EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0011

2005/831/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 17 ta’  Novembru, 2005 , dwar id-distribuzzjoni tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-karti tal-flus euro fiċ-ċirkolazzjoni lill-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Stati Membri parteċipanti (BĊE/2005/11)

OJ L 311, 26.11.2005, p. 41–42 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 349M, 12.12.2006, p. 621–622 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 10 Volume 007 P. 192 - 193
Special edition in Romanian: Chapter 10 Volume 007 P. 192 - 193

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2010; Imħassar b' 32010D0024

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/831/oj

12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

621


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-17 ta’ Novembru 2005,

dwar id-distribuzzjoni tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-karti tal-flus euro fiċ-ċirkolazzjoni lill-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Stati Membri parteċipanti

(BĊE/2005/11)

(2005/831/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 33,

Billi:

(1)

Sabiex jitħallew il-fondi biex jiġu allokati għal provvediment għar-riskji tar-rata tal-kambju, tar-rata ta’ l-imgħax u tal-prezz tad-deheb, jinħtieġ li jkun hemm recast tad-Deċiżjoni BĊE/2002/9 tal-21 ta’ Novembru, 2002, dwar id-distribuzzjoni tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-karti tal-flus euro fiċ-ċirkolazzjoni lill-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-iStati Membri parteċipanti (1). Barra minn dan, għal raġunijiet operattivi, ikun aktar xieraq li d-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) dwar il-karti tal-flus euro fiċ-ċirkolazzjoni jiġi ddistribwit darba biss għal kull sena finanzjarja, minflok kull trimestru.

(2)

Id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta’ Diċembru, 2001, dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus euro (2) tistabbilixxi l-allokazzjoni tal-karti tal-flus euro fiċ-ċirkulazzjoni lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) f’proporzjon ma’ l-ishma mħallsa tagħhom fil-kapital tal-BĊE. L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 u l-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni jallokaw lill-BĊE 8 % tal-valur totali tal-karti tal-flus euro fiċ-ċirkolazzjoni. Il-BĊE għandu klejms interni għall-Ewrosistema fil-konfront tal-BĊNi f’proporzjon ma’ l-ishma tagħhom fl-iskema tal-kapital sottoskritt, għal valur ekwivalenti għall-valur tal-karti tal-flus euro li huwa joħroġ.

(3)

Skond l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16 tas-6 ta’ Diċembru, 2001, dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-iStati Membri parteċipanti mis-sena finanzjarja 2002 (3), il-bilanċi interni għall-Ewrosistema dwar il-karti tal-flus euro fiċ-ċirkolazzjoni huma rremunerati skond ir-rata ta’ referenza. Skond l-Artikolu 2(3) tad-Deċizjoni BĊE/2001/16, din ir-remunerazzjoni hija mħallsa bil-ħlasijiet tat-TARGET.

(4)

Ir-Recital 6 tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16 igħid li d-dħul li jiddekorri favur il-BĊE dwar ir-remunerazzjoni tal-klejms interni għall-Ewrosistema tiegħu fil-konfront tal-BĊNi li għandhom x’jaqsmu mas-sehem tiegħu tal-karti tal-flus euro fiċ-ċirkolazzjoni, għandu fil-prinċipju, ikun iddistribwit lill-BĊNi skond id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv, f’proporzjon ma’ l-ishma tagħhom fl-iskema tal-kapital sottoskritt fl-istess sena finanzjarja li d-dħul jiddekorri.

(5)

Meta l-BĊE jiddistribwixxi d-dħul li jiddekorri favurih dwar ir-remunerazzjoni tal-klejms interni għall-Ewrosistema tiegħu fil-konfront tal-BĊNi, li għandhom x’jaqsmu mas-sehem tiegħu tal-karti tal-flus euro fiċ-ċirkolazzjoni, il-BĊE għandu jikkunsidra stima tas-sena finanzjarja tiegħu għas-sena li tipprovdi kif mistħoqq għall-bżonn li jiġu allokati fondi għal provvediment għar-riskji tar-rata tal-kambju ta’ flus barranin, tar-rata ta’ l-imgħax u tal-prezz tad-deheb, u għad-disponibbilta ta’ provvedimenti li jistgħu jiġu rilaxxati (kontro-provvediment) biex ipaċu spejjeż antiċipati.

(6)

Fid-determinazzjoni ta’ l-ammont tal-profitt nett tal-BĊE biex jiġi ttrasferit lill-fond tar-riżerva ġenerali skond l-Artikolu 33.1 ta’ l-iStatut, il-Kunsill Governattiv għandu jikkunsidra li kull parti minn dak il-profitt li jikkorrispondi mad-dħul mill-karti tal-flus euro fiċ-ċirkolazzjoni, għandu jiġi ddistribwit kollu lill-BĊNi,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

(a)

“Stati Membri parteċipanti” għandha tfisser l-iStati Membri li adottaw il-euro skond it-Trattat li jwaqqaf il-Komunita Ewropea;

(b)

“BĊNi” għandha tfisser banek ċentrali nazzjonali ta’ l-iStati Membri parteċipanti;

(c)

“bilanċi interni għall-Ewrosistema dwar il-karti tal-flus euro fiċ-ċirkolazzjoni” għandha tfisser il-klejms u l-passiv li jirriżultaw bejn xi BĊN u l-BĊE, u bejn xi BĊN u l-BĊNi l-oħra bħala riżultat ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni BĊE/2001/15;

(d)

“id-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus euro fiċ-ċirkolazzjoni” għandha tfisser id-dħul li jiddekorri favur il-BĊE dwar ir-remunerazzjoni tal-klejms interni għall-Ewrosistema tiegħu fil-konfront tal-BĊNi relatati mas-sehem tiegħu tal-karti tal-flus euro fiċ-ċirkolazzjoni bħala riżultat ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16.

Artikolu 2

Distribuzjoni interim tad-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus euro fiċ-ċirkulazzjoni

1.   Id-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus euro fiċ-ċirkulazzjoni għandu jkun dovut kollu lill-BĊNi fl-istess sena finanzjarja li huwa jiddekorri, u għandu jkun iddistribwit lill-BĊNi f’proporzjon ma’ l-ishma mħallsa tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE.

2.   Il-BĊE għandu jiddistribwixxi lill-BĊNi d-dħul tiegħu mill-karti tal-flus euro fiċ-ċirkolazzjoni li huwa jkollu f’kull sena finanzjarja fit-tieni jum ta’ xogħol tas-sena ta’ wara.

3.   L-ammont tad-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus euro fiċ-ċirkolazzjoni jista’ jitnaqqas skond xi deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE fuq il-prinċipju ta' l-iStatut, fir-rigward ta’ l-ispejjeż li l-BĊE jeħel fir-rigward tal-ħruġ u l-immaniġġjar tal-karti tal-flus euro.

Artikolu 3

Deroga mill-Artikolu 2

B’deroga mill-Artikolu 2:

1.

Il-Kunsill Governattiv għandu jiddeċiedi qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja biex ma jqassamx id-dħul kollu tal-BĊE, jew parti minnu, mill-karti tal-flus euro fiċ-cirkolazzjoni skond l-Artikolu 2, sal-punt meħtieġ biex jiżgura li l-ammont tad-dħul iddistribwit ma jaqbiżx il-profitt nett tal-BĊE għal dik is-sena, jekk skond il-bażi ta’ stima rraġunata ppreparata mill-Bord Eżekuttiv, il-Kunsill Governattiv jistenna li l-BĊE jkollu telf totali annwali jew jagħmel profitt nett annwali li huwa anqas mill-ammont stmat tad-dħul tiegħu mill-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni.

2.

Il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja biex jittrasferixxi id-dħul kollu tal-BĊE, jew parti minnu, mill-karti tal-flus euro fiċ-ċirkolazzjoni f’provvediment għar-riskji tar-rata tal-kambju ta’ flus barranin, tar-rata ta’ l-imgħax u tal-prezz tad-deheb.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet finali

1.   Id-Deċiżjoni BĊE/2002/9 hija mħassra. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ ġurnata wara dik li fiha tiġi adottata.

Magħmul fi Frankfurt am Main, nhar is-17 ta’ Novembru 2005.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 323, 28.11.2002, pġ. 49.

(2)  ĠU L 337, 20.12.2001, pġ. 52. Deċizjoni hekk kif emendata l-aħħar bid-Deċizjoni BCE/2004/9 (ĠU L 205, 9.6.2004, p. 17).

(3)  ĠU L 337, 20.12.2001, pġ. 55. Deċizjoni hekk kif emendata l-aħħar bid-Deċizjoni BCE/2003/22 (ĠU L 9, 15.1.2004, p. 39).


Top