Dwar l-Arkivji

L-Arkivji tal-Bank Ċentrali Ewropew huma amministrati mit-tim tal-Arkivji fi ħdan it-Taqsima tas-Servizzi Ġestjoni tal-Informazzjoni fid-Direttorat Ġenerali tas-Segretarjat.

X'hemm fl-Arkivji

Fl-Arkivji tal-Bank Ċentrali Ewropew jinsabu dokumenti:

  • tal-Kumitat tal-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tal-Istati Membri tal-Komunità Ewropea (1964‒93);
  • tal-Istitut Monetarju Ewropew (1994‒98); u
  • tal-Bank Ċentrali Ewropew (1998 sal-lum).

Skont l-impenn tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-onestà u t-trasparenza, u biex tkun tista' ssir riċerka, il-pubbliku jista' jikseb kopji PDF tad-dokumenti li xxandru.

Aċċess

L-aċċess għad-dokumenti u r-rekords tal-Bank Ċentrali Ewropew huwa rregolat bid-Deċiżjoni BĊE/2004/3 tal-4 ta' Marzu 2004 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 80, 18.3.2004, p. 42).

Lil min tikkuntattja

European Central Bank
Information Management Division / Archives
Room NH 04.67
Sonnemannstrasse 22
60314 Frankfurt am Main
Germany

Tel. +49 (0)69 1344 5656
Fax: +49 (0)69 1344 6640