Jiem Kulturali Ewropej tal-BĊE
Dwar il-Jiem Kulturali
Sadanittant, nittamaw li tgawdi dan il-filmat ta’ wħud mill-punti ewlenin tal-avvenimenti tal-Jiem Kulturali tas-snin ta’ qabel.
Aħna nħarsu 'l quddiem biex nerġgħu narawkom fl-avvenimenti tal-Jiem Kulturali tagħna fl-2022.
L-Unjoni Ewropea hija magħġuna b’ideali u valuri komuni, filwaqt li tħaddan ukoll varjetà għanja ta’ kulturi msawrin mit-tradizzjonijiet tal-pajjiżi u r-reġjuni individwali. Il-Jiem Kulturali Ewropej tal-BĊE jipprovdu opportunità biex niċċelebraw din “l-unità fid-diversità”.
Kull sena, il-Jiem Kulturali Ewropej tal-BĊE jkunu ddedikati lil wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Lejn tmiem is-sena, Frankfurt am Main toffri sfond għal bosta preżentazzjonijiet artistiċi ta’ livell għoli li jvarjaw minn mużika, żfin u teatru sa seminars dwar l-arti u wirjiet, avvenimenti letterarji u films, kif ukoll attivitajiet għat-tfal. Il-Bank Ċentrali Ewropew jorganizza l-Jiem Kulturali flimkien mal-bank ċentrali tal-pajjiż magħżul, bl-għajnuna ta’ bosta istituzzjonijiet oħra li għandhom għal qalbhom it-tixrid tal-arti u l-kultura Ewropea.
Niċċelebraw l-Ewropa 2019
Il-Jiem Kulturali Ewropej 2019 tagħna kienu ddedikati għall-identità komuni Ewropej biex niċċelebraw anniversarju speċjali ħafna: 20 sena mill-introduzzjoni tal-munita unika tagħna – l-euro.
Biex nimmarkaw l-okkażjoni, programm tassew Ewropew wera xi wħud mill-iktar biċċiet ta’ mużika maħbuba sew ta’ kompożituri Ewropej, li jdoqquha mużiċisti ta' klassi dinjija minn pajjiżi madwar il-kontinent kollu tagħna.
Żur il-hub #EUROat20 Kunċert Europa Open Air Avveniment għall-karità Museums SalonEwropew