000 miljun u tbiegħ USD 158 000 000. Fid-data tal-maturità tal-operazzjoni, l-Eurosistema tixtri EUR 158 000 000 u tbiegħ USD 178 644 754 (ir-rata tal-kambju bil-quddiem hija 1,130663 = 1.1300 + 0,000663).

Jekk il-proċedura ta’ allokazzjoni ssegwi rkant (Amerikan) ta’ rata multipla, l-Eurosistema tiskambja l-ammonti ta’ euro u dollari Amerikani kif jidher fit-tabella li ġejja:

Tranżazzjoni tal-mument

Tranżazzjoni bil-quddiem

Rata tal-iskambju

Ixtri EUR

Biegħ USD

Rata tal-kambju

Biegħ EUR

Ixtri USD

1,1300

 

 

1,130684

 

 

1,1300

10 000 000

11 300 000

1,130680

10 000 000

11 306 800

1,1300

15 000 000

16 950 000

1,130676

15 000 000

16 960 140

1,1300

15 000 000

16 950 000

1,130671

15 000 000

16 960 065

1,1300

25 000 000

28 250 000

1,130667

25 000 000

28 266 675

1,1300

93 000 000

105 090 000

1,130663

93 000 000

105 151 659

1,1300

 

 

1,130658

 

 

1,1300

 

 

1,130654

 

 

1,1300

 

 

1,130649

 

 

Total

158 000 000

178 540 000

 

158 000 000

178 645 339

EŻEMPJU 5

Swap ta’ kambju barrani li jipprovdi l-likwidità permezz ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli

Il-BĊE jiddeċiedi li jipprovdi likwidità lis-suq billi jeżegwixxi swap ta’ kambju barrani fuq ir-rata EUR/USD premezz ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli. (Nota: L-euro huwa nnegozjat bi premium f’dan l-eżempju.)

Tliet kontropartijiet jissottomettu l-offerti li ġejjin:

Punti ta’ swap

(× 10 000 )

Ammont (EUR miljuni)

Bank 1

Bank 2

Bank 3

Total

Offerti kumulattivi

6,23

 

 

 

 

 

6,27

5

 

5

10

10

6,32

5

 

5

10

20

6,36

10

5

5

20

40

6,41

10

10

20

40

80

6,45

20

40

20

80

160

6,49

5

20

10

35

195

6,54

5

5

10

20

215

6,58

 

5

 

5

220

Total

60

85

75

220

 

Il-BĊE jiddeċiedi li jalloka EUR 197 miljun euro, bl-implikazzjoni ta’ 6,54 punti ta’ swap marġinali. L-offerti kollha taħt 6,54 (għal ammont kumulattiv ta’ EUR 195 miljun) huma sodisfatti kollha. B’6,54 il-persentaġġ ta’ allokazzjoni huwa:

Formula

L-allokazzjoni għall-Bank 1 bil-punti marġinali ta’ swap hija. per eżempju:

0,10 × 5 = 0,5

L-allokazzjoni totali għall-Bank 1 hija:

5 + 5 + 10 + 10 + 20 + 5 + 0,5 = 55,5

Ir-riżultati tal-allokazzjoni jistgħu jingħadu fil-qosor skont kif ġej:

(f’EUR miljuni)

Kontropartijiet

Ammont

Bank 1

Bank 2

Bank 3

Total

Offerti totali

60,0

85,0

75,0

220

Allokazzjoni totali

55,5

75,5

66,0

197

Il-BĊE jiffissa r-rata tal-kambju fil-mument EUR/USD għall-operazzjoni f’1,1300.

Jekk il-proċedura ta’ allokazzjoni ssegwi rkant (Olandiż) b’rata waħda, fid-data tal-bidu tal-operazzjoni l-Eurosistema tbiegħ EUR 197 000 000 miljun u tixtri USD 222 610 000. Fid-data tal-maturità tal-operazzjoni, l-Eurosistema tixtri EUR 197 000 000 u tbiegħ USD 2 226 738 838 (ir-rata tal-kambju bil-quddiem hija 1,130654 = 1,1300 + 0,000654).

Jekk il-proċedura ta’ allokazzjoni ssegwi rkant (Amerikan) ta’ rata multipla. l-Eurosistema tiskambja l-ammonti ta’ euro u dollari US kif jidher fit-tabella li ġejja:

Tranżazzjoni fil-mument

Tranżazzjoni bil-quddiem

Rata tal-iskambju

Biegħ EUR

Ixtri USD

Rata tal-kambju

Ixri EUR

Biegħ USD

1,1300

 

 

1,130623

 

 

1,1300

10 000 000

11 300 000

1,130627

10 000 000

11 306 270

1,1300

10 000 000

11 300 000

1,130632

10 000 000

11 306 320

1,1300

20 000 000

22 600 000

1,130636

20 000 000

22 612 720

1,1300

40 000 000

45 200 000

1,130641

40 000 000

45 225 640

1,1300

80 000 000

90 400 000

1,130645

80 000 000

90 451 600

1,1300

35 000 000

39 550 000

1,130649

35 000 000

39 572 715

1,1300

2 000 000

2 260 000

1,130654

2 000 000

2 261 308

1,1300

 

 

1,130658

 

 

Total

197 000 000

222 610 000

 

197 000 000

222 736 573

EŻEMPJU 6

Miżuri għall-kontroll tar-riskju

Dan l-eżempju juri l-qafas tal-kontrol tar-riskju applikat għall-assi sottostanti użati fl-operazzjonijiet li jipprovdu likwidità tal-Eurosistema (1). L-eżempju huwa bbażat fuq l-assunzjoni li kontroparti tipparteċipa fl-operazzjonijiet ta’ politika monetarja tal-Eurosistema li ġejjin:

(a)

operazzjoni ta’ rifinanzjament ewlenija li bdiet fit-28 ta’ Lulju 2004 u spiċċat fl-4 ta’ Awwissu 2004 fejn il-kontroparti hija allokata EUR 50 miljun b’rata ta’ imgħax ta’ 4,24 %;

(b)

ooperazzjoni ta’ rifinanzjament fit-tul li bdiet fid-29 ta’ Lulju 2004 u spiċċat fil-21 ta’ Ottubru 2004 fejn il-kontroparti hija allokata EUR 45 miljun b’rata ta’ imgħax ta’ 4,56 %; u

(c)

operazzjoni ta’ rifinanzjament ewlenija li bdiet fl-4 ta’ Awwissu 2004 u spiċċat fil-11 ta’ Awwissu 2004 fejn il-kontroparti hija allokata EUR 35 miljun b’rata ta’ imgħax ta’ 4,26 %.

Il-karatteristiċi tal-assi negozjabbli sottostanti użati mill-kontroparti biex ikopru dawn l-operazzjonijiet huma speċifikat fit-Tabella 1 hawn taħt.

Tabella 1

Assi negozjabbli sottostanti użati fit-tranżazzjonijiet

Karatterisitiċi

Isem

Klassi tal-assi

Data ta’ maturità

Definizzjoni tal-kupun

Frekwenza tal-kupun

Maturità reżidwa

Haircut

Assi A

Bond tal-bank kopert jumbo

30.8.2008

Rata fissa

6 xhur

4 snin

3,50  %

Assi B

Bond tal-gvern ċentrali

19.11.2008

Rata varjabbli

12-il xahar

4 snin

0,50  %

Assi C

Bond ta’ kumpannija

12.5.2015

Rata kupun żero

 

> 10 snin

15,00  %

Prezzijiet f’persentaġġi (inkluż imgħax akkumulat)  (*)

28.7.2004

29.7.2004

30.7.2004

2.8.2004

3.8.2004

4.8.2004

5.8.2004

102,63

101,98

100,55

101,03

100,76

101,02

101,24

 

98,35

97,95

98,15

98,56

98,73

98,57

 

 

 

 

 

55,01

54,87

SISTEMA TA’ RIŻERVA

L-ewwel nett għandu jiġi assunt li t-tranżazzjonijiet jitwettqu ma’ BĊN li juża sistema fejn l-assi sottostanti huma riżervati għal kull tranżazzjoni. Il-valutazzjoni tal-assi sottostanti titwettaq fuq bażi ta’ kull jum. Il-qafas tal-kontroll tar-riskju jista’ mbagħad jiġi deskritt kif ġej (ara wkoll Tabella 2 hawn taħt):

1.

Fit-28 ta’ Lulju 2004, il-kontroparti tidħol fi tranżazzjoni ta’ xiri mill-ġdid ma’ BĊN, li jixtri EUR 50,6 miljun ta’ Assi A. Assi A hija bond tal-bank kopert jumbo b’kupun fiss li jimmatura fit-30 ta’ Awwissu 2008. Għalhekk għandu maturità reżidwa ta’ erba’ snin biex b’hekk ikun meħtieġ haircut ta’ valutazzjoni ta’ 3,5 %. Il-prezz tas-suq ta’ Assi A fis-suq ta’ referenza tiegħu f’dak il-jum huwa 102,63 %. li jinkludi l-imgħax akkumulat fuq il-kupun. Il-kontroparti hija meħtieġa tipprovdi ammont ta’ Assi A, li – wara t-tnaqqis tal-haircut ta’ valutazzjoni tat-3,5 % – jaqbeż l-ammont allokat ta’ EUR 50 miljun. Il-kontroparti għalhekk tikkonsenja Bond A għal ammont nominali ta’ EUR 50,6 miljun, li l-valur tas-suq aġġustat huwa ta’ EUR 50 113 203 f’dak il-jum.

2.

Fid-29 ta’ Lulju 2004, il-kontroparti tidħol fi tranżazzjoni ta’ xiri mill-ġdid mal-BĊN, li tixtri EUR 21 miljun ta’ Assi A (prezz tas-suq 101,98 %, haircut ta’ valutazzjoni 3,5 %) u EUR 25 miljun ta’ Assi B (prezz tas-suq 98,35 %). L-Assi B huwa b’bond tal-gvern ċentrali b’ħlasijiet ta’ kupun b’rata varjabbli, li għaliha tiġi applikata haircut ta’ valutazzjoni ta’ 0,5 %. Il-valur tas-suq aġġustat tal-Assi A u l-Assi B f’dak il-jum huwa EUR 45 130 810, biex b’hekk jinqabeż l-ammont meħtieġ ta’ EUR 45 000 000.

Fid-29 ta’ Lulju 2004, jiġu valutati mill-ġdid l-assi sottostanti l-operazzjoni ta’ rifinanzjament ewlenija li bdiet fit-28 ta’ Lulju 2004. B prezz tas-suq ta’ 101,98 %. il-valur tas-suq aġġustat bil-haircut ta’ Assi A għadu bejn l-ammonti ta’ attivazzjoni ta’ isfel u ta’ fuq. Il-kollateral mirhun inizjalment huwa għaldaqstant ikkunsidrat biex jipprovdi kemm għall-ammont inizjali ta’ likwidità pprovdut u l-imgħax akkumulat li jammonta għal EUR 5 889.

3.

Fit-30 ta’ Lulju 2004 l-assi sottostanti huma valutati mill-ġdid: il-prezz tas-suq ta’ Assi A huwa 100,55 % u l-prezz tas-suq tal-Assi B huwa 97,95 %. Imgħax akkumulat jammonta għal EUR 11 778 fuq l-operazzjoni ta’ rifinanzjament ewlenija li bdiet fit-28 ta’ Lulju 2004 u EUR 5 700 fuq operazzjoni ta’ rifinanzjment fit-tul li bdiet fid-29 ta’ Lulju 2004. Bħala riżultat, il-valur tas-suq aġġustat tal-Assi A fl-ewwel tranżazzjoni jaqa’ taħt l-ammont tat-tranżazzjoni li għandu jiġi kopert (jiġifieri l-likwidità pprovduta flimkien mal-imgħax akkumulat) b’EUR 914 218. imma wkoll taħt il-livell ta’ attivazzjoni ta’ EUR 49 761 719. Il-kontroparti tikkonsenja EUR 950 000 tal-Assi A f’termini ta’ valur nominali, li – wara t-tnaqqis ta’ haircut ta’ 3,5 % mill-valur tas-suq ibbażat fuq prezz ta’ 100,55 % – jerġa’ jipprovdi biżżejjed kopertura kollaterali (2).

Sejħa ta’ marġni hija meħtieġa wkoll fit-tieni tranżazzjoni billi l-valur tas-suq aġġustat tal-assi sottostanti użati f’din it-tranżazzjoni (EUR 44 741 520) huwa taħt il-livell ta’ attivazzjoni (EUR 44 780 672). Għalhekk il-kontroparti tipprovdi EUR 270 000 tal-Assi B b’valur tas-suq aġġustat ta’ EUR 263 143.

4.

Fit-2 u t-3 ta’ Awwissu, l-assi sottostanti huma vvalutati mill-ġdid, mingħajr ma jirriżultaw f’sejħa ta’ marġni għal tranżazzjonijiet eżegwiti fit-28 u d-29 ta’ Lulju 2004.

5.

Fl-4 ta’ Awwissu, il-kontroparti tħallas il-likwidità provduta taħt l-operazzjoni ta’ rifinanzjament ewlenija li bdiet fit-28 ta’ Lulju 2004, inkluż l-imgħax akkumulat ta’ EUR 41 222. Il-BĊN jagħti lura EUR 51 550 000 ta’ Assi A f’valur nominali.

Fl-istess jum il-kontroparti teżegwixxi tranżazzjoni ta’ xiri mill-ġdid għal darb’oħra mal-BĊN, li jixtri EUR 75 miljun ta’ Assi C f’termini ta’ valur nominali. Billi Assi C huwa bond tal-kumpanniji kupun żero b’maturità reżidwa ta’ aktar minn għaxar snin li teħtieġ haircut ta’ valutazzjoni ta’ 15 %, il-valur tas-suq aġġustat b’haircut korrispondenti f’dak il-jum huwa ta’ EUR 35 068 875.

Il-valutazzjoni mill-ġdid tal-assi sottostanti l-operazzjoni ta’ rifinanzjament fit-tul li bdiet fid-29 ta’ Lulju 2004 turi li l-valur tas-suq aġġustat tal-assi pprovdut jaqbeż il-livell ta’ attivazzjoni ta’ fuq minn bejn wieħed u ieħor EUR 262 000 u jwassal għall-BĊN li jagħti lura EUR 262 000 tal-Assi B fil-valur nominali tal-kontroparti (3).

SISTEMA TA’ GRUPPI

It-tieni nett, wieħed jassumi li t-tranżazzjonijiet kollha jitwettqu ma’ BĊN li juża sistema ta’ gruppi. L-assi inklużi fil-grupp ta’ assi użati mill-kontroparti mhumiex riżervati għal tranżazzjonijiet speċifiċi.

L-istess sistema ta’ tranżazzjonijiet hija użata f’dan l-eżempju bħal l-eżempju ta’ hawn fuq li juri sistema ta’ riżerva. Id-differenza prinċipali hija li, fid-dati tar-rivalutazzjoni, il-valur tas-suq aġġustat tal-assi kollha fil-grupp għandu jkopri l-ammont totali tal-operazzjonijiet pendenti kollha tal-kontroparti mal-BĊN. Is-sejħa ta’ marġni ta’ EUR 1 178 398 li seħħet fit-30 ta’ Lulju 2004 hija identika f’dan l-eżempju ma’ dik meħtieġa fil-każ tas-sistema ta’ riżerva. Il-kontroparti tikkonsenja EUR 1 300 000 ta’ Assi A f’termini ta’ valur nominali, li, wara t-tnaqqis ta’ haircut ta’ 3,5 % mill-valur tas-suq ibbażat fuq prezz ta’ 100,55 %, jagħti lura kopertura kollaterali suffiċjenti.

Barra minn hekk, fl-4 ta’ Awwissu 2004, meta l-operazzjoni ta’ rifinanzjament ewlenija magħmula fit-28 ta’ Lulju 2004 timmatura, il-kontroparti tista’ żżomm l-assi fil-kont ta’ rahan tagħha. Assi jistgħu jinbidlu ma’ assi oħrajn kif jidher fl-eżempju, fejn EUR 51,9 miljun ta’ Assi A f’valur nominali jinbidlu b’EUR 75,5 miljun ta’ Assi C f’valur nominali biex tiġi koperta l-likwidità u l-imgħax akkumulat taħt operazzjonijiet ta’ rifinanzjament.

Il-qafas tal-kontroll tar-riskju fis-sistema ta’ gruppi huwa deskritt fit-Tabella 3.

Tabella 2

Sistema ta’ riżerva

Data

Tranżazzjonijiet pendenti

Data ta’ bidu

Data tat-tmiem

Rata ta’ imgħax

Likwidità provduta

Imgħax akkumulat

Ammont totali biex jiġi kopert

Ammont ta’ attivazzjoni ta’ isfel

Ammont ta’ attivazzjoni ta’ fuq

Valur tas-suq aġġustat

Sejħa ta’ marġni

28.7.2004

Rifinanzjament ewlieni

28.7.2004

4.8.2004

4,24

50 000 000

50 000 000

49 750 000

50 250 000

50 113 203

29.7.2004

Rifinanzjament ewlieni

28.7.2004

4.8.2004

4,24

50 000 000

5 889

50 005 889

49 755 859

50 255 918

49 795 814

Rifinanzjament fuq żmien itwal

29.7.2004

27.10.2004

4,56

45 000 000

45 000 000

44 775 000

45 225 000

45 130 810

30.7.2004

Rifinanzjament ewlieni

28.7.2004

4.8.2004

4,24

50 000 000

11 778

50 011 778

49 761 719

50 261 837

49 097 560

– 914 218

Rifinanzjament fuq żmien itwal

29.7.2004

27.10.2004

4,56

45 000 000

5 700

45 005 700

44 780 672

45 230 729

44 741 520

– 264 180

2.8.2004

Rifinanzjament ewlieni

28.7.2004

4.8.2004

4,24

50 000 000

29 444

50 029 444

49 779 297

50 279 592

50 258 131

Rifinanzjament fuq żmien itwal

29.7.2004

27.10.2004

4,56

45 000 000

22 800

45 022 800

44 797 686

45 247 914

45 152 222

3.8.2004

Rifinanzjament ewlieni

28.7.2004

4.8.2004

4,24

50 000 000

35 333

50 035 333

49 785 157

50 285 510

50 123 818

Rifinanzjament fuq żmien itwal

29.7.2004

27.10.2004

4,56

45 000 000

28 500

45 028 500

44 803 358

45 253 643

45 200 595

4.8.2004

Rifinanzjament ewlieni

4.8.2004

11.8.2004

4,26

35 000 000

35 000 000

34 825 000

35 175 000

35 068 875

Rifinanzjament fuq żmien itwal

29.7.2004

27.10.2004

4,56

45 000 000

34 200

45 034 200

44 809 029

45 259 371

45 296 029

261 829

5.8.2004

Rifinanzjament ewlieni

4.8.2004

11.8.2004

4,26

35 000 000

4 142

35 004 142

34 829 121

35 179 162

34 979 625

Rifinanzjament fuq żmien itwal

29.7.2004

27.10.2004

4,56

45 000 000

39 900

45 039 900

44 814 701

45 265 100

45 043 420


Tabella 3

Sistema ta’ gruppi

Data

Tranżazzjonijiet pendenti

Data ta’ bidu

Data ta’ tmiem

Rata ta’ imgħax

Likwidità provduta

Imgħax akkumulat

Ammont totali li għandu jiġi kopert

Ammont ta’ attivazzjoni ta’ isfel (**)

Ammont ta’ attivazzjoni ta’ fuq (***)

Valur tas-suq aġġustat

Sejħa ta’ marġni

28.7.2004

Rifinanzjament ewlieni

28.7.2004

4.8.2004

4,24

50 000 000

50 000 000

49 750 000

Ma japplikax

50 113 203

29.7.2004

Rifinanzjament ewlieni

28.7.2004

4.8.2004

4,24

50 000 000

5 889

95 005 889

94 530 859

Ma japplikax

94 926 624

Rifinanzjament fuq żmien itwal

29.7.2004

27.10.2004

4,56

45 000 000

 

 

 

 

 

30.7.2004

Rifinanzjament ewlieni

28.7.2004

4.8.2004

4,24

50 000 000

11 778

95 017 478

94 542 390

Ma japplikax

93 839 080

–1 178 398

Rifinanzjament fuq żmien itwal

29.7.2004

27.10.2004

4,56

45 000 000

5 700

 

 

 

 

 

2.8.2004

Rifinanzjament ewlieni

28.7.2004

4.8.2004

4,24

50 000 000

29 444

95 052 244

94 576 983

Ma japplikax

95 487 902

Rifinanzjament fuq żmien itwal

29.7.2004

27.10.2004

4,56

45 000 000

22 800

 

 

 

 

 

3.8.2004

Rifinanzjament ewlieni

28.7.2004

4.8.2004

4,24

50 000 000

35 333

95 063 833

94 588 514

Ma japplikax

95 399 949

Rifinanzjament fuq żmien itwal

29.7.2004

27.10.2004

4,56

45 000 000

28 500

 

 

 

 

 

4.8.2004

Rifinanzjament ewlieni

4.8.2004

11.8.2004

4,26

35 000 000

80 034 200

79 634 029

Ma japplikax

80 333 458

Rifinanzjament fuq żmien itwal

29.7.2004

27.10.2004

4,56

45 000 000

34 200

 

 

 

 

 

5.8.2004

Rifinanzjament ewlieni

4.8.2004

11.8.2004

4,26

35 000 000

4 142

80 044 042

79 643 821

Ma japplikax

80 248 396

Rifinanzjament fuq żmien itwal

29.7.2004

27.10.2004

4,56

45 000 000

39 900

 

 

 

 

 


(1)  L-eżempju huwa bbażat fuq l-assunzjoni li, fil-kalkolu għal ħtieġa ta’ sejħa marġinali, għandu jitqies l-imgħax akkumulat fuq il-likwidità provduta u huwa applikat punt ta’ attivazzjoni ta’ 0,5 % tal-likwidità provduta.

(*)  Il-prezzijiet murija għal data ta’ valutazzjoni speċifika jikkorrespondu mal-prezz l-aktar rappreżentattiv fil-jum tan-negozju ta’ qabel din id-data ta’ valutazzjoni.

(2)  Il-BĊNi jistgħu jwettqu sejħiet ta’ marġni fi flus kontanti pjuttost milli f’titoli.

(3)  Jekk il-marġni kellu jitħallas lill-kontroparti mill-bank ċentrali nazzjonali fir-rigward tat-tieni tranżazzjoni, marġni bħal dak seta’, f’ċerti każijiet, jingħata valur nett bil-marġni mħallas lill-bank ċentrali nazzjonali mill-kontroparti fir-rigward tal-ewwel tranżazzjoni. Bħala riżultat, ikun hemm bis saldu ta’ marġni wieħed.

(**)  F’sistema ta’ gruppi, l-ammont ta’ attivazzjoni ta’ isfel huwa l-limitu l-aktar baxx għal sejħiet ta’ marġni. Fil-prattika l-maġġoranza ta’ banek ċentrali nazzjonali jeħtieġu kollateral addizzjonali kull meta l-valur tas-suq aġġustat ta’ haircut tal-kollateral jinżel taħt l-ammont totali li għandu jiġi kopert.

(***)  F’sistema ta’ gruppi, il-kunċett ta’ ammont ta’ attivazzjoni ta’ fuq mhuwiex rilevanti, billi l-kontroparti timmira kontinwament lejn ammont fl-eċċess ta’ kollateral provdut biex jiġu mminimizzati tranżazzjonijiet operattivi.

Appendiċi 2

GLOSSARJU

Aġent ta’ saldu: istituzzjoni li tiġġestixxi l-proċess ta’ saldu (eż. id-determinazzjoni ta’ pożizzjonijiet ta’ saldu, il-monitoraġġ ta’ skambji ta’ ħlas, eċċ) għal sistemi ta’ trasferiment jew arranġamenti oħrajn li jeħtieġu saldu.

Ammont ta’ allokazzjoni minima: il-limitu l-aktar baxx tal-ammont li jiġi allokat lil kontropartijiet individwali f’operazzjoni ta’ sejħa għal offerti. L-Eurosistema tista’ tiddeċiedi li talloka ammont minimu lil kull kontroparti fl-operazzjonijiet tagħha ta’ sejħiet għal offerti.

Attwali/360: Il-konvenzjoni tal-għadd tal-jiem applikata għall-kalkolu tal-imgħax fuq il-kreditu, li jimplika li l-imgħax huwa kalkolat fuq in-numru attwali ta’ jiem kalendarji li fuqhom ikun mifrux il-kreditu, fuq il-bażi ta’ sena ta’ 360 jum. Din il-konvenzjoni tal-għadd tal-jiem tiġi applikata f’operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

Bank Ċentrali Nazzjonali (BĊN): tirreferi f’dan id-dokument għal bank ċentrali ta’ Stat Membru tal-Unjoni.

Bażi ta’ riżerva: is-somma tal-partiti fil-karta tal-bilanċ tikkostitwixxi l-bażi għall-kalkolu tal-ħtieġa ta’ riżerva ta’ istituzzjoni ta’ kreditu.

Bond ta’ kupun żero: titolu li jħallas fluss ta’ flus kontanti darba biss matul il-ħajja tiegħu. Għall-finijiet ta’ dan id-dokument, bonds ta’ kupun żero jinkludu titoli maħruġin bi skont u titoli li jagħtu kupun wieħed mal-maturità. Strip huwa tip speċjali ta’ bond ta’ kupun żero.

Bucket ta’ maturità: klassi ta’ assi, li l-maturità reżidwa li minnha hija f’ċertu medda ta’ valuri, eż. il-bucket ta’ maturità minn tliet-snin-sa-ħames-snin.

Data ta’ bidu: id-data li fiha l-ewwel parti ta’ operazzjoni ta’ politika monetarja tiġi rregolata. Id-data ta’ bidu tikkorrispondi mad-data ta’ xiri għal operazzjonijiet ibbażati fuq ftehim ta’ xiri mill-ġdid u swaps tal-kambju barrani.

Data tal-kummerċ (T): id-data li fiha jsir negozju (jiġifieri ftehim dwar tranżazzjoni finanzjarja bejn żewġ kontropartijiet). Id-data tal-kummerċ tista’ tikkoinċidi mad-data ta’ saldu għal tranżazzjoni (saldu fl-istess jum) jew tippreċedi d-data ta’ saldu b’numru speċifikat ta’ jiem tan-negozju (id-data tas-saldu hija speċifikata bħala T + il-lag tas-saldu).

Data ta’ maturità: id-data li fiha tiskadi operazzjoni ta’ politika monetarja. Fil-każ ta’ ftehim ta’ xiri mill-ġdid jew ta’ swap, id-data tal-maturità tikkorrispondi mad-data tax-xiri mill-ġdid.

Data tas-saldu: id-data li fiha tranżazzjoni tiġi rregolata. Is-saldu jista’ jseħħ fl-istess jum bħall-kummerċ (saldu fl-istess jum) jew f’jum wieħed jew wara diversi jiem mill-kummerċ (id-data ta’ saldu hija speċifikata bħala d-data tal-kummerċ (T) + lag tas-saldu).

Data ta’ valutazzjoni: id-data li fiha l-assi sottostanti għal operazzjonijiet ta’ kreditu huma valutati.

Data ta’ xiri: id-data li fiha l-bejgħ ta’ assi mixtrija mill-bejjiegħ lix-xerrej isir effettiv.

Data ta’ xiri mill-ġdid: id-data li fiha x-xerrej huwa obbligat li jbiegħ lura assi lill-bejjiegħ fir-rigward ta’ tranżazzjoni taħt ftehim ta’ xiri mill-ġdid.

Dematerjalizzazzjoni: l-eliminazzjoni ta’ ċertifikati fiżiċi jew dokumenti ta’ titolu li jirrappreżentaw proprjetà ta’ assi finanzjarji sabiex l-assi finanzjarji jeżistu biss bħala rekords tal-kontijiet.

Depożitarju: aġent bi rwol primarju li jirrekordja titoli jew fiżikament jew elettronikament u li jżomm ir-rekords tal-proprjetà ta’ dawn it-titoli.

Depożiti b’maturità miftiehma: il-kategorija ta’ strument li tikkonsisti l-aktar ta’ depożiti ta’ żmien b’maturità partikolari li, skont il-prattiċi nazzjonali, jistgħu jkunu jew ma jkunux konvertibbli qabel il-maturità jew konvertibbli biss suġġett għal penalità. Din il-kategorija tinkludi wkoll xi strumenti ta’ dejn mhux negozjabbli, bħal ċertifikati ta’ depożitu (bl-imnut) mhux negozjabbli.

Depożiti li jinfdew b’avviż: il-kategorija ta’ strumenti li tikkonsisti minn depożiti li għalihom id-detentur għandu jirrispetta perijodu fiss ta’ avviż qabel ma jkun jista’ jirtira l-fondi. F’ċerti każijiet. hemm il-possibbiltà li jiġi rtirat ċertu ammont fiss f’perijodu speċifikat jew irtirar aktar qabel suġġett għall-ħlas ta’ penalità.

Depożitorju tat-titoli ċentrali (CSD): entità li żżomm u tamministra titoli jew assi finanzjarji oħrajn. iżżomm il-kontijiet ta’ ħruġ, u tipperemtti li t-tranżazzjoniniet jiġu pproċessati bid-dħul fil-kotba. L-assi jistgħu jeżistu jew fiżikament (imma mobilizzati fi ħdan is-CSD) jew f’forma dematerjalizzata (jiġifieri bħala rekords elettroniċi biss).

Dispożizzjoni biex issir il-medja: dispożizzjoni li tippermetti lill-kontropartijiet li jwettqu l-ħtiġijiet ta’ riżervi tagħhom fuq il-bażi tal-investimenti ta’ riżerva medja ta’ riservi tagħhom matul perjodu ta’ żamma. Id-dispożizzjoni biex issir il-medja tikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni tar-rati ta’ imgħax tas-suq tal-flus billi tagħti lill-istituzzjonijiet inċentiv biex jiġu kkontrollati l-effetti tal-flutwazzjonijiet ta’ likwidità temporanja. Is-sistema ta’ riservi minimi tal-Eurosistema tippermetti biex issir il-medja.

Emittent: l-entità li hija obbligata fuq titolu jew strument finanzjarju ieħor.

Eurosistema: il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-BĊNi. Il-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-Eurosistema huma l-Kunsill Governattiv u l-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.

Faċilità permanenti: faċilità ta’ bank ċentrali disponibbli lill-kontropartijiet fuq inizjattiva tagħhom stess. L-Eurosistema toffri żewġ faċilitajiet permanenti overnight: il-faċilità ta’ self marġinali u l-faċilità ta’ depożitu.

Faċilità ta’ depożitu: faċilità permanenti tal-Eurosistema li l-kontropartijiet jistgħu jużaw biex jagħmlu depożiti overnight f’BĊN. li huma remunerati b’rata ta’ imgħax speċifikata minn qabel.

Faċilità ta’ self marġinali: faċilità permanenti tal-Eurosistema li l-kontropartijiet jistgħu jużaw biex jirċievu kreditu overnight minn BĊN b’rata ta’ imgħax speċifikata minn qabel kontra assi eliġibbli.

Ftehim ta’ xiri mill-ġdid: arranġament li bih l-assi jinbiegħ waqt li l-bejjiegħ simultanjament jikseb id-dritt u l-obbligu li jixtrih mill-ġdid bi prezz speċifiku f’data futura jew fuq talba. Dak il-ftehim huwa simili għal self kollateralizzat, bid-differenza li l-proprjetà tat-titoli ma tinżammx mill-bejjiegħ. L-Eurosistema tuża ftehim ta’ xiri mill-ġdid b’maturità fissa fit-tranżazzjonijiet irriversjati tagħha.

Ġbir ta’ depożiti b’terminu fiss: strument ta’ politika monetarja li jista’ jintuża mill-Eurosistema għal finijiet ta’ rfinar, fejn l-Eurosistema toffri remunerazzjoni fuq depożiti b’terminu fiss tal-kontropartijiet fuq kontijiet mal-BĊNi biex tiġi assorbita likwidità mis-suq.

Għodod ta’ klassifika (RTs): sors ta’ valutazzjoni ta’ kwalità ta’ kreditu provdut fl-ECAF li jiġi pprovdut minn dawk l-entitajiet li jivvalutaw il-kwalità ta’ kreditu tad-debituri primarjament bl-użu ta’ mudelli kwantitattivi b’mod sistematiku u mekkaniku, billi joqogħdu, fost informazzjoni oħra, fuq kontijiet ivverifikati, u li l-valutazzjonijiet ta’ kreditu tagħhom mhumiex intizi biex jiġu żvelati lill-pubbliku in ġenerali. Dawn l-entitajiet għandhom jigu aċċettati individwalment mill-Eurosistema qabel ma jsiru parti mill-ECAF.

Haircut: ara haircut ta’ valutazzjoni.

Haircut ta’ valutazzjoni: miżura ta’ kontroll tar-riskju applikata għal assi sottostanti użata fi tranżazzjonijiet irriversjati, li timplika li l-bank ċentrali jikkalkula l-valur tal-assi sottostanti bħala l-valur fis-suq tal-assi mnaqqas b’ċertu persentaġġ (haircut). L-Eurosistema tapplika haircuts ta’ valutazzjoni li jirriflettu karatteristiċi tal-assi speċifiċi, bħal ma hija l-maturità reżidwa.

Ħtieġa ta’ riżerva: il-ħtieġa li istituzzjonijiet iżommu riżervi minimi mal-bank ċentrali. Fis-sistema ta’ riżervi minimi tal-Eurosistema, il-ħtieġa tar-riżerva ta’ istituzzjoni ta’ kreditu hija kkalkolata bil-multiplikazzjoni tal-proporzjon ta’ riżerva għal kull kategorija ta’ partiti fil-bażi tar-riżerva bl-ammont ta’ dawk il-partiti fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni u billi titnaqqas minn dan l-ammont il-konċessjoni rċevuta minn kull istituzzjoni skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament BĊE/2003/9.

Ibbankjar korrispondenti: arranġament fejn istituzzjoni ta’ kreditu tipprovdi ħlas u servizzi oħrajn lil istituzzjoni ta’ kreditu oħra. Ħlasijiet permezz ta’ korrispondenti huma ta’ spiss mwettqa permezz ta’ kontijiet reċiproċi (kontijiet nostro u loro), li magħhom jistgħu jintrabtu linji permanenti ta’ kreditu.. Servizzi bankarji korrispondenti jingħataw primarjament bejn fruntieri internazzjonali imma huma magħrufin ukoll bħala relazzjonijiet ta’ aġenzija f’ċerti kuntest domestiċi. Kont loro huwa t-terminu użat minn korrispondent biex jiddeskrivi kont miżmum f’isem istituzzjoni ta’ kreditu barranija; l-istituzzjoni ta’ kreditu barranija min-naħa tagħha tikkunsidra dan il-kont bħala kont nostro

Immarkar għas-suq: ara marġni ta’ varjazzjoni.

Investimenti ta’ riżerva: l-investimenti tal-kontropartijiet fil-kontijiet tar-riżervi tagħhom li jservu biex jitwettqu l-ħtiġijiet tar-riżervi.

Irkant Amerikan: ara Irkant b’rata multipla.

Irkant b’rata multipla (Irkant Amerikan): irkant li fih ir-rata ta’ imgħax ta’ allokazzjoni (jew il-prezz/punt ta’ swap) tkun ugwali għar-rata ta’ imgħax offruta f’kull offerta individwali.

Irkant b’rata waħda (irkant Olandiż): irkant li fih ir-rata ta’ imgħax tal-allokazzjoni (jew tal-prezz/punt ta’ swap) applikata għall-offerti sodisfatti kollha hija ugwali għar-rata ta’ imgħax marġinali.

Irkant Olandiż: ara irkant b’rata waħda.

Istituzzjoni monetarja finanzjarja (MFI): klassi waħda ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li flimkien jiffurmaw is-settur tal-ħruġ tal-flus taż-żona tal-euro. Dawn jinkludu banek ċentrali tal-Istati Membri tal-UE, istituzzjonijiet ta’ kreditu residenti, kif definiti fil-liġijiet tal-Komunità, u l-istituzzjonijiet finanzjarji residenti l-oħra kollha li n-negozju tagħhom huwa li jirċievu depożiti u/jew sostituti viċini għal depożiti minn entitajiet oħra għajr l-MFIs u li, ghall-kontijiet tagħhom (għall-inqas f’termini ekonomiċi) jikkonċedu kreditu u/jew jinvestu f’titoli.

Istituzzjoni ta’ kreditu: istituzzjoni ta’ kreditu skont it-tifsira tal-Artikoli 2 u 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), kif implimentata fil-liġi nazzjonali, li huwa suġġett għas-supervizjoni minn awtorità kompetenti.

Istituzzjoni tal-valutazzjoni ta’ kreditu estern (ECAI): sors ta’ valutazzjoni ta’ kwalità tal-kreditu provdut fil-qafas ta’ valutazzjoni ta’ kreditu tal-Eurosistema (ECAF) li jikkomprendi dawk l-istituzzjonijiet li l-valutazzjonijiet ta’ kreditu tagħhom jistgħu jintużaw minn istituzzjonijiet ta’ kreditu għad-determinazzjoni ta’ skoperturi ta’ piż ta’ riskju skont id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital. Dawn l-istituzzjonijiet huma suġġetti għal rikonoxximent formali u proċess ta’ validazzjoni mis-superviżuri nazzjonali.

Jum tan-negozju tal-BĊN: kull jum li fih il-BĊN ta’ Stat Membru speċifiku jkun miftuħ sabiex jagħmel operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. F’xi Stati Membri, il-fergħat tal-BĊN jistgħu jkunu magħluqa fil-ġranet tan-negozju tal-BĊN minħabba btajjel bankarji lokali jew reġjonali. F’dawk il-każijiet, il-BĊN relevanti huwa responsabbli biex javża l-kontropartijiet bil-quddiem bl-arranġamenti li għandhom isiru għal tranżazzjonijiet li jinvolvu lil dawk il-fergħat.

Jum tan-negozju tal-Eurosistema: kull jum meta l-BĊE u tal-inqas BĊN wieħed ikunu miftuħin biex isiru l-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

Każ ta’ inadempjenza: każ imsemmi fil-Qafas ta’ Valutazzjoni ta’ kreditu tal-Eurosistema (ECAF) li huwa kopert bid-definizzjoni li tinsab fid-Direttiva 2006/48/KE u d-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-kumpaniji tal-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu (2) (flimkien msejħin bħala “Direttiva dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital” (CRD)). B’hekk, każ ta’ inadempjenza jiġri meta “(a) l-istituzzjoni ta’ kreditu tikkunsidra li d-debitur x’aktarx mhux ser iħallas l-obbligi tal-kreditu kollha tiegħu lill-istituzzjoni tal-kreditu, l-impriża parent jew lil xi waħda mis-sussidjarji tagħha, mingħajr ma l-istituzzjoni ta’ kreditu tirrikorri għal azzjonijiet bħar-realizzazzjoni tat-titolu (jekk miżmum),” u/jew “(b) id-debitur huwa moruż aktar minn 90 jum fuq kull obbligu ta’ kreditu materjali mal-istituzzjoni ta’ kreditu, l-impriża parent jew kwalunkwe sussidjarja tagħha.”

Konċessjoni f’somma waħda: ammont fiss li istituzzjoni tnaqqas fil-kalkolu tal-ħtiġijiet tar-riżervi tagħha fill-qafas ta’ riżerva minima tal-Eurosistema.

Kont ta’ kustodja f’sigurtà: kont ta’ titoli amministrat mill-bank ċentrali li fih istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jqiegħdu titoli meqjusin adattati biex isostnu operazzjoni ta’ bank ċentrali.

Kont ta’ riżerva: kont mal-BĊN li fuqu huma miżmumin l-investimenti ta’ riżerva ta’ kontroparti. Il-kontijiet ta’ saldu tal-kontropartijiet mal-BĊN jistgħu jintużaw bħala kontijiet ta’ riserva.

Kont ta’ saldu: kont li jinżamm minn parteċipant dirett fit-TARGET2 mal-bank ċentrali għall-iskop tal-ipproċessar ta’ ħlasijiet.

Kontroparti: il-parti opposta fi tranżazzjoni finanzjarja (jiġifieri fi tranżazzjoni ma’ bank ċentrali).

Konvenzjoni dwar l-għadd tal-jiem: il-konvenzjoni li tirregola n-numru ta’ jiem inklużi fil-kalkolu ta’ imgħax fuq il-krediti. L-Eurosistema tapplika l-konvenzjoni tal-għadd tal-jiem attwali/360 fl-operazzjonijiet tagħha ta’ poltika monetarja.

Kreditu intraday: kreditu estiż għal perijodu ta’ inqas minn jum wieħed ta’ negozju. Jista’ jiġi estiż minn BĊNi biex jitwittew irregolaritajiet f’saldu ta’ ħlas u jista’ jieħu l-forma ta’: (i) overdraft kollateralizzat, jew (ii) operazzjoni ta’ self kontra rahan jew fi ftehim ta’ xiri mill-ġdid.

Kupun pre-fiss: kupun fuq strumenti f’rata mhix fissa li huwa stabbilit fuq il-bażi tal-valuri meħudin mill-indiċi ta’ referenza f’ċerta data (jew dati) qabel il-bidu tal-perijodu ta’ akkumulazzjoni tal-kupun.

Kupun post-fiss: kupun fuq strumenti b’rata mhux fissa li huwa stabbilit fuq il-bażi tal-valuri meħudin mill-indiċi ta’ referenza f’ċerta data (jew dati) matul il-perjodu ta’ akkumulazzjoni tal-kupun.

Kustodju: entità li twettaq is-salvagwardja u l-amministrazzjoni ta’ titoli u assi finanzjarji oħrajn għan-nom ta’ oħrajn.

Kwotazzjoni ta’ punt ta’ swap marġinali: il-kwotazzjoni ta’ punt swap li fih l-allokazzjoni tas-sejħa għal offerti totali tintuża kollha.

Limitu massimu ta’ offerta: il-limitu fuq l-ogħla offerta aċċettabbli minn kontropartijiet individwali f’operazzjoni ta’ sejħa għal offerti. L-Eurosistema tista’ timponi limiti massimi ta’ offerti sabiex tevita offerti sproporzjonatament kbar minn kontropartijiet individwali.

Marġni inizjali: miżura ta’ kontroll tar-riskju tista’ tiġi applikata mill-Eurosistema fi tranżazzjonijiet irriversjati li timplika li l-kollateral meħtieġ għal tranżazzjoni huwa ugwali għall-kreditu estiż lill-kontroparti flimkien mal-valur tal-marġni inizjali.

Marġni ta’ varjazzjoni (immarkar għas-suq): ċertu livell tal-valur tas-suq tal-assi sottostanti użati fit-tranżazzjonijiet irriversjati li jipprovdu likwidità tal-Eurosistema li l-Eurosistema teħtieġ li tinżamm matul iż-żmien. Dan jimplika li jekk il-valur, imkejjel fuq bażi regolari, tal-assi sottostanti jaqa’ taht certu livell, il-BĊN jitlob lill-kontroparti biex tipprovdi assi jew flus kontanti addizzjonali (jigifieri jagħmel sejha ta’ margini). Bl-istess mod, jekk il-valur tal-assi sottostanti, wara l-valutazzjoni tagħhom mill-ġdid, jeċċedi ċertu livell, il-kontroparti tista’ tirkupra l-assi jew flus kontanti zejda. Ara wkoll it-Taqsima 6.4.

Maturità reżidwa: iż-żmien li jifdal sad-data tal-maturità ta’ strument ta’ dejn.

Mudell ta’ banek ċentrali korrispondenti (CCBM): mekkaniżmu stabbilit mill-Eurosistema bil-għan li jħalli lill-kontropartijiet jużaw l-attiv sottostanti f’kuntest transkonfinali. Fil-CCBM, il-BCNi jagixxu bħala kustodji għal xulxin. Dan ifisser li kull BĊN għandu kont ta’ titoli fl-amministrazzjoni tiegħu tat-titoli għal kull wieħed mill-BĊNi l-oħra u għall-BĊE. Il-CCBM huwa disponibbli wkoll għall-kontropartijiet ta’ ċerti BĊNi mhux fl-Eurosistema.

Numru ta’ Identifikazzjoni ta’ Titoli Internazzjonali (ISIN): kodiċi internazzjonali ta’ identifikazzjoni assenjat lil titoli maħruġin fis-swieq finanzjarji.

Operazzjoni repo: tranżazzjoni rriversjata li tipprovdi likwidità bbażata fuq ftehim ta’ xiri mill-ġdid.

Operazzjoni strutturali: operazzjoni ta’ suq miftuħ eżegwita mill-Eurosistema prinċipalment sabiex taġġusta l-pożizzjoni tal-likwidità strutturali tas-settur finanzjarju fil-konfront tal-Eurosistema.

Operazzjoni ta’ rfinar: operazzjoni ta’ suq miftuħ mhux regolari eżegwita mill-Eurosistema prinċipalment sabiex jiġu ttrattati flutwazzjonijiet mhux mistennija ta’ likwidità fis-suq.

Operazzjoni ta’ rifinanzjament ewlieni: operazzjoni ta’ suq miftuħ regolari mwettqa mill-Eurosistema fil-forma ta’ tranżazzjoni rriversjata. Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin huma mwettqa permezz ta’ sejħiet għal offerti standard ta’ kull ġimgħa u normalment għandhom maturità ta’ ġimgħa.

Operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal: operazzjoni ta’ suq miftuħ regolari mwettqa mill-Eurosistema fil-forma ta’ tranżazzjoni rriversjata. Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal huma mwettqa kull xahar permezz ta’ sejħiet għal offerti standard u normalment għandhom maturità ta’ tliet xhur.

Operazzjoni ta’ suq miftuħ: operazzjoni eżegwita fuq l-inizjattiva tal-bank ċentrali fis-suq finanzjarju. Fir-rigward tal-miri, ir-regolarità u l-proceduri tagħhom, l-operazzjonijiet ta’ suq miftuħ tal-Eurosistema jistgħu jinqasmu f’erba’ kategoriji: operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin, operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal, operazzjonijiet ta’ rfinar u operazzjonijiet strutturali. Fir-rigward tal-istrumenti użati, tranżazzjonijiet irriversjati huma l-istrument ta’ suq miftuħ ewlieni tal-Eurosistema u jistgħu jintużaw fl-erba’ kategoriji ta’ operazzjonijiet kollha. Barra minn dan, il-ħrug ta’ ċertifikati ta’ dejn u tranżazzjonijiet diretti huma disponibbli għal operazzjonijiet strutturali, filwaqt li swaps ta’ valuta barranija u l-ġbir ta’ depożiti b’termini fissi huma disponibbli biex jitwettqu l-operazzjonijiet ta’ irfinar.

Pajjiżi taż-ŻEE (Żona Ekonomika Ewropew): l-Istati Membri tal-Unjoni u l-Iżlanda, Liechtenstein u n-Norveġja.

Perijodu ta’ żamma: il-perjodu li fih il-konformità mal-ħtiġijiet tar-riżervi tiġi kkalkolata. Il-BĊE jippubblika kalendarju tal-perijodi ta’ żamma ta’ riżerva tal-inqas tliet xhur qabel il-bidu ta’ kull sena. Il-perijodi ta’ żamma jibdew fil-jum tas-saldu tal-ewwel operazzjoni ta’ rifinanzjament ewlieni wara l-laqgħa tal-Kunsill Governattiv, fejn il-valutazzjoni ta’ kull xahar tal-pożizzjoni tal-politika monetarja hija skedata minn qabel. Normalment jispiċċaw fil-jum ta’ qabel jum ta’ saldu simili fix-xahar ta’ wara. F’ċirkustanzi speċjali, il-kalendarju ppubblikat jista’ jiġi emendat, skont, fost l-oħrajn, it-tibdil fl-iskeda ta’ laqgħat tal-Kunsill Governattiv.

Prezz ta’ xiri: il-prezz li bih assi mixtrija jinbiegħu jew għandhom jinbiegħu lix-xerrej mill-bejjiegħ.

Prezz ta’ xiri mill-ġdid: il-prezz li bih ix-xerrej huwa obbligat li jbiegħ lura l-assi lill-bejjiegħ fir-rigward ta’ tranżazzjoni taħt ftehim ta’ xiri mill-ġdid. Il-prezz tax-xiri mill-ġdid huwa ugwali għas-somma tal-prezz tax-xiri u d-differenzjal tal-prezz li jikkorrispondi mal-imgħax fuq il-likwidità estiża fuq il-maturità tal-operazzjoni.

Proċedura bilaterali: proċedura li biha l-bank ċentrali jittratta direttament ma’ kontroparti waħda jew uħud minnhom, mingħajr ma jagħmel użu minn proċeduri għal sejħa għal offerti. Proċeduri bilaterali jinkludu operazzjonijiet eżegwiti permezz ta’ boroż jew agenti tas-suq.

Proporzjoni ta’ allokazzjoni minimu: il-limitu l-aktar baxx, espress f’termini ta’ persentaġġi, tal-proporzjon ta’ offerti fir-rata marġinali ta’ mgħax li għandha tiġi allokata f’operazzjoni ta’ sejħa għal offerti. L-Eurosistema tista’ tiddeċiedi li tapplika proporzjoni minimu fl-operazzjonijiet tagħha fis-sejħiet għal offerti.

Proporzjon ta’ riżerva: il-proporzjon definit mill-bank ċentrali għal kull kategorija ta’ partiti fil-karta tal-bilanċ inklużi fil-bażi tar-riżerva. Il-proporzjonijiet huma użati biex jiġu kalkolati l-ħtiġijiet ta’ riżerva.

Punt ta’ attivazzjoni: livell speċifikat minn qabel tal-valur tal-likwidità provduta li fih tiġi eżegwita sejħa ta’ marġni.

Punt ta’ swap: id-differenza bejn ir-rata tal-kambju ta’ tranżazzjoni bil-quddiem u r-rata tal-kambju ta’ tranżazzjoni fil-mument fi swap tal-kambju barrani.

Qafas tal-valutazzjoni ta’ kreditu tal-Eurosistema (ECAF): is-sett ta’ proċeduri, regoli u tekniki li jiżgura li tiġi sodisfatta l-ħtieġa tal-Eurosistema ta’ standards ta’ kreditu għoljin għall-assi eliġibbli kollha. Fl-istabbilment ta’ standards ta’ kreditu għolijin, l-Eurosistema tagħmel differenza bejn l-assi negozjabbli u dawk mhux negozjabbli. Fil-valutazzjoni tal-istandard tal-kreditu ta’ assi eliġibbli, l-Eurosistema tikkunsidra informazzjoni ta’ valutazzjoni ta’ kreditu mis-sistemi tal-valutazzjoni ta’ kreditu li tappartjeni għal wieħed minn erba’ sorsi, jiġifieri istituzzjonijiet ta’ valutazzjoni ta’ kreditu estern (ECAIs), sistemi ta’ valutazzjoni ta’ kreditu in-house tal-BĊNi (ICASs), sistemi bbażati fuq klassifikazzjonijiet interni (IRB) jew għodod ta’ klassifikazzjoni (RTs) ta’ fornituri terzi. Barra minn dan, fil-valutazzjoni tal-istandard ta’ kreditu, l-Eurosistema tikkunsidra kriterji istituzzjonali u karatteristiċi li jiggarantixxu protezzjoni simili għad-detentur tal-istrument bħal ma huma l-garanziji. Il-punt ta’ referenza tal-Eurosistema biex jiġi stabbilit ir-rekwizit minimu għal standards ta’ kreditu għoljin (il-limitu ta’ kwalità tal-kreditu) huwa ddefinit bħala valutazzjoni ta’ kreditu “single A”. L-Eurosistema tikkunsidra probabbiltà ta’ inadempjenza (PD) ta’ 0,10 % fuq firxa ta’ sena ekwivalenti għal valutazzjoni ta’ kreditu “single A”.

Rabtiet bejn sistemi ta’ saldu ta’ titoli: rabta tikkonsisti fil-proċeduri u arranġamenti kollha li jeżistu bejn żewġ sistemi ta’ saldu ta’ titoli (SSSs) għat-trasferiment ta’ titoli bejn iż-żewġ SSSs involuti permezz ta’ proċess ta’ dħul fil-kotba.

Rabtiet mill-qrib: sitwazzjoni fejn il-kontroparti hija marbuta mal-emittent/debitur/garanti ta’ assi eliġibbli minħabba l-fatt li: (a) il-kontroparti għandha direttament, jew indirettament permezz ta’ impriża waħda jew iżjed, 20 % jew iżjed tal-kapital tal-emittent/debitur/garanti; jew (b) l-emittent/debitur/garanti għandu direttament, jew permezz impriża waħda jew iżjed, 20 % jew iżjed tal-kapital tal-kontroparti; jew (c) terza parti għandha iżjed minn 20 % tal-kapital tal-kontroparti u iżjed minn 20 % tal-kapital tal-emittent/debitur/garanti, jew direttament jew indirettament permezz ta’ impriża waħda jew iżjed.

Rata ta’ imgħax marġinali: ir-rata ta’ imgħax li fiha l-allokazzjoni tas-sejħa għal offerti totali tintuża kollha.

Rata ta’ offerta massima: il-limitu ta’ fuq ta’ rata ta’ imgħax li fih il-kontropartijiet jistgħu jibagħtu offerti f’sejħiet għal offerti b’rata varjabbli. Jitwarrbu offerti b’rata għola mir-rata massima ta’ offerti mħabbra mill-BĊE.

Rata ta’ offerta minima: il-limitu l-aktar baxx ta’ rati ta’ imgħax li fih il-kontropartijiet jistgħu jibagħtu offerti għal sejħiet għal offerti b’rata varjabbli.

Riskju ta’ solvenza: ir-riskju ta’ telf minħabba n-nuqqas (falliment) ta’ emittent ta’ assi finanzjarji jew minħabba insolvenza tal-kontroparti.

Saldu transkonfinali: saldu li jseħħ f’pajjiż li ma jkunx pajjiż jew pajjiżi fejn tinsab jew jinsabu parti waħda jew it-tnejn tal-partijiet fin-negożju.

Sejħa għal offerti b’rata varjabbli: proċedura ta’ sejħa għal offerti li biha l-kontropartijiet jagħmlu offerta kemm tal-ammont ta’ flus li jixtiequ jinnegozjaw mal-bank ċentrali u r-rata ta’ imgħax li biha jixtiequ jidħlu fit-tranżazzjoni.

Sejħa għal offerti b’rata fissa: proċedura għal sejħa għal offerti fejn ir-rata ta’ imgħax hija ffissata bil-quddiem mill-bank ċentrali u kontropartijiet li jipparteċipaw joffru l-ammont ta’ flus li jixtiequ biex jinnegozjaw bir-rata fissa ta’ imgħax.

Sejħa għal offerti mgħaġġla: il-procedura ta’ sejħa għal offerti użata mill-Eurosistema għal operazzjonijiet ta’ rfinar meta jitqies li jkun aħjar li jkun hemm impatt ta’ malajr fuq is-sitwazzjoni tal-likwidità fis-suq. Sejħiet għal offerti mgħaġġla huma normalment eżegwiti f’90 minuta u normalment ristretti għal sett limitat ta’ kontropartijiet.

Sejħa għal offerti ta’ volum: ara sejħa għal offerti b’rata fissa.

Sejħa għal offerti standard: proċedura ta’ sejħa għal offerti użata mill-Eurosistema fl- operazzjonijiet ta’ suq miftuħ regolari tagħha. Sejħiet għal offerti standard huma normalment eżegwiti fi żmien 24 siegħa. Il-kontropartijiet kollha li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali huma intitolati li jissottomettu offerti f’sejħiet għal offerti standard.

Sejħa ta’ marġni: proċedura relatata mal-applikazjoni ta’ marġnijiet ta’ varjazzjoni, li timplika li jekk il-valur, kif regolarment imkejjel, tal-assi sottostanti jaqa’ taħt ċertu livell, il-banek ċentrali jistgħu jeħtieġu lill-kontropartijiet li jipprovdu assi addizzjonali (jew flus kontanti). Bl-istess mod, jekk il-valur tal-assi sottostanti, wara r-rivalutazzjoni tagħhom, ikollu jeċċedi l-valur dovut mill-kontropartijiet flimkien mal-marġni ta’ varjazzjoni, il-kontroparti tista’ titlob lill-banek ċentrali jirritornaw l-assi żejda (jew flus kontanti) lill-kontroparti.

Sistema bbażata fuq klassifikazzjoni (IRB) interna: sors ta’ valutazzjoni ta’ kwalità tal-kreditu pprovdut fil-qafas ta’ valutazzjoni ta’ kreditu tal-Eurosistema (ECAF) li jikkomprendi s-sistemi interni ta’ dawk il-kontropartijiet li l-valutazzjonijiet ta’ kreditu tagħhom jistgħu jintużaw minn istituzzjonijiet ta’ kreditu għad-determinazzjoni ta’ skoperturi ta’ piż ta’ riskju skont id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital. Dawn is-sistemi huma suġġetti għal rikonoxximent formali u proċess ta’ validazzjoni mis-superviżuri nazzjonali.

Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ): il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali tal-Istati Membri tal-Unjoni. Għandu jigi nnutat li l-banek ċentrali tal-Istati Membri tal-UE li l-valuta tagħhom mhijiex l-euro jżommu s-setgħat tagħħom fil-qasam tal-politika monetarja skont il-liġi nazzjonali u għalhekk mhumiex involuti fit-twettiq tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

Sistema kunsinna-versus-ħlas jew kunsinna-kontra-ħlas: mekkaniżmu f’sistema ta’ saldu skambju għal-valur li jiżgura li t-trasferiment finali ta’ assi (titoli jew strumenti finanzjarji oħrajn) jiġri biss, u biss, jekk iseħħ it-trasferiment finali ta’ assi oħrajn.

Sistema RTGS (saldu gross f’ħin reali): sistema ta’ saldu li fiha l-ipprocessar u s-saldu jseħħu skont bażi ta’ ordni b’ordni minghajr ma jkun hemm netting kontinwu f’ħin reali. Ara wkoll TARGET2.

Sistema ta’ dħul fil-kotba: sistema ta’ kontijiet li tippermetti t-trasferiment ta’ titoli u assi finanzjarji oħrajn mingħajr iċ-ċaqliq fiżiku ta’ dokumenti tal-karta jew ċertifikati (eż. it-trasferiment elettroniku ta’ titoli). Ara wkoll dematerjalizzazzjoni.

Sistema ta’ grupp tal-kollateral: sistema ta’ bank ċentrali għall-ġestjoni ta’ kollateral, fejn il-kontropartijiet jiftħu kont ta’ grupp biex jiġu ddepożitati assi li jikkollateralizzaw it-tranżazzjonijiet tagħhom mal-bank ċentrali. F’sistema ta’ gruppi, b’kuntrast ma’ sistema ta’ riżerva, l-assi sottostanti mhumiex riżervati għal tranżazzjonijiet individwali.

Sistema ta’ gruppi: ara sistema ta’ gruppi kollaterali.

Sistema ta’ riżerva: sistema għall-amministrazzjoni ta’ kollateral tal-BĊNi fejn il-likwidità hija pprovduta kontra assi riżervati għal kull tranżazzjoni individwali.

Sistema ta’ saldu gross: sistema ta’ trasferiment fejn is-saldu ta’ fondi jew it-trasferiment ta’ titoli jseħħ fuq bażi ta’ istruzzjoni b’istruzzjoni.

Sistema ta’ saldu ta’ titoli (SSS): sistema li tippermetti ż-żamma u t-trasferiment ta’ titoli jew assi finanzjarji oħrajn, jew ħielsa minn ħlas (FOP) jew kontra ħlas (konsenja kontra ħlas).

Sistema ta’ valutazzjoni ta’ kreditu in-house (ICAS): sors ta’ valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu pprovdut fil-qafas ta’ valutazzjoni ta’ kreditu tal-Eurosistema (ECAF) li bħalissa jinkludi l-erba’ sistemi ta’ valutazzjoni ta’ kreditu mħaddmin mid-Deutsche Bundesbank, il-Banco de España, il-Banque de France u l-Oesterreichische Nationalbank.

Sostenn ta’ likwidità fi tranżazzjoni ABS: kull karatteristika strutturali li tista’ tintuża biex tkopri kwalunkwe nuqqas fil-fluss tal-flus kontanti temporanju li jista’ jseħħ matul il-ħajja tat-tranżazzjoni.

Stat Membru: tfisser f’dan id-dokument Stat Membru tal-Unjoni li l-munita tiegħu hija l-euro.

Strip (negozju separat ta’ imgħax u kapital): bond ta’ kupun żero maħluq sabiex jiġu nnegozjati separatament il-klejms fuq flussi ta’ flus kontanti ta’ titolu u l-kapital tal-istess strument.

Strument b’rata fissa: strument finanzjarju li għalih il-kupun huwa ffissat matul il-ħajja kollha tal-istrument.

Strument b’rata mhux fissa: strument finanzjarju li għalih il-kupun jiġi perjodikament irrisettjat skont indiċi ta’ referenza biex jirrifletti l-bidliet fir-rati ta’ imgħax tas-suq f’terminu qasir u medju ta’ żmien. Strumenti b’rata mhux fissa jew ikollhom kupuni ffissati minn qabel jew kupuni ffissati wara.

Strument b’rata mhux fissa inversa: nota strutturata fejn ir-rata ta’ imgħax imħallsa lid-detentur tan-nota tvarja inversament mal-bidliet f’ċerta rata ta’ referenza ta’ imgħax.

Swap ta’ kambju barrani: ix-xiri/il-bejgħ simultanju fil-mument u l-bejgħ/ix-xiri bil-quddiem ta’ valuta kontra oħra. L-Eurosistema twettaq operazzjonijiet ta’ politika monetarja ta’ suq miftuħ fil-forma ta’ swaps ta’ kambju barrani fejn il-BĊNi (jew il-BĊE) jixtru (jew ibiegħu) euro fil-mument kontra valuta barranija u fl-istess waqt ibiegħuha (jew jixtruha) lura f’tranżazzjoni bil-quddiem.

TARGET: il-predecessur tas-sistema TARGET2. li jopera fi struttura deċentralizzata u li jgħaqqad flimkien sistemi ta’ RTGS nazzjonali u l-mekkanizmu ta’ ħlas tal-BĊE. Is-sistema tat-TARGET ġiet issostitwita bis-sistema tat-TARGET2 skont l-iskeda ta’ migrazzjoni speċifikata fl-Artikolu 13 tal-Linja Gwida BĊE/2007/2.

TARGET2 (Trans European Automated Real-time Gross Settement Express Transfer system): is-sistema ta’ saldu f’ħin reali għall-euro, li tipprovdi saldu ta’ ħlasijiet f’euro fi flus tal-bank ċentrali. TARGET2 huwa stabbilit u jiffunzjona fuq il-bażi ta’ pjattaforma waħda, li permezz tagħha l-ordnijiet kollha ta’ ħlas jintbagħtu u jiġu pproċessati u li permezz tagħhom jigu rcevuti bl-istess mod tekniku. TARGET2 għandu l-istruttura legali bħala multipliċità ta’ sistemi RTGS (sistemi ta’ komponent TARGET2).

Titoli sostnuti minn assi (ABS): strumenti ta’ dejn li huma sostnuti minn grupp ta’ assi finanzjarji ringfenced (fissi jew li jduru (revolving)). li jikkonvertu fi flus kontanti f’perijodu ta’ żmien iddefinit. Barra minn dan, id-drittijiet jew assi oħra jistgħu jeżistu biex jiżguraw il-manutenzjoni jew id-distribuzzjoni fil-ħin tad-dħul lid-detenturi tat-titolu. B’mod ġenerali, titoli sostnuti minn assi jinħargu b’vettura ta’ investiment maħluqa apposta li tkun akkwistat il-grupp tal-assi finanzjarji mill-oriġinatur/il-bejjiegħ. F’dan ir-rigward, il-ħlasijiet fuq it-titoli sostnuti minn assi jiddependu primarjament mill-flussi tal-flus kontanti ġġenerati mill-assi fil-grupp sottostanti u d-drittijiet l-oħra, iddisinjati biex jiżguraw il-ħlas fil-ħin, bħall-faċilitajiet tal-likwidità, il-garanziji jew karatteristiċi oħra magħrufa ġeneralment bħala titjib tal-kreditu.

Tmiem il-jum: il-ħin tal-jum ta’ negozju wara l-għeluq tat-TARGET2 li fih il-ħlasijiet ipproċessati fit-TARGET2 huma ffinalizzati għal dak il-jum.

Tnaqqis fil-valutazzjoni: miżura ta’ kontroll tar-riskju applikata għal assi sottostanti użata fi tranżazzjonijiet irriversjati, jiġifieri li l-bank ċentrali japplika tnaqqis tal-valur tas-suq teoretiku tal-attiv b’ċertu persentaġġ qabel ma japplika xi haircut ta’ valutazzjoni.

Tnaqqis standardizzat: il-persentaġġ fiss tal-ammont dovut ta’ titoli ta’ dejn b’maturità miftiehem sa sentejn (inkluż karta tas-suq tal-flus) u li jista’ jitnaqqas mill-bażi tar-riżerva mill-emittenti li ma jistgħux jippreżentaw evidenza li dak l-ammont pendenti huwa miżmum minn istituzzjonijiet oħrajn suġġett għas-sistema ta’ riżerva minima tal-Eurosistema, mill-BĊE jew minn BĊN.

Tranżazzjoni diretta: tranżazzjoni fejn l-assi jinxtraw jew jinbiegħu sal-maturità tagħhom (tal-mument jew bil-quddiem).

Tranżazzjoni rriversjata: operazzjoni li biha l-BĊN jixtri jew ibiegħ assi taħt ftehim ta’ xiri mill-ġdid jew iwettaq operazzjonijiet ta’ kreditu kontra kollateral.

Tranżazzjoni ta’ hedge tal-valuta: ftehim iffirmat bejn l-emittent u l-kontroparti ta’ hedge, li bis-saħħa tiegħu parti mir-riskju tal-valuta li jirriżulta mill-irċevuta ta’ flussi ta’ flus kontanti f’valuta li mhijiex euro, jittaffa billi jiġu skambjati l-flussi tal-flus kontanti għall-ħlasijiet fil-valuta euro li għandhom isiru mill-kontroparti tal-hedge, inkluża kull garanzija mill-kontroparti tal-hedge ta’ dawk il-ħlasijiet.

Trasferiment finali: trasferiment irrevokabbli u mingħajr kundizzjoni li jeffettwa l-eżekuzzjoni tal-obbligu li jsir trasferiment.Proċedura ta’ sejħa għal offerti: proċedura li biha l-bank ċentrali jipprovdi likwidità għal jew jiġbed likwidità mis-suq fuq il-bażi ta’ offerti mibgħuta minn kontropartijiet f’kompetizzjoni ma’ xulxin. L-aktar offerti kompetittivi huma sodisfatti l-ewwel sakemm l-ammont totali ta’ likwidità li għandu jiġi pprovdut jew miġbud mill-bank ċentrali jintuża kollu.

Trattat: it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Żona tal-euro: iż-żona li tinkludi l-Istati Membri fejn politika monetarja waħda titħaddem taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE.


(1)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.

Appendiċi 3

GĦAŻLA TA’ KONTROPARTIJIET GĦALL-OPERAZZJONIJIET TA’ INTERVENT TA’ KAMBJU BARRANI U SWAPS TAL-KAMBJU BARRANI GĦAL FINIJIET TA’ POLITIKA MONETARJA

L-għażla ta’ kontropartijiet għal operazzjonijiet ta’ intervent tal-kambju barrani u swaps tal-kambju barrani għall-finijiet ta’ politika monetarja għandhom isegwu approċċ uniformi irrispettivament mill-istruttura organizzattiva magħżula għall-operazzjonijiet esterni tal-Eurosistema. Il-politika tal-għażla ma tfissirx devjazzjoni sostanzjali mill-istandards ta’ suq eżistenti, billi tnisslet mill-armonizzazzjoni tal-aħjar prattiċi kurrenti tal-BĊNi. L-għażla tal-kontropartijiet għall-operazzjonijiet ta’ intervent tal-kambju barrani tal-Eurosistema għandha tkun ibbażata, primarjament, fuq żewġ settijiet ta’ kriterji.

L-ewwel sett tal-kriterji huwa ispirat mill-prinċipju tal-prudenza. L-ewwel kriterju ta’ prudenza huwa l-affidabbiltà finanzjarja. li tiġi vvalutata permezz ta’ kombinazzjoni ta’ metodi differenti (per eżempju bl-użu tal-klassifika ta’ kreditu disponibbli minn aġenziji kummerċjali u analiżi interna tal-proporzjonijiet tal-kapital u ta’ negozju ieħor); it-tieni kriterju huwa li l-Eurosistema għandha teħtieġ lill-kontropartijiet ta’ intervent ta’ kambju barrani potenzjali kollha tagħha jkunu suġġetti għal superviżjoni minn superviżur rikonoxxut; u, bħala t-tielet kriterju, il-kontropartijiet ta’ intervent tal-kambju barrani kollha tal-Eurosistema jkunu meħtieġa li jsegwu standards għolja etiċi u li jkollhom reputazzjoni tajba.

Malli l-ħtieġa ta’ prudenza minima titħares, jiġi applikat it-tieni sett ta’ kriterji ispirati minn konsiderazzjonijiet ta’ effiċjenza. L-ewwel kriterju ta’ effiċjenza huwa relatat mal-aġir dwar il-prezzijiet kompetittvi u l-abbiltà tal-kontroparti li tiġġestixxi volumi kbar, ukoll f’kundizzjonijiet tas-suq imqanqla. Il-kwalità u l-kopertura ta’ informazzjoni provduta mill-kontropartijiet jidhru fost kriterji oħrajn ta’ effiċjenza.

Il-grupp ta’ kontropartijiet potenzjali ta’ intervent fil-kambju barrani potenzjali huwa kbir u divers biżżejjed biex jiggarantixxi l-flessibbiltà meħtieġa fl-implimentazzjoni ta’ operzzjonijiet ta’ intervent. Għandu jippermetti lill-Eurosistema li tagħżel minn fost il-kanali ta’ intervent differenti. Sabiex tintervjeni b’mod effiċjenti fil-postijiet ġeografiċi u żoni tal-ħin differenti, l-Eurosistema tista’ tuża l-kontropartijiet fi kwalunkwe ċentru finanzjarju internazzjonali. Iżda, fil-prattika, x’aktarx li parti sostanzjali tal-kontropartijiet tkun tinsab fiż-żona tal-euro. Għal swaps ta’ kambju barrani eżegwiti għal finijiet tal-politika monetarja, il-firxa ta’ kontropartijiet tikkorrispondi mal-kontropartijiet stabbiliti fiż-żona tal-euro li jintgħażlu għal operazzjonijiet ta’ intervent ta’ kambju barrani tal-Eurosistema.

Il-BĊNi jistgħu japplikaw sistemi bbażati fuq limitu sabiex jikkontrollaw skoperturi ta’ kreditu fil-konfront tal-kontropartijiet individwali fi swaps ta’ kambju barrani magħmulin għall-finijiet ta’ politika monetarja.

Appendiċi 4

IL-QAFAS TA’ RAPPURTAR GĦALL-ISTATISTIKA TAL-FLUS U BANKARJA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW  (1)

1.   Introduzzjoni

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (2) jiddefinixxi l-persuni naturali u legali li huma suġġetti għall-ħtiġijiet ta’ rappurtar (l-hekk imsejħa l-popolazzjoni ta’ rappurtar ta’ referenza), ir-reġim ta’ konfidenzjalità u d-dispożizzjonijiet adattati għall-eżekuzzjoni skont l-Artikolu 5.4 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u l-Bank Ċentrali Ewropew (Statut tas-SEBĊ). Barra minn hekk, jintitola lill-BĊE li juża s-setgħa regolatorja tiegħu:

(a)

biex jispeċifika l-popolazzjoni attwali ta’ rappurtar;

(b)

biex jiddefinixxi l-ħtiġijiet ta’ rappurtar statistiku tal-BĊE u jimponihom fuq il-popolazzjoni ta’ rappurtar attwali tal-Istati Membri;

(c)

biex jispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom il-BĊE u l-BĊNi (BĊNi) jistgħu jeżerċitaw id-dritt li jivverifikaw jew iwettqu l-ġbir obbligatorju ta’ informazzjoni statistika.

2.   Konsiderazzjonijiet ġenerali

L-għan tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Dicembru 2008 dwar il-karta tal-bilanc tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BCE/2008/32) (3), huwa li jippermetti lill-BĊE u, skont l-Artikolu 5.2 tal-Istatut tas-SEBĊ, lill-BĊNi – li jwettqu x-xoghol sal-limitu possibbli – biex jiġbru l-materjal statistiku meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ u, b’mod partikolari, il-kompitu li jiddefinixxu u jimplimentaw il-politika monetarja tal-Unjoni skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-informazzjoni statistika miġbura skont ir-Regolament BĊE/2008/32 tintuża biex tistabbilixxi karta tal-bilanċ konsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFI), li l-mira prinċipali tagħha hija li tipprovdi lill-BĊE bi stampa statistika komprensiva ta’ żviluppi monetarji li jkopru l-assi aggregati finanzjarji u l-passiv tal-MFIs li jinsabu fl-Istati Membri parteċipanti, li huma meqjusa bħala territorju ekonomiku wieħed.

Għall-għanijiet ta’ statistika l-ħtiġijiet ta’ rappurtar tal-BĊE fil-kuntest tal-karta tal-bilanċ konsolidata tas-settur MFI huma bbażati fuq tliet konsiderazzjonijiet prinċipali.

L-ewwel nett, il-BĊE għandu jirċievi informazzjoni statistika aġġornata, affidabbli u paragunabbli, li tinġabar taħt termini u kundizzjonijiet paragunabbli fiż-żona tal-euro kollha. Għalkemm id-dejta hija miġbura b’mod deċentralizzat mill-BĊE skont l-Artikolu 5.1 u 5.2 tal-Istatut u, sa fejn hu meħtieġ, b’kombinazzjoni ma’ aktar ħtiġijiet ta’ statistika għall-Komunità jew finijiet nazzjonali, huma meħtieġa grad suffiċjenti ta’ armonizzazzjoni u konformità mal-istandards minimi ta’ rappurtar minħabba l-ħtieġa li tiġi stabbilita bażi ta’ statistika affidabbli għad-definizzjoni u t-twettiq tal-politika monetarja waħda.

It-tieni nett, l-obbligi ta’ rappurtar imniżżla fir-Regolament BĊE/2008/32 għandhom josservaw il-prinċipji ta’ trasparenza u ċertezza legali. Ir-raġuni għal dan hija li dak ir-Regolament jorbot kollu kemm hu u japplika direttament fiz-żona tal-euro kollha. Jimponi obbligi direttament fuq persuni naturali jew legali li fuqhom il-BĊE jista’ jimponi sanzjonijiet kull meta l-ħtiġijiet ta’ rappurtar tal-BĊE ma jiġux imħarsa (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98). L-obbligi ta’ rappurtar huma għalhekk definiti b’mod ċar u kull diskrezzjoni eżerċitata mill-BĊE fil-verifika jew il-ġbir obbligatorju ta’ informazzjoni statistika ssegwi prinċipji identifikabbli. It-tielet nett, il-BĊE għandu jimminimizza l-piż ta’ rappurtar involut, skont il-prinċipji statistiċi li jirregolaw l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika mis-SEBĊ (ara l-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98). Dawn il-prinċipji huma definiti aktar fl-impenn pubbliku fuq l-istatistika Ewropea mis-SEBĊ, kif ippubblikat fis-sit elettroniku tal-BĊE.

Għalhekk, il-materjal ta’ statistika miġbur mill-BĊNi taħt ir-Regolament (KE) BCE/2008/32 huwa użat ukoll għall-kalkolu tal-bażi tar-riżerva skont ir-Regolament BCE/2003/9.

Ir-Regolament BĊE/2008/32 jiddefinixxi biss, f’termini ġenerali, il-popolazzjoni ta’ rappurtar attwali u l-obbligi ta’ rappurtar tagħha, u l-prinċipji li skont dawn il-BĊE u l-BĊNi normalment jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom biex jivverifikaw jew jiġbru b’mod obbligatorju l-informazzjoni statistika. Id-dettalji tal-informazzjoni statistika li għandhom ikunu rapportati biex jikkonformaw mal-ħtiġijiet ta’ rappurtar statistiku tal-BĊE u l-istandards minimi li għandhom ikunu segwiti huma speċifikati fl-Annessi I sa IV tar-Regolament BĊE/2008/32.

3.   Popolazzjoni ta’ rapportar attwali; lista ta’ MFIs għall-finijiet ta’ statistika

MFIs jikkomprendu istituzzjonijiet ta’ kreditu residenti kif definiti fil-liġijiet tal-Unjoni, u l-istituzzjonijiet finanzjarji residenti l-oħra kollha li n-negozju tagħhom huwa li jirċievu depożiti u/jew sostituti viċini għal depożiti minn entitajiet oħra għajr l-MFIs u li, f’isimhom (għall-inqas f’termini ekonomiċi) jikkonċedu krediti u/jew jinvestu f’titoli. Il-BĊE jistabbilixxi u jżomm lista ta’ istituzzjonijiet skont din id-definizzjoni u skont il-prinċipji ta’ klassifikazzjoni speċifikati fl-Anness I tar-Regolament BĊE/2008/32. Il-kompetenza biex jistabbilixxi u jżomm din il-lista ta’ MFIs għal għanijiet statistiċi hija tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE. Il-popolazzjoni ta’ MFIs residenti fiż-żona tal-euro tikkostitwixxi l-popolazzjoni attwali ta’ rappurtar. Il-BĊNi huma intitolati li jagħtu derogi lil MFIs żgħar skont l-Artikolu 8 tar-Regolament BĊE/208/32. Dawn id-derogi jippermettu lill-BĊNi li japplikaw l-metodu ta’ “cutting off the tail”.

4.   Obbligi tar-rappurtar statistiku

Biex tiġi stabbilita l-karta tal-bilanċ konsolidata, il-popolazzjoni attwali residenti ta’ rappurtar għandha tirrapporta informazzjoni statistika relatata mal-karta tal-bilanċ tagħhom fuq bażi ta’ kull xahar. Aktar informazzjoni hija meħtieġa fuq bażi trimestrali. L-informazzjoni statistika li għandha tiġi rappurtata hija speċifikata aktar fl-Anness I tar-Regolament BĊE/2008/32. Id-dejta statistika rilevanti tinġabar mill-BĊNi, li għandhom jiddefinixxu l-proċeduri ta’ rappurtar li għandhom jiġu segwiti.

Ir-Regolament BĊE/2008/32 ma jżommx lill-BĊNi milli jiġbru, mill-popolazzjoni attwali ta’ rappurtar, l-informazzjoni statistika meħtiega biex tikkonforma mal-ħtiġijiet statistiċi tal-BĊE bħala parti minn qafas ta’ rappurtar statistiku aktar wiesa’ li l-BĊNi jistabbilixxu taħt ir-responsabbiltà tagħhom stess skont id-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali jew prattika stabbilita u li sservi finijiet oħra ta’ statistika. Madankollu, dan għandu jkun mingħajr preġudizzju li jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet statistiċi li hemm fir-Regolament BĊE/2008/32. F’każijiet speċifiċi, il-BĊE jista’ jiddependi fuq informazzjoni statistika miġbura għal dawn l-iskopijiet biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tiegħu.

Il-konsegwenza li tingħata deroga minn BĊN kif definit hawn fuq hija li l-MFIs zgħar konċernati jkunu suġġetti għal obbligi mnaqqsa ta’ rappurtar (li jimplika, fost ħwejjeg oħra, rappurtar trimestrali biss) li huma obbligatorji fil-kuntest ta’ riżervi minimi u huma specifikati fl-Anness III tar-Regolament BĊE/2008/32. Ħtiġijiet għal dawk l-MFIs żgħar li mhumiex istituzzjonijiet ta’ kreditu jidhru fl-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, l-MFIs li jkunu ngħataw deroga għandhom l-għażla li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ rappurtar sħiħ.

5.   Użu ta’ informazzjoni statistika taħt ir-Regolament BĊE dwar riservi minimi

Biex jigi mminimizzat il-piż tar-rappurtar u biex tigi evitata kull duplikazzjoni fil-ġbir ta’ informazzjoni statistika, l-informazzjoni statistika dwar il-karta ta’ bilanċ rappurtata mill-MFIs taħt ir-Regolament BĊE/2008/32 tintuża wkoll biex tiġi kkalkulata l-bażi ta’ riżerva taħt ir-Regolament BĊE/2003/9.

Tassew, ghall-finijiet ta’ statistika, l-aġenti tar-rappurtar għandhom jirrapportaw dejta lill-BĊN rispettiv tagħhom skont il-qafas tat-Tabella 1 aktar ’l isfel, li hija inkluza fl-Anness III tar-Regolament BCE/2008/32. Fit-Tabella 1, il-kaxxi mmarkati b’ “*” jintużaw mill-istituzzjonijiet ta’ rappurtar biex jikkalkulaw il-bażi ta’ riżerva tagħhom (ara l-Kaxxa 9 fil-Kapitolu 7).

Sabiex isir kalkolu korrett tal-bażi tar-riżerva li għaliha huwa applikat proporzjon pożittiv ta’ riżerva, tqassim dettaljat huwa meħtieg għal depożiti b’maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn, għal depożiti li jistgħu jinfdew b’avviż ta’ aktar minn sentejn u għal passiv repo ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-konfront tad-(“domestici” u “Stati Membri parteċipanti oħrajn”) “MFIs”, “istituzzjonijiet ta’ kreditu suġġetti għal riżervi minimi, il-BĊE u l-BĊNi” u s-setturi tal-“Gvern Ċentrali”, u fil-konfront tal-“bqija tad-dinja”.

Barra minn dan, skont is-sistemi nazzjonali ta’ ġbir u mingħajr preġudizzju għall-konformità sħiħa mad-definizzjonijiet u l-prinċipji ta’ klassifika tal-karta tal-bilanċ tal-MFI stabbiliti f’dan ir-Regolament BĊE/2008/32, istituzzjonijiet ta’ kreditu suġġetti għall-ħtieġa ta’ riżervi minimi jistgħu alternattivament jirrappurtaw dejta meħtieġa biex jikkalkolaw il-bażi tar-riżerva, minbarra dawk fi strumenti negozjabbli, skont it-Tabella 1, iżda m’għandhomx jiġu affettwati l-pożizzjonijiet stampati bil-grassett tat-Tabella 1.

L-Anness III tar-Regolament BĊE/2008/32 fih dispożizzjonijiet speċifici u tranżitorji u dispożizzjonijiet dwar għaqdiet li jinvolvu istituzzjonijiet ta’ kreditu fir-rigward tal-applikazzjoni tas-sistema ta’ riżervi minimi.

L-Anness III tar-Regolament BĊE/2008/32 jinkludi, b’mod partikolari, skema ta’ rappurtar għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu fit-“tail” [denb]. Istituzzjonijiet tal-kreditu fid-“denb” għandhom jirrapportaw, bħala minimu, id-dejta trimestrali meħtieġa għall-kalkolu tal-bażi tar-riżerva skont it-Tabella 1. Dawn l-istituzzjonijiet jiżguraw li r-rappurtar skont it-Tabella 1a huwa konsistenti għal kollox mad-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet applikabbli fit-Tabella 1. Id-data tal-bażi tar-riżerva tal-istituzzjonijiet tad-denb għal tliet perijodi ta’ żamma ta’ riżerva huma bbażati fuq data tal-aħħar tat-trimestru miġburin mill-BĊNi.

L-Anness III jinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar fuq bażi aggregata bħala grupp mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Meta jirċievu awtorizzazzjoni mill-BĊE, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu suġġetti għar-riżervi minimi ġewwa territorju nazzjonali wieħed jistghu jirrapportaw dejta statistika dwar il-bażi ta’ riżerva konsolidata bħala grupp, sakemm l-istituzzjonijiet kollha kkonċernati jkunu kollha rrinunzjaw għall-benefiċċju ta’ kull allowance f’somma waħda mill-ħtieġa ta’ riżerva. Il-benefiċċju ta’ allowance f’somma waħda jibqa’, madankollu, għall-grupp kollu in ġenerali. Jekk grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu tħalla jżomm riżervi minimi permezz ta’ intermedjarju imma ma jibbenefikax minn dan ir-rappurtar ta’ grupp, il-BĊN rilevanti jista’ jawtorizza l-intermedjarju biex jagħmel rappurtar statistiku aggregat (li ma jkunx tal-bażi ta’ riżerva) f’isem dan il-grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu. F’dan il-każ, il-benefiċċju ta’ allowance f’somma f’daqqa jibqa’ għal kull membru tal-grupp. L-istituzzjonijiet kollha kkonċernati huma inklużi separatament fil-lista tal-MFIs tal-BĊE.

Barra minn hekk, l-anness jinkludi dispożizzjonijiet li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ għaqdiet li jinvolvu istituzzjonijiet ta’ kreditu. It-termini “għaqda”, “istituzzjonijiet li jingħaqdu” u “istituzzjoni li takkwista” għandhom l-istess tifsira stabbilita fl-Artikolu 1 tar-Regolament BĊE/2003/9. Għall-perijodu ta’ żamma li fih issir għaqda, il-ħtiġijiet ta’ riżerva tal-istituzzjoni li takkwista huma kkalkulati u għandhom jiġu ssodisfatti kif stabbilit fl-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament. Għal perjodi konsekuttivi ta’ żamma ta’ riżerva, ir-rekwiżiti tar-riżerva tal-istituzzjoni li takkwista huma kalkolati fuq il-bażi tal-bażi ta’ riżerva u fuq l-informazzjoni statistika skont ir-regoli speċifiċi (ara t-tabella fl-Anness III tar-Regolament BĊE/1998/16), jekk applikabbli. Jekk le, japplikaw ir-regoli normali għar-rappurtar ta’ informazzjoni statistika u l-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ riżerva, kif stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament BĊE/2003/9. Barra minn dan, il-BĊN relevanti jista’ jawtorizza lill-istituzzjoni li takkwista li twettaq l-obbligi tagħha biex tirrapporta informazzjoni statistika permezz ta’ proċeduri temporanji. Din id-deroga mill-proċeduri normali ta’ rappurtar għandha tkun limitata għall-anqas żmien possibbli u, f’kull każ, m’għandhiex taqbeż is-sitt xhur minn mindu tkun seħħet l-inkorporazzjoni. Din id-deroga hija mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-istituzzjoni li takkwista li twettaq l-obbligi tagħha ta’ rappurtar skont ir-Regolament BĊE/2008/32 u, jekk applikabbli, l-obbligu tagħha li tassumi l-obbligi tar-rappurtar ta’ istituzzjonijiet li jingħaqdu.

Tabella 1

Data meħtieġa biex tiġi pprovduta fi frekwenza ta’ kull xahar (stokks)  (4)

KARTA TA' BILANĊ PARTITI

A.

Domestiċi

B.

Stati Membri parteċipanti oħrajn

C.

Bqija tad-dinja

D.

Mhux allokat

MFIs (6)

Mhux MFIs

MFIs (6)

Mhux MFIs

Total

Banek

Mhux banek

 

Istituzzjonijiet ta' kreditu

Li minnhom: istituzzjonijiet ta' kreditu suġġetti għal RRs, BĊE u BĊNi

Gvern Ġenerali

(S.13)

Setturi residenti oħrajn

 

Istituzzjonijiet ta' kreditu

Li minnhom: istituzzjonijiet ta' kreditu suġġetti għal RRs, BĊE u BĊNi

Gvern Ġenerali

(S.13)

Setturi residenti oħrajn

Gvern Ċentrali

(S.1311)

Gvern Ġenerali oħrajn

Total

Intermedjarji finanzjarji oħrajn + awżiljarji finanzjarji

(S.123+S.124)

Kumpanniji tal-assigurazzjoni u fondi ta' pensjoni

(S.125)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

(S.11)

Djar + istituzzjonijiet mhux għal profitt li jservu lid-djar

(S.14+S.15)

Gvern Ċentrali

(S.1311)

Gvern Ġenerali oħrajn

Total

Intermedjarji finanzjarji oħrajn + awżiljarji finanzjarji

(S.123+S.124)

Kumpanniji tal-assigurazzjoni u fondi ta' pensjoni

(S.125)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

(S.11)

Djar + istituzzjonijiet mhux għal profitt li jservu lid-djar

(S.14+S.15)

 

li minnhom: CCP (7)

li minnhom: FVCs

 

li minnhom: CCP (7)

li minnhom: FVCs

(a)

(b)

(c)

(d)

(e)

(f)

(g)

(h)

(i)

(j)

(k)

(l)

(m)

(n)

(o)

(p)

(q)

(r)

(s)

(t)

PASSIV

8

Valuta fiċ-ċirkulazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9

Depożiti

*

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

*

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

*

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom depożiti trasferibbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom sa sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom self sindakat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9e

Euro

*

 

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

 

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9.1e

Matul il-lejl

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom depożiti trasferibbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9.2e

B'maturita' miftiehma

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn sena sa sentejn

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn sentejn

*

 

*

*

*

*

 

 

 

 

 

 

*

 

*

*

*

*

 

 

 

 

 

 

*

 

 

 

9.3e

Jinfeda b'avviż

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa 3 xhur

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn 3 xhur

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom iktar minn sentejn (5)

*

 

*

*

*

*

 

 

 

 

 

 

*

 

*

*

*

*

 

 

 

 

 

 

*

 

 

 

9.4e

Repos

*

 

*

*

*

*

 

 

 

 

 

 

*

 

*

*

*

*

 

 

 

 

 

 

*

 

 

 

9x

Valuti barranin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9.1x

Matul il-lejl

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9.2x

B'maturita' miftiehma

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn sena u sa sentejn

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn sentejn

*

 

*

*

*

*

 

 

 

 

 

 

*

 

*

*

*

*

 

 

 

 

 

 

*

 

 

 

9.3x

Jinfdew b'avviż

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa 3 xhur

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn 3 xhur

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom iktar minn sentejn (5)

*

 

*

*

*

*

 

 

 

 

 

 

*

 

*

*

*

*

 

 

 

 

 

 

*

 

 

 

9.4x

Repos

*

 

*

*

*

*

 

 

 

 

 

 

*

 

*

*

*

*

 

 

 

 

 

 

*

 

 

 

10

Ishma/Unitajiet MMFs  (6)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11

Titoli ta' dejn maħruġin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11e

Euro

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

iktar minn sena u sa sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

li minnhom sa sentejn u garanzija ta' kapital nominali inqas minn 100 %

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

11x

Valuti barranin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

iktar minn sena u sa sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

li minnhom sa sentejn u kapital nominali inqas minn 100 %

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

12

Kapital u riżervi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

13

Passiv li jibqa'

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


KARTA TA' BILANĊ PARTITI

A.

Domestiċi

B.

Stati Membri parteċipanti oħrajn

C.

Bqija tad-dinja

D.

Mhux allokat

MFIs

Mhux MFIs

MFIs

Mhux MFIs

 

Gvern Ġenerali

(S.13)

Setturi ta' residenti oħrajn

 

Gvern Ġenerali

(S.13)

Setturi ta' residenti oħrajn

Total

Intermedjarji finanzjarji oħrajn + awżiljarji oħrajn

(S.123+S.124)

Kumpanniji tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

(S.125)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

(S.11)

Djar + istituzzjonijiet mhux għal profitt li jservu lid-djar

(S.14+S.15)

Total

Intermedjarji finanzjarji oħrajn + awżiljarji oħrajn

(S.123+S.124)

Kumpanniji tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

(S.125)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

(S.11)

Djar + istituzzjonijiet mhux għal profitt li jservu lid-djar

(S.14+S.15)

 

li minnhom: CCP (7)

li minnhom: FVCs

Total

Kreditu għall-konsum

Self għal xiri ta' djar

Self ieħor

 

li minnhom: CCP (7)

li minnhom: FVCs

Total

Kreditu għall-konsum

Self għal xiri ta' djar

Self ieħor

 

li minnhom: SP/UP (8)

 

li minnhom: SP/UP (8)

ASSI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1

Flus kontanti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1e

li minnhom euro

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

Self

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn sena u sa 5 snin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn 5 snin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom: self sindakat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom: repos

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2e

li minnhom euro

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom: self revolving u overdrafts

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom kreditu ta' karti ta' kreditu ta' konvenjenza

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom kreditu ta' karti ta' kreditu estiż

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

Titoli li mhumiex ishma

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3e

Titoli li mhumiex ishma

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn sena u sa sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3x

Valuti barranin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn sena u sa sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4

Ishma/unitajiet MMF

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5

Ishma u parteċipazzjoni azzjonarja oħra

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6

Assi fissi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7

Assi li jibqa'

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tabella 1a

Rappurtar semplifikat ta’ data meħtieġa għall-ħtiġijiet ta’ riżerva minima

 

Bażi ta’ riżerva kkalkulata bħala s-somma tal-kolonni li ġejjin fit-Tabella 1 (Passiv):

(a)-(b)+(c)+(d)+(e)+(j)-(k)+(l)+(m)+(n)+(s)

9   DEPOŻITI TOTALI

9.1e + 9.1 x

9.2e + 9.2 x

9.3e + 9.3 x

9.4e + 9.4 x

 

li minnhom:

9.2e + 9.2 x bil-maturità miftiehma

fuq sentejn

 

li minnhom:

9.3e + 9.3 x jinfdew wara avviż

fuq sentejn

Rappurtar volontarju

li minnhom:

9.4e + 9.4 x repos

 

 

Kwistjonijiet pendenti, kolonna (t) fit-Tabella 1 (Passiv)

11   TITOLI TA’ DEJN MAĦRUĠIN

11 e + 11 x bil-maturità miftiehma

sa sentejn

 

11   DEBT SECURITIES ISSUED

11 e + 11 x bil-maturità miftiehma

sa sentejn

 

6.   Verifika u ġbir obbligatorju

Il-BĊE nnifsu u l-BĊNi normalment jeżercitaw il-kompetenza li jivverifikaw u jiġbru b’mod obbligatorju l-informazzjoni statistika kull meta l-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità konċettwali u r-reviżjonijiet ma jkunux imħarsin. Dawn l-istandards minimi huma stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament BĊE/2008/32.

7.   Stati Membri tal-UE li l-valuta tagħhom mhijiex l-euro

Billi regolament taħt l-Artikolu 34.1 tal-Istatut tas-SEBĊ ma jikkonferixxix drittijiet jew ma jimponi l-ebda obbligu fuq l-Istati Membri b’deroga (l-Artikolu 42.1 tal-Istatut tas-SEBĊ) u fuq id-Danimarka (paragrafu 1 tal-Protokoll dwar ċerti dispozizzjonijiet li jirrigwardaw id-Danimarka) u mhux applikabbli għar-Renju Unit (paragrafu 7 tal-Protokoll dwar ċerti dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq), ir-Regolament BĊE/2008/32 japplika biss għall-Istati Membri parteċipanti.

Madankollu, l-Artikolu 5 tal-Istatut li jikkonċerna l-kompetenza tal-BĊE u l-BĊNi fil-qasam tal-istatistika u r-Regolament (KE) Nru 2533/98 japplikaw fl-Istati Membri kollha. Dan jimplika wkoll, flimkien mat-tieni u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(3) tat-Trattat, obbligu fuq l-Istati Membri tal-UE li l-valuta tagħhom mhijiex l-euro biex jiddisinjaw u jimplimentaw fil-livell nazzjonali l-miżuri kollha li huma jqisu xierqa sabiex iwettqu l-ġbir tal-informazzjoni kollha statistika meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-rappurtar statistiku tal-BĊE u l-preparazzjonijiet f’waqthom fil-qasam tal-istatistika sabiex ikunu jistgħu jsiru Stati Membri. Dan l-obbligu huwa espliċitu fl-Artikolu 4 u l-premessa 17 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98. Għal raġunijiet ta’ trasparenza, dan l-obbligu speċjali jiġi mtenni fil-premessi tar-Regolament BĊE/2008/32.


(1)  Il-kontenut ta’ dan l-appendiċi huwa pprovdut biss għall-finijiet ta’ informazzjoni.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, pp. 23 - 34.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2009, p. 14.

(4)  Ċelloli markati b’* jiġu użati għall-kalkolu tal-bażi tar-riżerva. Rigward titoli ta’ dejn. l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew jippreżentaw prova tal-passiv li jiġi eskluż mill-bażi ta’ riżerva jew japplikaw tnaqqis standardizzat tal-persentaġġ fiss speċifikat mill-BĊE. Celloli b’tipa rqiqa jiġu rrappurtati biss minn istituzzjonijiet ta’ kreditu bla ħsara għar-rekwiżiti tar-riżervi (RRs). Ara wkoll ir-regoli speċjali fuq l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi fl-Anness III tar-Regolament BĊE/2008/32.

(5)  Ir-rappurtar ta’ din il-partita huwa volontarju sa ma jsir avviż ieħor.

(6)  Dejta taħt din il-partita tista’ tkun suġġetta għall-proċeduri ta’ ġbir statistiku differenti. kif jiddeċiedi l-BĊN skont ir-regoli li hemm fl-Anness I, Parti 2 tar-Regolament BĊE/2008/32.

(7)  Kontropartijiet ċentrali

(8)  Proprjetarji uniċi/soċjetajiet mhux inkorporati.

Appendiċi 5

IS-SITI ELETTRONIĊI TAL-EUROSISTEMA

BANK ĊENTRALI

SIT ELETTRONIKU

European Central Bank

www.ecb.europa.eu

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

www.nbb.be jew www.bnb.be

Deutsche Bundesbank

www.bundesbank.de

Eesti Pank

www.eestipank.ee

Central Bank of Ireland

www.centralbank.ie

Bank of Greece

www.bankofgreece.gr

Banco de España

www.bde.es

Banque de France

www.banque-france.fr

Banca d’Italia

www.bancaditalia.it

Central Bank of Cyprus

www.centralbank.gov.cy

Banque centrale du Lussemburgu

www.bcl.lu

Central Bank of Malta

www.centralbankmalta.org

De Nederlandsche Bank

www.dnb.nl

Oesterreichische Nationalbank

www.oenb.at

Banco de Portugal

www.bportugal.pt

Národná banka Slovenska

www.nbs.sk

Banka Slovenije

www.bsi.si

Suomen Pankki

www.bof.fi

Appendiċi 6

PROĊEDURI U SANZJONIJIET LI JIĠU APPLIKATI FIL-KAŻ TA’ NUQQAS TA’ KONFORMITÀ MAL-OBBLIGI TAL-KONTROPARTI

1.   Penalitajiet finanzjarji

Fil-każ ta’ ksur minn kontroparti tar-regoli tas-sejħa għal offerti (1), tar-regoli ta’ tranżazzjonijiet bilaterali (2), tar-regoli għall-użu tal-assi sottostanti (3), ir-regoli tat-tmiem il-jum u l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali (4), l-Eurosistema għandha tapplika penalitajiet finanzjarji kif ġej:

(a)

Għall-ksur tar-regoli relatati ma’ operazzjonijiet ta’ sejħiet għal offerti, tranżazzjonijiet bilaterali u l-użu ta’ assi sottostati, għall-ewwel u t-tieni ksur li jseħħ f’perjodu ta’ 12-il xahar penalità finanzjarja għandha tkun applikata għal kull ksur. Il-penalitajiet finanzjarji li jistgħu jkunu applikati għandhom ikunu komputati bir-rata marġinali tas-self flimkien ma’ 2,5 punti ta’ persentaġġ.

Għal ksur ta’ regoli relatati ma’ operazzjonijiet ta’ sejħiet għal offerti u tranżazzjonijiet bilaterali, il-penalitajiet finanzjarji għandhom ikunu kalkolati fuq il-bażi tal-ammont ta’ kollateral jew flus kontanti li l-kontroparti ma setgħetx tħallas, immultiplikat bil-koeffiċjent ta’ 7/360.

Għal ksur ta’ regoli marbutin mal-użu ta’ assi sottostanti (5), il-penalitajiet finanzjarji għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-ammont ta’ assi ineliġibbli (jew assi li jistgħu ma jintużawx mill-kontroparti), li huma jew: (i) provduti mill-kontroparti lil BĊN jew l-BĊE; jew (ii) ma tneħħewx mill-kontroparti wara 20 jum tax-xogħol wara ġrajja fejn l-assi eliġibbli isiru mhux eliġibbli jew ma jistgħux jibqgħu jintużaw mill-kontroparti, multiplikati b’koeffiċjent ta’ 1/360.

(b)

L-ewwel darba li r-regoli għall-proċeduri tat-tmiem il-jum jew għall-aċċess tal-faċilità ta’ self marġinali jinkisru, il-penalitajiet finanzjarji li jistgħu jiġu applikati għandhom ikunu komputati f’5 punti ta’ persentaġġ. Fil-każ ta’ ksur ripetut ir-rata ta’ imgħax tal-penalità għandha tiżdied b’2.5 punti perċentwali oħra kull darba li dan iseħħ f’perjodu ta’ 12-il xahar, ikkalkolat fuq il-bażi tal-ammont tal-aċċess mhux awtorizzat għall-faċilità ta’ self marġinali.

2.   Penalitajiet mhux finanzjarji

L-Eurosistema għandha tissospendi kontroparti għal ksur tar-regoli relatati ma’ operazzjonijiet ta’ sejħiet għal offerti u tranżazzjonijiet bilaterali, tar-regoli dwar l-assi sottostanti kif jingħad hawn taħt:

2.1.   Sospensjoni wara ksur tar-regoli relatati ma’ operazzjonijiet ta’ sejħiet għal offerti u tranżazzjonijiet bilaterali

Jekk iseħħ it-tielet ksur tal-istess tip f’perijodu ta’ 12-il xahar, l-Eurosistema għandha tissospendi kontropartijiet mill-operazzjoni(jiet) sussegwenti ta’ suq miftuħ tal-istess tip u eżegwiti taħt l-istess proċeduri, li għandhom ikunu inizjati matul ċertu perjodu b’żieda ma’ penalità finanzjarja kalkolata skont ir-regoli stabbiliti fit-Taqsima 1. Is-sospensjoni għandha tiġi applikata skont l-iskala li ġejja:

(a)

jekk l-ammont ta’ kollateral mhux kkunsinjat jew flus kontanti huwa sa 40 % tal-kollateral totali jew flus kontanti li għandhom jiġu kkunsinjati fl-okkażjoni tat-tielet ksur, għandha tiġi applikata sospensjoni ta’ xahar;

(b)

jekk l-ammont ta’ kollateral mhux kkunsinjat jew flus kontanti huwa bejn 40 % u 80 % tal-kollateral totali jew flus kontanti li għandhom jiġu kkunsinjati fl-okkażjoni tat-tielet ksur, għandha tiġi applikata sospensjoni ta’ xahrejn; u

(c)

jekk l-ammont ta’ kollateral mhux kkunsinjat jew flus kontanti huwa bejn 80 % u 100 % tal-kollateral totali jew flus kontanti li għandhom jiġu kkunsinjati fl-okkażjoni tat-tielet ksur, għandha tiġi applikata sospensjoni ta’ tliet xhur.

Dawn il-penalitajiet finanzjarji u l-miżuri ta’ sospensjoni għandhom japplikaw ukoll, mingħajr preġudizzju għat-Taqsima 2.4, għal kull ksur suċċessiv ieħor matul kull perijodu ta’ 12-il xahar.

2.2.   Sospensjoni wara ksur tar-regoli dwar assi sottostanti

Jekk it-tielet ksur iseħħ f’perjodu ta’ 12-il xahar, l-Eurosistema għandha tissospendi lill-kontroparti mill-operazzjoni ta’ suq miftuħ sussegwenti flimkien ma’ penalità finanzjarja kalkolata skont it-Taqsima 1 hawn fuq.

Dawn il-penalitajiet finanzjarji u l-miżuri ta’ sospensjoni għandhom japplikaw ukoll, minghajr pregudizzju għat-Taqsima 2.3, għal kull ksur suċċessiv ieħor matul kull perijodu ta’ 12-il xahar.

2.3.   Sospensjoni mill-aċċess għall-operazzjonijiet kollha ta’ politika monetarja għal ċertu perijodu f’każijiet eċċezzjonali

F’każijiet eċċezzjonali fejn ikun meħtieġ minħabba n-natura serja tal-każ(ijiet) ta’ nonkonformità, u waqt li jitqiesu b’mod partikolari l-ammonti involuti, l-frekwenza jew it-tul tal-każijiet ta’ nonkonformità, tista’ tiġi kkunsidrata, flimkien mal-penalità finanzjarja kalkolata skont it-Taqsima 1 ta’ hawn fuq, is-sospensjoni ta’ kontroparti mill-aċċess għal operazzjonijiet tal-politika monetarja futuri għal perijodu ta’ tliet xhur.

2.4.   Istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħrajn

L-Eurosistema tista’ tiddeċiedi wkoll jekk il-miżura ta’ sospensjoni proposta li għandha tittieħed fil-konfront tal-kontroparti li ma tkunx konformi għandhiex tapplika wkoll għall-fergħat tal-istess istituzzjoni li tinsab fi Stati Membri oħrajn.


(1)  Dan japplika jekk kontroparti tonqos milli tittrasferixxi ammont suffiċjenti ta’ assi sottostanti jew flus (fejn applikabbli, fir-rigward ta’ sejħiet marġinali) fil-jum tas-saldu, jew li jiggarantixxi, permezz ta’ sejħiet marġinali korrispondenti sal-maturità tal-operazzjoni, l-ammont ta’ likwidità li tkun ġiet allokata f’operazzjoni li tipprovdi l-likwidità, jew jekk tonqos milli tittrasferixxi ammont suffiċjenti ta’ flus għas-saldu tal-ammont li tkun ġiet allokata f’operazzjoni li tassorbi l-likwidità.

(2)  Dan japplika jekk kontroparti tonqos milli tittrasferixxi ammont suffiċjenti ta’ assi sottostanti jew jekk tonqos milli tittrasferixxi ammont suffiċjenti ta’ flus għas-saldu tal-ammont li jkun ġie miftiehem fi tranżazzjonijiet bilaterali, jew jekk tonqos milli tiggarantixxi tranżazzjoni bilaterali pendenti f’kull ħin sal-maturità tagħha permezz ta’ sejħiet marġinali korrispondenti.

(3)  Dan japplika jekk kontroparti tkun qed tuża assi li jkunu jew ikunu saru ineliġġibbli (jew li tista’ ma tużax) biex jiggarantixxi kreditu dovut.

(4)  Dan japplika jekk kontroparti jkollha bilanċ negattiv fuq il-kont ta’ settlement fit-tmiem il-jum u ma tħarisx il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali.

(5)  Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw ukoll meta (a) il-kontroparti tkun qed tuża assi mhux eliġibbli jew ipprovdiet informazzjoni li taffettwa l-valur tal-kollaterali negattivament, pereżempju fuq l-ammont pendenti ta’ klejm ta’ kreditu użat, li hu jew kien falz jew skadut; jew (b) il-kontroparti qed tuża assi li huma ineliġibbli minħabba rabtiet mill-qrib bejn l-emittent/il-garanti u l-kontroparti.

Appendiċi 7

ĦOLQIEN TA’ GARANZIJA VALIDA FUQ KLEJMS TA’ KREDITU

Biex jiġi żgurat li jkun hemm garanzija valida fuq il-klejms ta’ kreditu u li l-klejm ta’ kreditu jista’ jitwettaq malajr fil-każ ta’ inadempjenza tal-kontroparti, iridu jiġu sodisfatti ħtiġijiet legali addizzjonali.

(a)

Il-verifika tal-eżistenza tal-klejms ta’ kreditu: Bħala minimu, il-BĊBi għandhom jużaw il-miżuri li ġejjin biex jivverifikaw l-eżistenza ta’ klejms ta’ kreditu sottomessi lill-Eurosistema bħala kollateral: (i) awtoċertifikazzjoni u impenn mill-kontroparti mal-BĊN, tal-inqas kull trimestru, fir-rigward tal-eżistenza tal-klejm ta’ kreditu sottomessi bħala kollateral, li jistgħu jiġu ssostitwiti b’verifika dettaljata tal-informazzjoni miżmuma fir-reġistri ta’ kreditu ċentrali, fejn dawn jeżistu; (ii) verifika ta’ darba minn BĊN, superviżuri jew awdituri esterni tal-proċeduri użati mill-kontroparti biex tiġi sottomessal-informazzjoni fuq l-eżistenza tal-klejms ta’ kreditu lill-Eurosistema; u (iii) verifiki każwali mill-BĊNi, reġisti ta’ kreditu rilevanti, superviżuri jew awdituri esterni tal-kwalità u preċiżjoni tal-awtoċertifikazzjoni.

L-awtoċertifikazzjoni trimestrali u l-impenn taħt (i) aktar ’il fuq jinkludi l-ħtieġa fuq kontropartijiet tal-Eurosistema li jagħmlu dan li ġej bil-miktub:

(i)

tiġi kkonfermata u ssanzjonata l-konformità tal-klejms ta’ kreditu sottomessi lil BĊN bil-kriterji ta’ eliġibbiltà applikati mill-Eurosistema;

(ii)

jiġi kkonfermat u ssanzjonat li l-ebda klejm ta’ kreditu sottomess bħala assi sottostanti mhu qed jiġi użat simultanjament bħala kollateral għall-benefiċċju ta’ terz u jkun hemm l-impenn li l-kontroparti mhu ser timmobilizza l-ebda klejm ta’ kreditu bħala kollateral lil xi terz; u

(iii)

jiġi kkonfermat u ssanzjonat li ssir komunikazzjoni lill-BĊN rilevanti minnufih iżda mhux aktar tard minn matul il-jum ta’ negozju li jmiss dwar kull każ li materjalment jaffettwa r-relazzjoni kuntrattwali attwali bejn il-kontroparti u l-BĊN in kwistjoni, partikolarment ħlasijiet mill-ġdid kmieni, parzjali jew totali, tnaqqis u tibdil materjali fil-kundizzjonijiet tal-klejm ta’ kreditu.

Biex ikunu jistgħu jsiru dawn il-verifiki kif stabbilit f’(ii) u (iii) aktar ’il fuq (verifika ta’ darba u verfiki każwali), superviżuri jew, speċjalment, BĊNi jew awdituri esterni għandhom ikunu awtorizzati biex jagħmlu din l-investigazzjoni, jekk meħtieġ kuntrattwalment jew skont il-ħtiġijiet nazzjonali applikabbli.

(b)

In-notifika tad-debitur dwar il-mobilizzazzjoni tal-klejm ta’ kreditu jew ir-reġistrazzjoni ta’ din il-mobilizzazzjoni: Fir-rigward tan-notifika tad-debitur dwar il-mobilizzazzjoni tal-klejm ta’ kreditu bħala kollateral, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tal-ġurisżdizzjonijiet differenti involuti, huwa meħtieġ dan li ġej:

(i)

F’ċerti Stat Membri fejn in-notifika tad-dejn dwar il-mobilizzazzjoni tal-klejm ta’ kreditu bħala kollateral hija prekundizzjoni ta’ mobilizzazzjoni valida taħt il-liġi nazzjonali, kif speċifikat mid-dokumentazzjoni nazzjonali applikabbli, notifika ex ante tad-debitur għandha tkun ħtieġa legali għall-eliġibbiltà tal-klejm ta’ kreditu. Notifika ex ante tad-debitur għall-finijiet ta’ eliġibbiltà teħtieġ li d-debitur jiġi nnotifikat mill-kontroparti jew il-BĊN (kif speċifikat mid-dokumentazzjoni nazzjonali applikabbli) dwar li l-klejm ta’ kreditu ġie mobilizzat bħala kollateral mill-kontroparti għall-benefiċċju tal-BĊN bil-quddiem jew fiż-żmien tal-mobilizzazzjoni attwali tiegħu bħala kollateral;

(ii)

F’ċerti Stati Membri oħrajn fejn ir-reġistrazzjoni b’effett pubbliku tal-mobilizzazzjoni tal-klejm ta’ kreditu bħala kollateral hija prekundizzjoni għal mobilizzazzjoni valida jew, f’ċerti każijiet, prekundizzjoni għall-prijorità tal-klejm ta’ kreditu taħt il-liġi nazzjonali, kif speċifikat mid-dokumentazzjoni nazzjonali applikabbli, dik ir-reġistrazzjoni għandha tkun meħtieġa bil-quddiem jew fiż-żmien tal-mobilizzazzjoni attwali tagħha bħala kollateral;

(iii)

Fl-aħħar nett, fi Stati Membri fejn notifika ex ante tad-debitur jew reġistrazzjoni b’effett pubbliku tal-mobilizzazzjoni tal-klejm ta’ kreditu bħala kollateral mhijiex meħtieġa skont a) u b) ta’ hawn fuq, kif speċifikat mid-dokumentazzjoni nazzjonali applikabbli, tkun meħtieġa notifika ex post tad-debitur. Notifika ex post tad-debitur teħtieġ li d-debitur jiġi nnotifikat mill-kontroparti jew il-BĊN (kif speċifikat mid-dokumentazzjoni nazzjonali) dwar il-klejm ta’ kreditu li qed jiġi mobilizzat bħala kollateral mill-kontroparti għall-benefiċċju tal-BĊN minnufih wara każ ta’ kreditu. “Każ ta’ kreditu” tfisser inadempjenza jew każijiet simili kif definiti aktar mid-dokumentazzjoni nazzjonali applikabbli.

Ma hemmx ħtieġa ta’ notifikazzjoni fil-każijiet fejn il-klejms ta’ kreditu huma strumenti bearer li għalihom mhijiex meħtieġa notifika skont il-liġi nazzjonali applikabbli. F’dawn il-każijiet, hemm il-ħtieġa biex fiżikament jiġu ttrasferiti dawn l-istrumenti bearer lill-BĊN in kwistjoni bil-quddiem jew fil-ħin tal-mobilizzazzjoni attwali tagħhom bħala kollateral.

Dawn ta’ hawn fuq huma l-ħtiġijiet minimi. BĊNi jistgħu jiddeċiedu li jeħtieġu notifika ex ante jew reġistrazzjoni flimkien mal-każijiet ta’ hawn fuq, kif speċifikat mid-dokumentazzjoni applikabbli nazzjonali.

(c)

In-nuqqas ta’ restrizzjonijiet li jirrigwardaw is-segretezza u l-kunfidenzjalità bankarja: Il-kontroparti m’għandhiex tkun taħt obbligu li tikseb l-approvazzjoni tad-debitur għall-iżvelar tal-informazzjoni dwar il-klejm ta’ kreditu u d-debitur li huma meħtieġa mill-Eurosistema għall-finijiet li jiġi żgurat li tinħoloq garanzija valida fuq il-klejm ta’ kreditu u li l-klejms ta’ kreditu jistgħu jiġu rrealizzati malajr fil-każ tal-inadempjneza tal-kontroparti. Il-kontroparti u d-debitur għandhom jiftiehmu kuntrattwalment li d-debitur jagħti l-kunsens mingħajr kundizzjoni għall-iżvelar ta’ dawn id-dettalji dwar il-klejm ta’ kreditu u tad-debitur lill-Eurosistema. Ma tkunx meħtieġa dispożizzjoni bħal din jekk ma hemmx regoli li jirrestrinġu l-għoti ta’ din l-informazzjoni taħt il-liġi nazzjonali, kif speċifikat fid-dokumentazzjoni nazzjonali applikabbli.

(d)

In-nuqqas ta’ restrizzjonijiet fuq il-mobilizzazzjoni tal-klejm ta’ kreditu; Il-kontropartijiet għandhom jiżguraw li l-klejms ta’ kreditu huma trasferibbli għal kollox u jistgħu jiġu mobilizzati mingħajr restrizzjoni bħala kollateral għall-benefiċċju tal-Eurosistema. M’għandu jkun hemm l-ebda stipulazzjoni restrittiva dwar il-mobilizzazzjoni fil-ftehim tal-klejm ta’ kreditu jew f’arranġamenti kuntrattwali oħrajn bejn il-kontroparti u d-debitur, sakemm leġiżlazzjoni nazzjonali ma tispeċifikax pożizzjoni privileġġata tal-Eurosistema fir-rigward tal-mobilizzazzjoni tal-kollateral, immaterjalment minn restrizzjonijiet kuntrattwali eventwali.

(e)

In-nuqqas ta’ restrizzjonijiet fuq il-mobilizzazzjoni tal-klejm ta’ kreditu: Il-ftehim ta’ klejm ta’ kreditu jew arranġamenti kuntrattwali oħrajn bejn il-partijiet u d-debitur ma għandhom ikollhom l-ebda restrizzjoni dwar ir-realizzazzjoni tal-klejm ta’ kreditu użat bħala kollateral, inklużi kull forma, żmien jew ħtieġa oħra fir-rigward tar-realizzazzjoni.


ANNESS II

KARATTERISTIĊI KOMUNI MINIMI ADDIZZJONALI

I.   Karatteristiċi komuni minimi addizzjonali applikabbli għall-arranġamenti kollha għal operazzjonijiet ta’ politika monetarja

1.

L-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji relevanti applikati mill-BĊN għandhom jiżguraw li termini jew kondizzjonijiet standard tiegħu jkunu applikabbli għal operazzjonijiet ta’ politika monetarja.

2.

L-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji relevanti applikabbli mill-BĊN għandhom jiżguraw li l-BĊNi ikunu jistgħu jimplimentaw kull emenda għall-qafas tal-politika monetarja mingħajr dewmien żejjed. Għandu jkun hemm il-faċilità biex jiġi kkomunikat avviż ta’ dawk il-bidliet, b’ċertezza dwar il-mument li fih ikollu effett legali, lill-kontropartijiet.

3.

L-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji relevanti applikati mill-BĊN għandhom jistipulaw li l-ħlasijiet kollha li jirrigwardaw operazzjonijiet ta’ politika monetarja (minbarra ħlasijiet f’valuta barranija fi ftehim dwar swaps ta’ kambju barrani) għandhom ikunu fl-ewro.

4.

Jekk ikun meħtieġ li jiġu kkostitwiti t-tranżazzjonijiet kollha taħt il-ftehim bħala arranġament wieħed kuntrattwali u/jew li jiġi kkostitwit il-ftehim bħala ftehim prinċipali sabiex ikun permess l-għeluq effettiv u l-innettjar tat-terminazzjoni, dik id-dispożizzjoni għandha tkun inkluża.

5.

L-arrangamenti kuntrattwali jew regolatorji rilevanti applikati mill-BĊN għandhom jiżguraw li, fir-relazzjoni bejn l-BĊN u l-Kontropartijiet, jkun hemm fis-seħħ regoli adattati u mhux ambigwi li jirrigwardaw l-użu ta’ forom (inkluża l-konferma ta’ termini ta’ tranżazzjonijiet), u dawk li jġorru d-dejta u l-mezzi u l-modi speċifiċi ta’ komunikazzjoni.

6.

L-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji relevanti applikabbli mill-BĊN tal-anqas għandhom jipprovdu każijiet ta’ inadempjenza li ma jkunux materjalment differenti minn dan li ġej:

(a)

tittieħed deċiżjoni mill-awtorità ġudizzjarja jew awtorità oħra kompetenti għall-implimentazzjoni fir-rigward tal-Kontroparti ta’ proċedura għall-istralċ tal-Kontroparti jew il-ħatra ta’ stralċjarju jew uffiċjal analogu fuq il-Kontroparti jew xi proċedura oħra analoga; jew

(b)

tittieħed deċiżjoni mill-awtorità ġudizzjarja jew awtorità oħra kompetenti għall-implimentazzjoni fir-rigward tal-Kontroparti ta’ miżura ta’ riorganizzazzjoni jew proċedura analoga oħra maħsuba biex tissalvagwardja jew treġġa’ lura s-sitwazzjoni finanzjarja tal-Kontroparti u li jiġi evitat li tittieħed deċiżjoni tat-tip imsemmija fl-(a) iktar ’il fuq; jew

(c)

dikjarazzjoni mill-Kontroparti bil-miktub dwar l-inabbiltà tagħha li tħallas id-djun tagħha kollha jew parti minnhom jew li tħares l-obbligi tagħha li joħorġu fir-rigward tat-tranżazzjonijiet ta’ politika monetarja, jew ftehim volontarju ġenerali jew arranġament li tidħol fih mal-kredituri tagħha, jew jekk il-Kontroparti tkun, jew titqies li tkun insolventi jew titqies li ma tkunx tista’ tħallas id-djun tagħha; jew

(d)

passi proċedurali qabel deċiżjoni taħt l-(a) jew (b) ta’ iktar ’il fuq; jew

(e)

kwalunkwe rappreżentazzjoni jew dikjarazzjoni oħra prekuntrattwali magħmula mill-Kontroparti jew li huwa mifhum li tkun saret mill-Kontroparti taħt dispożizzjonijiet tal-liġi applikabbli tkun skorretta jew mhux vera; jew

(f)

l-awtorizzazzjoni tal-Kontroparti biex twettaq attivitajiet skont jew id-Direttiva 2006/48/KE jew id-Direttiva 2004/39/KE, kif implimentata fl-Istat Membru relevanti tal-Eurosistema rispettivament, hija sospiza jew irrevokata; jew

(g)

il-Kontroparti tiġi sospiża jew imkeċċija mis-sħubija ta’ xi sistema ta’ ħlas jew arranġament li bih ħlasijiet taħt tranżazzjonijiet ta’ politika monetarja jsiru jew (ħlief tranżazzjonijiet ta’ swap tal-kambju barrani) tiġi sospiża jew imkeċċija minn sħubija ta’ xi sistema ta’ settlement ta’ titoli użati għas-settlement ta’ tranżazzjonijiet ta’ politika monetarja tal-Eurosistema; jew

(h)

miżuri bhal dawk imsemmija fl-Artikoli 30, 31, 33 u 34 tad-Direttiva 2006/48/KE huma kontra l-Kontroparti; jew

(i)

(fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet irriversjati) il-Kontroparti tonqos li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw miżuri tal-kontroll tar-riskju; jew

(j)

(fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid) il-Kontroparti tonqos li tħallas il-prezz tax-xiri jew il-prezz tax-xiri mill-ġdid jew tonqos milli tikkunsinja assi mixtrija jew mixtrija mill-ġdid; jew (fir-rigward ta’ self kollateralizzat) il-Kontroparti tonqos li tikkunsinja assi jew li tirrimborża l-kreditu fid-dati rispettivament applikabbli għal dawk il-ħlasijiet u kunsinni; jew

(k)

(fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ta’ swap tal-kambju barrani u depożiti b’terminu fiss ta’ żmien) il-Kontroparti tonqos milli tħallas l-ammont f’euro jew (fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ta’ swap tal-kambju barrani) tonqos milli tħallas l-ammonti ta’ valuta barranija fid-dati applikabbli għal dawk il-ħlasijiet; jew

(l)

jiġri każ ta’ inadempjenza (mhux materjalment differenti minn dak definit f’din il-klawżola 6) fir-rigward tal-Kontroparti taħt ftehim konkluż għall-finijiet tal-amministrazzjoni tar-riżervi barranin jew fondi proprji ta’ xi membru tal-Eurosistema; jew

(m)

il-Kontroparti tonqos milli tipprovdi informazzjoni relevanti u b’hekk toħloq konsegwenzi serji għall-BĊN konċernat; jew

(n)

il-Kontroparti tonqos li twettaq xi obbligi oħra tagħha taħt arranġamenti għal tranżazzjonijiet irriversjati u tranżazzjonijiet ta’ swap tal-kambju barrani u (jekk jista’ jkun hemm rimedju) ma tirrimedjax għal dak in-nuqqas f’massimu ta’ 30 jum fil-każ ta’ tranżazzjonijiet kollateralizzati u massimu ta’ 10 ijiem għal tranżazzjonijiet ta’ swap tal-kambju barrani wara li tingħata avviż mill-BĊN biex tagħmel dan; jew

(o)

iseħħ każ ta’ inadempjenza fir-rigward tal-Kontroparti f’xi ftehim ma’ xi membru ieħor tal-Eurosistema li tkun daħlet fih għall-finijiet li twettaq operazzjonijiet ta’ politika monetarja li fir-rigward tagħhom dak il-membru l-ieħor tal-Eurosistema jkun eżerċita d-dritt tiegħu li jagħlaq xi tranżazzjoni taħt dak il-ftehim minħabba il-każ ta’ inadempjenza; jew

(p)

il-Kontroparti ssir suġġetta għall-iffrizar tal-fondi u/jew miżuri oħrajn imposti mill-UE taħt l-Artikolu 75 tat-Trattat li jirrestringi l-kapaċità tal-Kontroparti li tuża l-fondi tagħha; jew

(q)

il-Kontroparti ssir suġġetta għall-iffrizar ta’ fondi u/jew miżuri oħra imposti minn Stat Membru skont l-Artikolu 60(2) tat-Trattat li jirrestrinġu l-abbiltà tal-Kontroparti li tuża l-fondi tagħha; jew

(r)

l-assi kollha jew parti sostanzjali minnhom tal-Kontroparti huma suġġetti għal ordni ta’ iffrizar, sekwestru, qbid jew kull procedura oħra li hija maħsuba biex tipproteġi l-interess pubbliku jew id-drittijiet tal-kredituri tal-Kontroparti; jew

(s)

l-assi kollha jew parti sostanzjali minnhom tal-Kontroparti huma assenjati lil entità oħra; jew

(t)

kull każ ieħor imminenti jew eżistenti li jekk isseħħ ihedded it-twettiq mill-Kontroparti tal-obbligi tagħha skont l-arranġament li hija tkun daħlet fih bl-iskop li teffettwa operazzjonijiet tal-politika monetarja jew kull regoli oħra li tapplika għar-relazzjoni bejn il-Kontroparti u xi wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.

Il-każijiet (a) u (p) għandhom ikunu awtomatiċi; il-każijiet (b), (c) u (q) jistgħu jkunu awtomatiċi; il-każijiet (d) sa (o) u (r) sa (t) ma jistgħux ikunu awtomatiċi u għandhom ikunu diskrezzjonali (jiġifieri magħmula biss wara n-notifika tal-avviż tal-inadempjenza). Dan l-avviż ta’ inadempjenza jista’ jipprovdi “perijodu ta’ grazzja” sa massimu ta’ tlett ijiem tan-negozju biex jiġi rranġat il-każ inkwistjoni. Għal każijiet ta’ inadempjenza li huma diskrezzjonali, id-dispożizzjonijiet dwar l-eżerċizzju ta’ dik id-diskrezzjoni għandhom jipprovdu ċertezza dwar l-effett ta’ dak l-eżerċizzju.

7.

L-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji relevanti applikati mill-BĊN għandhom jiżguraw li fil-każ li sseħħ inadempjenza, il-BĊN jkun intitolat li jeżerċita ir-rimedji li ġejjin:

(a)

jissospendi, jillimita jew jeskludi l-Kontroparti mill-aċċess għal operazzjonijiet ta’ suq miftuh;

(b)

jissospendi, jillimita jew jeskludi lill-Kontroparti mill-aċċess għall-faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema;

(c)

itemm il-ftehim u t-tranżazzjonijiet kollha pendenti; jew

(d)

jitlob it-twettiq aċċellerat tal-klejms li ma jkunux għadhom immaturaw jew li huma kontinġenti.

Barra minn dan, il-BĊN jista’ jkun intitolat li jeżerċita r-rimedji li ġejjin:

(a)

juża d-depożiti tal-Kontroparti mqiegħda mal-BĊN biex ipaċi klejms kontra dik il-Kontroparti;

(b)

jissospendi t-twettiq tal-obbligi kontra l-Kontroparti sakemm il-klejm fuq il-Kontroparti tkun ġiet sodisfatta;

(c)

jikklejmja l-imgħax tan-nuqqas; jew

(d)

jew jikklejmja indenniz għal kull telf li jirrizulta bħala konsegwenza ta’ inadempjenza mill-Kontroparti.

L-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji rilevanti applikati mill-BĊN għandhom jiżguraw illi f’kaz ta’ inadempjenza, dak il-BĊN għandu jkun f’pożizzjoni legali sabiex jirrealizza l-assi kollha pprovduti bħala kollateral mingħajr dewmien żejjed u b’tali mod li l-BĊN ikun intitolat jirrealizza l-valur tal-kreditu pprovdut, jekk il-Kontroparti ma tħallasx il-bilanċ negattiv tagħha fil-pront. Sabiex jiżgura l-implimentazzjoni uniformi tal-mizuri imposti, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jiddeciedi dwar ir-rimedji, inklużi s-sospensjoni, il-limitazzjoni jew l-esklużjoni mill-aċċess għall-operazzjonijiet ta’ suq miftuħ jew għall-faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema.

8.

L-arranġementi kuntrattwali jew regolatorji relevanti applikati mill-BĊN għandhom jiżguraw li l-BĊN jkun jista’ jikseb kull informazzjoni relevanti mill-Kontropartijiet fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ politika monetarja tal-Eurosistema.

9.

L-arranġementi kuntrattwali jew regolatorji relevanti applikati mill-BĊN għandhom jipprovdu li l-avviżi kollha u komunikazzjonijiet oħra jkunu bil-miktub u/jew f’forma elettronika. L-arranġementi relevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN għandhom jipprovdu ċertezza dwar kif l-avviżi jew komunikazzjonijiet oħra għandhom jingħataw, u minn meta jkollhom effett. Kull perjodu li warajh ikollhom effett m’għandux ikun hekk twil li jibdel l-effett ekonomiku tal-arranġamenti meħuda kollha flimkien. B’mod partikolari, l-konferma għandha tingħata minnufih u titwassal u tiġi vverifikata minnufih.

10.

L-arranġementi kuntrattwali jew regolatorji relevanti applikati mill-BĊN għandhom jipprovdu li d-drittijiet u l-obbligi tal-Kontroparti ma jiġux assenjati, iċċarġjati jew xort’oħra ttrattati mill-Kontroparti mingħajr il-kunsens minn qabel bil-miktub tal-BĊN.

11.

L-arranġementi kuntrattwali jew regolatorji relevanti applikati mill-BĊN għandhom jipprovdu li l-BĊN biss u l-Kontroparti identifikata jkollhom drittijiet u obbligi li joħorġu taħt it-tranżazzjoni (iżda wara li jiġu permessi relazzjonijiet bejn l-BĊNi (u/jew il- BĊE) li joħorġu minn użu transkonfinali ta’ assi eliġibbli kif wkoll kif meħtieġ għal operazzjonijiet effetwati mal-kontropartijiet waqt li jaġixxu permezz ta’ istituzzjoni ta’ netwerking).

12.

L-arranġamenti kuntrattali rilevanti mill-BĊN għandhom jistipulaw li l-liġi li tirregola l-arranġamenti relevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN u għat-tranżazzjonijiet kollha taħt dawk l-arranġamenti għandhom (ħlief fejn l-użu transkonfinali ta’ assi eliġibbli jeħtieġ mod ieħor) ikunu dawk tal-Istat Membru fejn ikun jinsab l-BĊN, u l-post tar-riżoluzzjoni tat-tilwim għandu, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni, jkun l-qrati uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru.

13.

L-arranġamenti ta’ depożitu għandhom jispeċifikaw li s-settlement (kemm dak li jidħol u dak li joħroġ) ta’ depożiti ta’ terminu fiss iseħħ fil-jiem speċifikati fit-tħabbira tal-BĊE tal-operazzjoni tad-depożitu.

II.   Karatteristiċi komuni minimi addizzjonali għal tranżazzjonijiet irriversjati

Karatteristiċi komuni għat-tranżazzjonijiet irriversjati kollha

14.

Id-data tal-parti tal-irriversjar ta’ tranżazzjoni għandha tkun iffissata fiż-żmien tad-dħul f’kull tranżazzjoni.

15.

L-arrangamenti kuntrattwali jew regolatorji rilevanti applikati mill-BĊN għandhom jiddefinixxu “jum tan-negozju” bhala, fir-rigward ta’ obbligu biex isir ħlas, kwalunkwe jum li fih it-TARGET2 huwa operattiv biex isir dan il-ħlas u, fir-rigward ta’ obbligu biex jintbagħtu assi, kull jum meta s-sistemi tas-settlement tat-titoli li permezz tagħhom isir il-ħlas ikunu miftuħin għan-negozju fil-post fejn għandhom jiġu rċevuti t-titoli rilevanti.

16.

Il-mekkaniżmu għall-bdil ta’ ammonti mhux tal-euro f’euro għandhom jispeċifikaw li r-rata li għandha tintuża hija r-rata ta’ referenza ta’ kull jum tal-kambju tal-euro tal-BĊE jew, jekk ma tkunx disponibbli, ir-rata fil-mument ta’ kambju indikata mill-BĊE fil-jum tan-negozju qabel il-jum li fih il-konverżjoni għandha ssir għall-bejgħ minnu ta’ euro kontra x-xiri minnu tal-valuta l-oħra.

Karatterisitiċi esklussivi għal tranżazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid

17.

Għandu jkun hemm bejgħ ta’ assi eliġibbli kontra flus kontanti, flimkien ma’ ftehim simultanju li jsir bejgħ lura kontra assi ekwivalenti ta’ euro fi flus kontanti f’ħin speċifikat.

18.

L-obbligu ta’ bejgħ lura ta’ assi ekwivalenti għandu jiddefinixxi dik l-ekwivalenza li jkunu assi tal-istess persuna li tagħmel il-ħruġ, li jiffurmaw parti mill-istess ħruġ (irrispettivament mid-data tal-ħruġ) u li jkunu ta’ tip identiku, valur nominali, ammont u deskrizzjoni bħal dawk l-assi li magħhom isir il-paragun. Jekk l-assi li fir-rigward tagħhom isir il-paragun ikunu ġew ikkonvertiti jew ridenominati jew tkun saret sejħa fuqhom, id-definizzjoni ta’ ekwivalenza għandha tiġi mmodifikata biex tfisser fil-każ ta’ konverżjoni dawk li fihom l-assi jkunu ġew ikkonvertiti, fil-każ li tkun saret sejħa fuq l-assi assi ekwivalenti għall-assi mħallsa, sakemm il-bejjiegħ ikun ħallas lix-xerrej somma ugwali għall-valur tas-sejħa, u fil-każ ta’ assi ridenominati assi ekwivalenti għal dawk li fihom l-assi oriġinali jkunu ġew ridenominati ma’, kif meħtieġ, somma ta’ flus ekwivalenti għal xi differenza fil-valur bejn l-assi qabel u wara r-ridenominazzjoni tagħhom.

19.

Il-każijiet ta’ inadempjenza li jintitolaw lill-BĊN li jittermina u jagħlaq it-tranżazzjonijiet kollha dovuti m’għandhomx ikunu materjalment differenti mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt 6.

20.

L-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji relevanti applikati mill-BĊN għandu jkun fihom dispożizzjonijiet fir-rigward tal-innettjar li huma mmirati li jiksbu effetti ekonomiċi ekwivalenti għal dawk imniżżla hawn taħt.

(a)

Malli jseħħ xi każ ta’ inadempjenza, id-data għax-xiri mill-ġdid għal kull tranżazzjoni għandha titqies li sseħħ minnufih u, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet li ġejjin, kwalunkwe assi ta’ marġini ekwivalenti għandhom isiru minnufih li jkunu jistgħu jiġu kkunsinjati (u sabiex it-twettiq tal-obbligi rispettivi tal-partijiet fir-rigward tal-kunsinna tal-assi u l-ħlas tal-prezz tax-xiri mill-ġdid għal xi assi mixtrija mill-ġdid għandu jkun effettwat biss skont id-dispożizzjoni ta’ (b) hawn taħt) jew, alternattivament, it-tranżazzjoni tax-xiri lura għandha tkun itterminata.

(b)

(i)

Il-valuri tas-suq tal-inadempjenza tal-assi mixtrija mill-ġdid u xi assi ta’ marġni ekwivalenti li għandhom jiġu ttrasferiti u l-prezz tax-xiri mill-ġdid li għandu jitħallas minn kull parti għandu jiġi stabbilit mill-BĊN għat-tranżazzjonijiet kollha għad-data tax-xiri mill-ġdid; u

(ii)

fuq il-bazi ta’ somom hekk stabbiliti, il-BĊN għandu jikkalkula x’inhu dovut minn kull parti lill-oħra fid-data tax-xiri mill-ġdid. Is-somom dovuti minn parti waħda għandhom jiġu paċuti mas-somom dovuti lill-oħra u l-bilanċ nett biss huwa pagabbli mill-parti li għandha l-klejm vvalutata f’valur anqas. Dan il-bilanċ nett huwa dovut u pagabbli l-għada ta’ meta t-TARGET2 huwa operattiv biex jagħmel il-ħlas. Għall-finijiet ta’ dan il-kalkolu, kull somma mhux iddenominata f’euro għandha tiġi kkonvertita f’euro fid-data xierqa bir-rata kkalkulata skont il-paragrafu 16.

(c)

“Valur tas-suq tal-inadempjenza” tfisser, fir-rigward ta’ kwalunkwe assi fi kwalunkwe data,

(i)

il-valur tas-suq ta’ dawk l-assi fil-ħin tal-valutazzjoni tal-inadempjenza kalkolat fuq il-bażi tal-prezz l-aktar rappreżentattiv fil-jum tan-negozju li jiġi qabel id-data tal-valutazzjoni; jew

(ii)

fin-nuqqas ta’ prezz rappreżentattiv għal assi partikolari fil-jum tan-negozju li jiġi qabel id-data tal-valutazzjoni, jintuża l-aħħar prezz tan-negozju. Jekk ebda prezz tan-negozju ma jkun disponibbli, il-BĊN għandu jiddefinixxi prezz, waqt li jqis l-aħħar prezz identifikat għall-assi fis-suq ta’ referenza; jew

(iii)

fil-każ ta’ assi li għalihom ma jeżisti ebda valur tas-suq, kull metodu ieħor raġonevoli ta’ valutazzjoni; jew

(iv)

jekk l-BĊN ikun biegħ qabel iż-żmien tal-valutazzjoni tal-inadempjenza jew assi ekwivalenti bil-prezz tas-suq, id-dħul nett tal-bejgħ, wara li titnaqqas kull nefqa, tariffa u spiża raġonevoli magħmula b’konnessjoni ma’ dak il-bejgħ, b’dak il-kalkolu jsir u bl-ammonti jiġu stabbiliti mill-BĊN.

21.

Jekk l-arranġamenti relevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN jinkludu xi dispożizzjoni għas-sostituzzjoni ta’ kollateral, l-arranġamenti għandhom jassiguraw li l-konformità mal-miżuri meħtieġa tal-kontroll tar-riskju tinżamm.

22.

Jekk l-arranġamenti relevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN jinkludu xi dispożizzjoni biex il-marġnijiet jitħallsu (jew jintbagħtu lura) fi flus kontanti, għandha ssir dispożizzjoni li kull obbligazzjoni oħra għar-ritorn (jew provvista) tal-marġnijiet għandha l-ewwel tiġi sodisfatta bl-użu ta’ flus kontanti sal-istess ammont (flimkien ma’ kull mgħax attribwit lilu).

Karatteristiċi esklussivi għal arranġamenti ta’ self kollateralizzat

23.

L-assi provduti taħt arranġamenti ta’ self kollateralizzat (per eżempju rahan) għandhom ikunu jistgħu jiġu realizzati legalment mingħajr ma jkun hemm talbiet minn qabel fuq l-assi konċernati. M’għandux ikun possibbli għal partijiet terzi (inkluża l-awtorità ta’ likwidazzjoni fil-każ ta’ insolvenza) li jintervjenu u jitolbu b’suċċess l-assi mirhuna (fin-nuqqas ta’ frodi), jew xi drittijiet marbuta magħhom.

24.

Il-BĊN għandu jkun fil-pożizzjoni legali li jirrealizza il-valuri ekonomiċi tal-assi mirħuna fil-kuntest ta’ operazzjoni li tipprovdi l-likwidità f’ċirkostanzi speċifikati minn qabel mhux materjalment differenti minn dawk imniżżla fil-punt 6 u dawn għandhom ukoll jirriflettu ċ-ċirkostanzi li fihom l-BĊN jista’ jittratta lill-Kontroparti bħala li tkun inadempjenti taħt arranġamenti ta’ xiri mill-ġdid.

25.

Arranġamenti kollateralizzati ta’ self għandhom jippermettu għall-possibbiltà li operazzjonijiet li jidħlu fihom fuq bażi intraday jiġu estiżi għal operazzjonijiet overnight.

III.   Karatteristiċi komuni minimi addizzjonali għall-arranġamenti ta’ swap tal-kambju barrani

26.

Kull tranżazzjoni għandha tiġi kkostitwita bħala bejgħ u xiri simultanji fil-mument u bil-quddiem ta’ euro kontra valuta barranija waħda.

27.

L-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji relevanti applikati mill-BĊN għandhom jinkludu dispożizzjoni dwar iż-żmien propizju u l-mekkaniżmu tat-trasferiment tal-pagamenti. Id-data tax-xiri/bejgħ bil-quddiem għandha tiġi ffissata fiż-żmien tad-dħul f’kull tranżazzjoni.

28.

L-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji relevanti applikati mill-BĊN għandhom jiddefinixxu l-valuta barranija, ir-rata fil-mument, ir-rata bil-quddiem, id-data tat-trasferiment u tat-trasferiment mill-ġdid skont dan li ġej:

(a)

“Valuta barranija” għandha tkun kull valuta legali minnbarra l-euro.

(b)

“Rata fil-mument” tfisser, fir-rigward ta’ tranżazzjoni speċifika, ir-rata (kif kalkolata skont il-paragrafu 16) applikata biex tikkonverti l-ammont ta’ euro f’dak l-ammont f’valuta barranija relevanti għal dik it-tranżazzjoni hekk kif parti għandha tkun obbligata li tittrasferixxi lill-oħra fid-data tat-trasferiment kontra l-ħlas tal-ammont f’euro u liema rata għandha tiġi mniżżla fil-konferma;

(c)

“Rata bil-quddiem” tfisser ir-rata kalkolata skont il-paragrafu 16 u applikata biex tikkonverti l-ammont ta’ euro f’dak l-ammont f’valuta barranija hekk kif parti għandha tkun obbligata li tittrasferixxi lill-oħra fid-data tat-trasferiment mill-ġdid kontra ħlas ta’ ammont f’euro, liema rata għandha tkun kif imniżżla fil-konferma u definita fl-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji relevanti applikati mill-BĊN;

(d)

“Ammont ta’ valuta barranija trasferit mill-ġdid” tfisser dak l-ammont ta’ valuta barranija hekk kif meħtieġ biex jinxtara l-ammont ta’ euro kif ikun fid-data tat-trasferiment mill-ġdid;

(e)

“Data tat-trasferiment” tfisser fir-rigward ta’ xi tranżazzjoni, id-data (u fejn xieraq, il-ħin f’dik id-data) li fiha t-trasferiment tal-ammont f’euro minn parti waħda lill-oħra għandu jsir effettiv li biex jiġi evitat xi dubju għandha tkun id-data (u, fejn xieraq, il-ħin f’dik id-data) meta l-partijiet ikunu ftehmu li s-settlement ta’ trasferiment tal-ammont f’euro għandu jseħħ;

(f)

“Data ta’ trasferiment mill-ġdid” tfisser, fir-rigward ta’ xi tranżazzjoni, id-data (u fejn xieraq, il-ħin f’dik id-data) li fiha parti waħda għandha tittrasferixxi mill-ġdid l-ammont f’euro lill-oħra.

29.

L-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji relevanti applikati mill-BĊN għandhom jipprovdu li ċerti każijiet (biex tkun taf liema huma, ara l-paragrafu 30) għandhom iwasslu għall-għeluq tat-tranżazzjonijiet kollha li jkunu għadhom dovuti u għandhom jipprovdu għall-mod li bih dak l-għeluq (inkluża t-terminazzjoni tal-innettjar) għandhom iseħħu.

30.

Il-każijiet ta’ inadempjenza li jintitola lill-BĊN li jittermina u jagħlaq it-tranżazzjonijiet kollha dovuti m’għandhomx ikunu materjalment differenti mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt 6.

31.

L-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji relevanti applikati mill-BĊN għandu jkun fihom dispożizzjonijiet fir-rigward tal-innettjar li huma mmirati li jiksbu effetti ekonomiċi ekwivalenti għal dawk imniżżla hawn taħt.

(a)

Fil-każ ta’ inadempjenza, kull tranżazzjoni għandha titqies li tkun intemmet u l-valuri ta’ sostituzzjoni tal-euro u t-trasferiment mill-ġdid ta’ ammonti ta’ valuta barranija għandhom ikunu stabbiliti mill-BĊN fuq il-bażi li dawk il-valuri ta’ sostituzzjoni għandhom ikunu l-ammonti li jkunu meħtieġa biex jippreservaw għall-BĊN l-ekwivalent ekonomiku ta’ kull ħlas li altrimenti kienu jkunu meħtieġa; u

(b)

Fuq il-bazi ta’ somom hekk stabbiliti, il-BĊN għandu jikkalkula x’inhu dovut minn kull parti lill-oħra fid-data tat-trasferiment mill-ġdid. Is-somom dovuti minn parti għandhom jiġu kkonvertiti f’euro meta meħtieġ skont il-paragrafu 16 u pacuti ma’ somom dovuti lill-oħra. Il-bilanċ nett biss huwa pagabbli mill-parti li jkollha klejm ivvalutata f’ammont anqas. Dan il-bilanċ nett huwa dovut u pagabbli l-għada meta t-TARGET2 huwa operattivi biex jagħmel il-ħlas.


ANNESS III

LINJA GWIDA REVOKATA B’LISTA TAL-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA

 

Linja Gwida BĊE/2000/7 (ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1).

 

Linja Gwida BĊE/2002/2 (ĠU L 185, 15.7.2002, p. 1).

 

Linja Gwida BĊE/2003/16 (ĠU L 69, 8.3.2004, p. 1).

 

Linja Gwida BĊE/2005/2 (ĠU L 111, 2.5.2005, p. 1).

 

Linja Gwida BĊE/2005/17 (ĠU L 30, 2.2.2006, p. 26).

 

Linja Gwida BĊE/2006/12 (ĠU L 352, 12.12.2006, p. 1).

 

Linja Gwida BĊE/2007/10 (ĠU L 284, 30.10.2007, p. 34).

 

Linja Gwida BĊE/2008/13 (ĠU L 36, 5.2.2009, p. 31).

 

Linja Gwida BĊE/2009/1 (ĠU L 36, 5.2.2009, p. 59).

 

Linja Gwida BĊE/2009/10 (ĠU L 123, 19.5.2009, p. 99).

 

Linja Gwida BĊE/2010/1 (ĠU L 63, 12.3.2010, p. 22).

 

Linja Gwida BĊE/2010/13 (ĠU L 267, 9.10.2010, p. 21).

 

Linja Gwida BĊE/2010/30 (ĠU L 336, 21.12.2010, p. 63).


Top